Legislature:
Category:
Reset
Active:

benefiċċji tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk min jieħu benefiċċji tal-enerġija hux se jkun intitolat ukoll għall-kumpens imħabbar fil-budget marbut maż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi min diġà qed jieħu l-benefiċju tal-enerġija ma jidħolx fil-kalkulazzjonijiet għal kumpenss li qed jirreferi għalih, għaliex dawn diġà qed jieħdu kumpenss mistħoqq.

Bejjiegħa tal-laħam li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3563 u jgħid jekk kienx hemm individwi fil-qasam tal-bejgħ tal-laħam li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, kemm kienu dawn l-individwi bħala numru u kemm ibbenefikaw b'mod individwali f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Interpellant jiċċara jekk hux qiegħed jirreferi għall-butchers tradizzjonali biss jew hux qed jinkludi dawk tal-ipproċessar.

Korporazzjoni Enemalta — Principal technical Officer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13792 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ngħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, li dettalji tiegħu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema impjegat qed jirreferi.
Leg 11 PQ #14184 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni Enemalta — Principal Technical Officer

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13791 u jgħid x'inhi l-pożizzjonii tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ingħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, li dettalji tiegħu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14183.
Leg 11 PQ #14229 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Full treatmenet tal-Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li matul l-2009 ingħataw full treatment tal-Herceptin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14230 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-budget għax-xiri ta' Herceptin matul l-2009? Kemm inxtraw fjali ta' Herceptin u kemm fjali ġew fornuti lill-pazjenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14091 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'diżabilità — eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13396 u jgħid fuq liema bażi ttieħdet id-deċizjoni li l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq tingħata biss lill-persuni b'diżabilità li għandhom karozza awtomatika jew modifikata? Jikkonferma li iżda kien hemm numru ta' każijiet fejn l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq ingħatat lill-persuni b'diżabilità li kellhom karozza manual? Hemm xi ħsieb li l-Gvern jikkonsidra li min għandu diżabilità li tippermettilu li jsuq karozza manual biss ikollu ukoll eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li qatt ma ttieħdet deċiżjoni li l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq tingħata biss lill-persuni b’diżabilita' li għandhom karozza modifikata jew awtomatika. Informa ukoll li din l-eżenzjoni tingħata skont dawn il-kriterji ( li huma miniżżlin ukoll fuq il-Pubblikazzjoni tal-KNPD Servizzi u Benefiċċji għal Persuni b’Diżabilità: • ikun persuna b’diżabilità skont il-Liġi tas-Sigurtà Socjali tal-1987 kif emendata u li jsuq hu stess il-vettura tiegħu; • ikun persuna b’diżabilità skont il-Liġi tas-Sigurtà Soċjali tal-1987 kif emendata u li jkollu karozza reġistrata f’ismu mad-Dipartiment tal-Liċenzji; • ikun persuna li jkollu vann bil-ħġieġ li jista’ jġorr persuna fis-siġġu tar-roti jew fil- buggy . Għaldaqstant il-KNPD tikkonferma li kien hemm persuni b’diżabilità li bbenefikaw minn dan il-benefiċċju u kellhom karozza manwali jekk huma kkwalifkaw skont il-kriterji msemmija hawn fuq.
Leg 11 PQ #14092 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li jbatu bid-dijabete — sirinig b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13394 u jgħid għal kemm numru ta' siringi b'xejn huma intitolati fix-xahar in-nies li jbatu mid-dijabete f'pajjiżna? Fuq liema bażi ġie stabbilit dan in-numru? Jikkonferma li s-sitwazzjoni preżenti qed toħloq diffikultajiet għal ċerti nies li jbatu mid-dijabete? Hemm xi pjan biex dan in-numru jiġi rivedut fiż-żmien li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-nies li jbati d-dijabete f'Malta u Għawdex huma intitolati għal għaxar siringi fix-xahar b'xejn. Id-Dipartiment tas-Saħħa presentament qed jikkunsidra reviżjoni tas-sitwazzjoni ħolistika għal din il-kategorija ta' pazjenti.
Leg 11 PQ #14093 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek — mediċina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13254, 12872 u 12384 u jikkonferma jekk bħala parti mill-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek, kienx hemm mediċina ritornata lura mingħad l-ispiżjara għaliex kienet skaduta? Kemm kien l-ammont?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-valur ta' mediċina skaduti li ġew ritornati mill-ispiżeriji minn Marzu sa Ottubru 2009 huwa ta' €75,888.60.
Leg 11 PQ #14094 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13252 u 12816 u jgħid x'inhi l-waiting list għall-vista tal-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14095 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Anzjani — nuqqas ta' għajnuna supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13251 u 12772 u jgħid kemm huma l-anzjani li se jitilfu l-għajnuna supplimentari minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14096 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13257 u 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Triq tal-Għadira — spiża tal-proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12286 u jgħid x'kienet l-ispiża matul is-snin 2008 u 2009 relatata mal-proġett tat-Triq tal-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett tat-Triq tal-Għadira — pre-project infringements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12285 u jikkonferma li kienet l-Unjoni Ewropea li waqqfet il-proġett tat-Triq tal-Għadira minħabba pre-project infringements?

