Marsaskala – Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini – Bus shelters/bus stops
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u l-mistoqsija parlamentari 5149 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u tgħid meta se jerġgħu jitpoġġew il-bus shelters u l-bankijiet fuq il-bus stops li nqalgħu madwar erba’ xhur ilu minħabba x-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni, fi Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini, f’Marsaskala?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li bħalissa hemm diskussjoni bejn Infrastructure Malta u l-kumpanija Faces dwar kif ser jeħlu dawn il-bus shelters inkluż il-bankijiet tagħhom. Il-Kunsill qed iżomm kuntatt kontinwu biex ix-xogħol isir kemm jista’ jkun malajr.
Marsaskala – Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini – Bus shelters/bus stops
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u jgħid meta se jerġgħu jitpoġġew il-bus shelters u l-bankijiet fuq il-bus stops li nqalgħu madwar erba’ xhur ilu minħabba x-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni, fi Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini, f’Marsaskala?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-bus stop temporanju li ġie installat riċentement fi Triq is-Salini, f’Marsaskala, qed ikun ta’ periklu peress li jinsab bi dritt is-slipway u faċċata tal-ħruġ ta’ Triq il-Kappara? Jistgħu jittieħdu passi biex dan il-bus stop ma jibqax fejn hu, anke fid-dawl li diġà jeżisti bus stop ieħor fl-istess triq u d-distanza bejniethom hija ferm inqas minn dik stipulata fir-regolamenti li jirrigwardaw dawn il-qisien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed twettaq spezzjonijiet f’dan is-sit u jekk ikon hemm bżonn jittieħdu l-passi meħtieġa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4113 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq il-Qaliet, f’Marsaskala, jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona indikata fir-ritratti pprovduti separatament hijiex art pubblika jew art privata? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm permess għall-ħajt li nbena viċin l-irdum u li qed jirrestrinġi l-aċċess għall-pubbliku? Jekk le, x'miżuri ittieħdu jew ser jittieħdu?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull xogħol relatat mal-permessi DS/00460/25 u PA/11364/18 fi Triq il-Qaliet, Marsaskala sarux u qed isiru skont dawn il-permessi? Jekk hemm xi xogħlijiet li saru jew mhux qed isiru skont dawn il-permessi, jista’ jgħid x’passi ttieħdu jew se jittieħdu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar waqqfet ix-xogħlijiet peress li dawn ma kienux qed isiru skont il-pjanti approvati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Qaliet, Marsaskala jaqgħux taħt il-permess PA/11364/18 u taħt l-applikazzjoni ta’ strutturi perikolużi DS/00460/25? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ix-xogħlijiet humiex qed isiru fuq art pubblika jew privata? Jista’ jikkonferma li minħabba li l-ħitan qegħdin jinbnew viċin ħafna tal-irdum, qed jittieħed l-aċċess mill-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4114, nitlob lill-Onor Interpellant biex jippreżenta pjanta tal-art li għaliha qed jirreferi biex tingħata l-kumplament tal-informazzjoni.
Marsaskala – Triq ix-Xatt/Ġnien tal-Fajtata – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
i. kemm kienet in-nefqa tal-festin li sar f’Mejju tal-2026 għall-inawgurazzjoni ta' parti mill-proġett ta' tisbiħ fi Triq ix-Xatt f’Marsaskala, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont bid-dettalji ta’ kull spiża separatament;
ii. kemm kienet in-nefqa tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' tisbiħ li sar fil-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala fid-9 ta’ Mejju 2026 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont bid-dettalji ta’ kull spiża separatament; u
iii. kemm kienet in-nefqa tax-xogħol kollu li sar matul dawn l-aħħar xhur għat-tisbiħ tal-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont bid-dettalji ta’ kull spiża separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Marsaskala – Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini – Bus shelters/bus stops
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jerġgħu jitpoġġew il-bus shelters u l-bankijiet fuq il-bus stops li nqalgħu madwar erba’ xhur ilu minħabba x-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni, fi Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini, f’Marsaskala?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-arkati li kien hemm fi Triq is-Salini, Marsaskala tneħħew u minflok saru fetħiet bi travi tal-konkos, meta dawn kellhom isiru arkati tal-ġebla Maltija kif kienu oriġinarjament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Marsaskala – Triq is-Salini – Xogħlijiet relatati mal-Fast Ferry
Question
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema permessi qed isiru x-xogħlijiet relatati mal-post fejn hu maħsub li jitrakka l-Fast Ferry fi Triq is-Salini, Marsaskala, fid-dawl li l-applikazzjoni PA/06645/25 għadha pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa’ ġie imwieġeb diversi drabi, iż-żona tan-naħa tas-Siberja tal-promenade kienet ikkundannata b’riskju ta’ kollass u periklu għall-pubbliku li jiffrekwenta ż-żona. Għaldaqstant, ix-xogħol qed isir b’notifika ta’ emerġenza skond kif tippermetti l-liġi f’sitwazzjonijiet simili.
