Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14056 u jgħid għaliex il-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Gvern Lokali, l-Onor. Stefan Buontempo, ma ġiex mistieden għall-preżentazzjoni tal-Local Enterprise Award u Green Challenge Award? Min ħa d-deċiżjoni u fuq liema bażi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din l-attività ma kien hemm ebda Ministru u Membru Parlamentari mistieden ħliefi bħala Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, is-Segretarju Parlamentari Chris Said, is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam u l-Ministru tal-Finanzi minħabba li kien il-Ministeru tiegħu li ffinanzja l-Enterprise Award.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu u x'miżuri hemm ippjanati li jittieħdu mill-Pulizija dwar is-sitwazzjoni tal-parking fl-inħawi tal-Knisja ta' San Bastjan, f'Ħal Qormi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-pulizija għamlet u se tkompli tagħmel spezzjonijiet fl-inħawi tal-knisja ta’ San Bastjan, partikolarment dwar is-sitwazzjoni tal-parking, u fejn ikun il-każ jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti. Il-Pulizija wkoll qiegħda f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi sabiex is-sinjali ta’ parkeġġ u tabelli tat-traffiku jerġaw jiġu miżbugħa sabiex ikunu jistgħu jigwidaw aħjar lix-xufiera.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14089 u jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra tibdil fil-liġi tal-famlija biex żgħażagħ li jagħlqu 18-il sena u li jkunu għadhom qed jistudjaw, jibqgħu jkunu intitolati għall-manteniment?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 13562.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14085 u 12286 u jgħid x'kienet l-ispiża matul is-snin 2008 u 2009 relatata mal-proġett tat-Triq tal-Għadira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14096, 13257 u 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14095, 13251 u 12772 u jgħid kemm huma l-anzjani li se jitilfu l-għajnuna supplimentari minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 15750 persuni li jirċievu l-Għajnuna Supplimetari tista tonqsilhom din l-għajnuna jekk ma jiżdiedx is-‘ceiling’ bl-għoli tal-ħajja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Pjan ta' Emerġenza Nazzjonali sar s'issa? Minn min saru? X'tip ta' emerġenzi jkopru dawn il-pjani?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s’issa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħejja pjani li jkopru emerġenzi relatati ma’ għarar, installazzjonijiet u siti li jaqaw taħt id-Direttiva msejjħa Seveso, terremoti u spluzjonijiet ta’ kmamar tan-nar.
Id-Dipartiment ipparteċipa wkoll fit-tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza relatati mal-inkwinament tal-baħar u l-pandemija, kif ukoll ma' emerġenza dwar inċident tal-ajru li jseħħ barra l-ajruport.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenari 14064 u jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jsiru l-ħatriet taċ-chairperson u tal-persuni biex iservu fuq it-Tribunal Industrijali?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14062 u jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kien hemm talba waħda li ġiet imwieġba fejn ingħatat ir-raġuni għal dan u din kienet sabiex l-ebda membru fuq il-ġurija ma jista’ b’xi mod ikollu kunflitt ta’ interess.
Dan peress illi l-membri kollha tal-Ass Kunsilli Lokali huma Sindki jew Kunsilliera f’xi wieħed mill-Kunsilli Lokali u din kienet kompetizzjoni bejn il-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14061 u jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-ġurija kienu s-Sur Natalino Attard, Direttur Gvern Lokali, is-Sur Anton Vella fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment fil-unit inkarigata mill-intrapriżi żgħar u medji (SME’s), is-Sinjura Marija Buttigieg, Assistent Direttur fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment fil-unit inkarigata mill-intrapriżi żgħar u medji (SME’s), is-Sinjura Cynthia Misokova fit-Taqsima Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u s-Sur Vince Attard, Kap Eżekuttiv tan-Nature Thrust.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-
Guidance Notes
dwar l-iskema u li abbażi tagħhom ingħataw il-punti. Qed inpoġġi wkoll il-lista ta’ l-Applikanti kollha u dawk li ġew eliġibbli għas-semi finali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14060 u jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Local Enterprise Award tal-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kien hemm talba waħda li ġiet imwieġba fejn ingħatat ir-raġuni għal dan.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14059 u jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għazla tal-Local Enterprise Awards tal-kunsilli lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-ġurija kienu s-Sur Natalino Attard, Direttur Gvern Lokali, is-Sur Anton Vella fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment fil-unit inkarigata mill-intrapriżi żgħar u medji (SME’s), is-Sinjura Marija Buttigieg, Assistent Direttur fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment fil-unit inkarigata mill-intrapriżi żgħar u medji (SME’s), is-Sinjura Cynthia Misokova fit-Taqsima Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fl-Uffiċju tal-Prim Ministru u s-Sur Vince Attard, Kap Eżekuttiv tan-Nature Thrust.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda il-
Guidance Notes
dwar l-iskema u li abbażi tagħhom ingħataw il-punti. Qed inpoġġi ukoll il-lista ta’ l-Applikanti kollha u dawk li ġew eliġibbli għas-semi finali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa biex sar tindif fil-Wied tal-Infern fil-limiti taż-Żebbuġ Għawdex, wara tfiegħ illegali ta' radam f'dan il-wied fl-2007?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa biex sar tindif fil-Wied tal-Infern fil-limiti taż-Żebbuġ Għawdex, wara tfiegħ illegali ta' radam f'dan il-wied fl-2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa biex sar tindif fil-Wied tal-Infern fil-limiti taż-Żebbuġ Għawdex, wara tfigħ illegali ta' radam f'dan il-wied fl-2007?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li dawn l-inħawi jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali tal-lokalita' rispettiva, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Direttur Artistiku — kummissjoni fuq proġett Pjazza San Ġorġ
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, bħala Direttur Artistku fuq proġetti urbani, tħallas kummissjoni għax-xogħol li wettaq fuq il-proġett tal-Pjazza San Ġorġ? Jekk iva, kemm kienet tammonta din il-kummisjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li se jagħti l-Onorevoli George Pullicino.
Direttur Artistiku — kummissjoni fuq proġett Pjazza San Ġorġ
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, bħala Direttur Artistku fuq proġetti urbani, tħallas kummissjoni għax-xogħol li wettaq fuq il-proġett tal-Pjazza San Ġorġ? Jekk iva, kemm kienet tammonta din il-kummisjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li d-Direttur Artistiku tal-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ issottometta invoices li jammontaw għal €39,399 għax-xogħol tiegħu fuq dan il-proġett. Dan hu skond il-kuntratt u l-kundizzjonijiet tad-Direttur Artistiku li huma pubbliċi u li kienu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati s-sena li għaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ir-rapport intern li kien ikkunmmisjona wara l-iskandlu fid-Dipartiment tal-VAT? Min ġie kkummissjonat bir-rapport? Jista' jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Ir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport se jiġu segwiti?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.