Response (GATT, AUSTIN)

Mhux minnu li l-proġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant twaqqaf mill-Unjoni Ewropeja.

Ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ta' ċertu tul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12174 u 11543 u jispjega l-proċeduri ta' kif jinħarġu ċ-ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ikbar minn 24 metru? Persuni li għandhom ċertifikat biex isuqu bastimenti inqas minn dan il-qies xi proċeduri iridu jagħmlu biex jiksbu ċ-ċertifikat imsemmi? Jista' l-Ministru jagħti stampa ta' kif jaħdem il-metodu bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-MCAST rigward l-eżami biex wieħed jikseb iċ-ċertifikat konċernat? Jaf il-Ministru li ftit żmien ilu sar l-eżami msemmi u min qagħad għal dan l-eżami ġie mgħarraf biss xi ġurnata u nofs qabel? Jeżisti xi ftehim bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-kumpaniji tal-cruises li joperaw f'Malta rigward xi dokument li bih wieħed jista' jsuq bastiment inqas minn 50 metru? Veru li se tinbidel din il-proċedura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ebda persuna ma tista’ taħdem ta’ Kaptan, jew membru ieħor ta’ l-ekwipaġġ fuq kull bastiment kummerċjali, irrispettivament mill-kobor tal-bastiment, li jopera fil-portijiet, ibħra interni w ibħra territorjali ta’ Malta sakemm ma jkollhiex Ċertifikat ta’ Kompetenza maħruġ mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta skont ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-Kodiċi ta’ Prattika għas-sigurtà ta’ Bastimenti Kummerċjali, jew dawk il-kwalifiki l-oħra li jistgħu jkunu rikonoxxuti mill-istess Awtorità. Il-kwalifiki li wieħed għandu jkollu biex jottjeni dan iċ-Ċertifikat ta’ Kompetenza, kif ukoll il-formola ta’ l-applikazzjoni, wieħed jista’ jsibhom fuq is-sit elettroniku www.transport.gov.mt. Wara li l-persuna konċernata tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti, kif stipulati fl-istess Kodiċi ta’ Prattika, jinħareġ Avviż ta’ Eliġibilità, mill-Awtorità Marittima, li bih l-applikant ikun jista’ jmur l-MCAST biex japplika għall-kors u l-ezami. Il-proċedura ta’ l-eżami hi li l-Awtorità Marittima tagħżel il-ġurnata ta’ l-eżami minn ġimgħat qabel u l-MCAST jinforma lill-kandidati. Ma jeżisti l-ebda ftehim bejn l-Awtorità Marittima u l-kumpaniji tal- cruises rigward dokument li bih wieħed jista’ jsuq bastiment inqas minn 50 metru apparti ċ-Ċertifikati ta’ Kompetenza msemmija aktar qabel.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — Kumpaniji ta' avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 kull sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #14089 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tibdil fil-liġi tal-familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra tibdil fil-liġi tal-famlija biex żgħażagħ li jagħlqu 18-il sena u li jkunu għadhom qed jistudjaw, jibqgħu jkunu intitolati għall-manteniment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Unjoni Ewropea — practice fl-Ingliterra - studenti u għalliema