L-inħawi ta’ San Anard – Xogħlijiet – Użu ta’ għalqa privata
Question
Fid-dawl li biex isir ix-xogħol relatat man-new water u biex isir ukoll pavimentar ġdid fl-inħawi ta’ San Anard (eżatt biswit il-Kappella ta’ San Nikola), għal dawn l-aħħar tliet snin il-kuntrattur għamel użu minn għalqa privata sabiex tqiegħed materjal ta’ kostruzzjoni, tista’ l-Ministru tgħid meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet? Tista’ tgħid ukoll meta din l-għalqa se terġa’ tingħata lura lis-sidien tagħha? Tista’ wkoll taċċerta li din l-għalqa tingħata lura fl-istess stat li kienet qabel bdew dawn ix-xogħlijiet? Tista’ tgħid ukoll jekk hux se jkun qed jingħata kumpens lis-sidien ta’ din l-għalqa talli ntużat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett li qed issir referenza għalih huwa kkordinat minn Infrastucture Malta.
In-naħa t’isfel ta’ Malta – New water – Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma tat-tisqija tal-għelieqi (new water) fin-naħa t'isfel ta' Malta, b’mod partikolari f’Marsaxlokk, Xrobb l-Għaġin, Delimara, Wied il-Għajn, l-inħawi tal-Bidni, l-inħawi ta’ San Anard u l-inħawi ta’ San Tumas, fid-dawl li ħafna mill-bdiewa ilhom mingħajr dan is-servizz għal aktar minn seba’ snin? Tista’ tgħid ukoll jekk parti minn dan ix-xogħol huwiex se jerġa’ jinqala’ u jsir mill-ġdid, peress li fih ħafna nuqqasijiet u difetti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet relatati mal-mejnijiet tas-servizz tan-New Water fiż-żona indikata tlestew. Bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet biex tiġi installata u kummissjonata l-infrastruttura tal-fibre optic, li eventwalment se twassal għall-kummissjonar tad-dispensers. Fil-frattemp, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni u l-bdiewa jkollhom aċċess għall-ilma ġew installati card-operated dispensers temporanji, li eventwalment se jinbidlu għal fibre-optic dispensers ġodda li jaħdmu b’sistema intelliġenti. Ninsab infurmata li x-xogħol li sar ma fih l-ebda difetti, kif qed jipprova jinsinwa l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan għax-xogħlijiet li għandhom isiru fi Triq iż-Żonqor, Wied il-Għajn, fid-dawl tal-fatt li din tinsab fi stat dilapidat, b’partijiet minnha ilhom snin magħluqin għall-pubbliku u mingħajr aċċess, kif ukoll partijiet oħra li ngħalqu minħabba l-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin fil-bidu tas-sena? Jista’ jgħid ukoll meta huwa ppjanat li jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ tal-kosta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant, li għal dawn l-aħħar snin, Infrastructure Malta ilha għaddejja bi programm sħiħ ta’ tisħih tal-istrutturi marittimi f’Marsaskala inkluż San Tumas. Bosta strutturi li kienu fi stat dilapitat diġa’ nbnew mill-ġdid u frott ta’ dan seta’ jiġi osservat għax ma ġarrbu l-ebda ħsara fil-maltempata li seħħet fi Frar li għadda.
Rigward strutturi li ġarbu ħsarat fl-aħħar maltempata, saret talba għall-fondi biex jiġu mibnija mill-ġdid l-istrutturi li qed iżommu Triq iż-Żonqor. Id-dettalji għal dan ix-xogħol ġew ukoll ddisinjati. Ġaladarba jiġu allokati l-fondi, ikun jista’ jsir l-intervent neċessarju.