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk huwiex minnu li għall-practice fl-Ingliterra minn fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan ix-xaħar, oriġinarjament kienu se jattendu erba' studenti mill-MCAST tax-Xewkija li qed isegwu BTEC National Diploma in Care, iżda mbagħad waħda mill-istudenti tneħħiet minn fuq il-lista bl-iskop li titla' għalliema minflokha? Jekk tikkonferma dan, tista' tgħid x'se jkun l-irwol ta' din l-għalliema u fuq liema bażi intagħżlet l-istudenta li tneħħiet mil-lista? Setgħu tħallew l-erba' studenti u magħhom żdiedet l-għalliema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mhuwiex minnu li xi studenti ma tħallewx jipparteċipaw għal dan il-placement. L-istudenti li wrew ix-xewqa li jipparteċipaw f’dan il-proġett kienu mgħarrfa sa mill-bidu nett li l-proġett kien fih fondi suffiċjenti għal tliet placements. Minn naħa l-oħra, hija prassi normali li qabel ma jkun hemm dan it-tip ta’ student placements, ikun hemm żjara preparatorja minn staff akkademiku tal-Kulleġġ u li l-fondi għal din iż-żjara ġew aprovati u allokati wara li mtliet applikazzjoni separata minn dik tal-proġett tal-istudenti. Din il-prassi ssir b’responsabbilta’ mill-Kulleġġ lejn l-istudent u għalhekk sservi ta’ preparazzjoni għaż-żjara tagħhom biex dawn ma jiltaqawx ma’ diffikultajiet. Fl-aħħar u mhux l-inqas, l-għalliema msemmija fil-fatt żaret l-aġenziji li fihom kellhom ikunu ppustjati dawn l-istudenti u fl-istess ħin serviet ta’ esperjenza ta’ tagħlim għall-għalliema nnifisha. Il-Kulleġġ jemmen fil-Continuous Professional Development tal-istaff tiegħu u għalhekk jagħmel ħafna investiment lejn esperjenzi bħal dawn.
Leg 11 PQ #14063 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Local Enterprise Award u Green Challenge Award — sejħa għall-produzzjoni tal-preżentazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ħarġet sejħa għall-offerti għall-produzzjoni tax-xandira tal-preżentazzjoni tal-Local Enterprise Award u Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali? Liema kienu l-kumpaniji li applikaw u, kemm kien il-valur tal-offerti li ntefgħu? Liema kumpanija ntgħażlet? Fuq liema kriterji ntgħażlet din il-kumpanija? Jekk ma saritx sejħa għall-offerti, b'liema mod saret l-għażla? Liema kienu l-kumpaniji li applikaw, kemm kienu l-valur tal-offerti li ntefgħu u liema kumpanija ntgħażlet? Fuq liema kriterji ntgħażlet din il-kumpanija? Jekk ma saritx sejħa għall-offerti, b'liema mod saret l-għażla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fit-22 ta’ Awwissu 2009, ħarġet sejħa fil-gazzetti għall-Production Houses interessati li jorganizzaw l-attività ta’ l-għoti ta’ premjijiet għall-Gvern Challenge Awards u Local Enterprise Support Awards. Ġiet sottomessa applikazzjoni waħda biss – dik ta’ Where’s Everybody. Il-valur ta’ l-offerta mitfugħa kienet ta’ €26,000.
Leg 11 PQ #14064 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tribunal Industrijali — ħatriet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jsiru l-ħatriet taċ-chairperson u tal-persuni biex iservu fuq it-Tribunal Industrijali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.