Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas lis-sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kien ġie mwiegħed benefiċċju lis-sajjieda għal matul l-istaġun magħluq tal-pixxispad? Jista' jikkonferma li dan kellu jkun ta' €800 fix-xahar? Jista' jgħid kemm-il sajjied applika għal dan il-benefiċċju u kemm kienu meqjusa bħala li huma eleġibbli għal dan il-benefiċċju? Jista' jgħid kemm kienet sal-lum in-nefqa totali li saret fuq dan il-benefiċċju? Jista' jgħid jekk il-ħlasijiet ta' dan il-benefiċċju għall-istaġun magħluq tas-sena 2009 sarux? Jekk le, sa meta se jkunu saru dawn il-ħlasijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għal stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Informazzjoni nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar 2010 fejn intqal li l-Gvern ser jagħti, minn fondi lokali, kumpens lis-sajjieda armati għas-sajd tal-pixxispad. Infakkar l-Onor Membru li diġà ngħata kumpens fl-2008 u l-kumpens għall-2009, li ser ilaħħaq madwar € 70,000, jingħata kif jintemmu l-verifiki neċessarji ħalli nkunu ċerti li fondi pubbliċi jitqassmu kif suppost.
Leg 11 PQ #14819 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tribunal Industrijali — ħatriet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamenari 14418 u 14064 u jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jsiru l-ħatriet taċ-chairperson u tal-persuni biex iservu fuq it-Tribunal Industrijali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kemm iċ-Chairperson kif ukoll il-persuni biex iservu fuq it-Tribunal Industrijali huma maħtura.

Skejjel tal-Gvern — Trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod it-trasport tat-tfal tal-iskejjel tal-Gvern se jintlaqat mir-riforma fit-trasport pubbliku? Kif beħsiebu jaġixxi l-Gvern f’ dan il-qasam? Dan it-trasport se jibqa b’xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel tal-Gvern — Trasport

Question

Tista’ l-Ministru tgħid b’liema mod it-trasport tat-tfal tal-iskejjel tal-Gvern se jintlaqat mir-riforma fit-trasport pubbliku? Kif beħsiebu jaġixxi l-Gvern f’ dan il-qasam? Dan it-trasport se jibqa b’xejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Meta titħabbar ir-riforma tat-trasport pubbliku, il-Gvern jagħmel in-negozjati tiegħu mal-operaturi. It-trasport tal-istudenti tal-iskejjel tal-Istat jibqa’ bla ħlas.
Leg 11 PQ #13791 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta — Principal Technical Officer

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ingħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Enemalta, li ismu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14184.
Leg 11 PQ #14056 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Local Enterprise Award u Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Gvern Lokali, l-Onor. Stefan Buontempo, ma ġiex mistieden għall-preżentazzjoni tal-Local Enterprise Award u Green Challenge Award? Min ħa d-deċiżjoni u fuq liema bażi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14423.
Leg 11 PQ #14059 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Local Enterprise Awards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għazla tal-Local Enterprise Awards tal-kunsilli lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14422.
Leg 11 PQ #14060 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali — rappreżentant

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Local Enterprise Award tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14421.
Leg 11 PQ #14061 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14420.
Leg 11 PQ #14062 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14419.

Korporazzjoni Enemalta — twaqqif ta' percipitators

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif waqt li fit-tweġiba tiegħu għal mistoqsija parlamentari 13554, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet Stop Notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14645 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14230 u jgħid kemm kien il-budget għax-xiri ta' Herceptin matul l-2009? Kemm inxtraw fjali ta' Herceptin u kemm fjali ġew fornuti lill-pazjenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Korporazzjoni Enemalta — Principal technical Officer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14183 u 13792 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ngħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, li dettalji tiegħu qed jintbagħat separatament? Qed ikun ikkunsidrat li jittieħdu passi dwar dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14183.

Dipartiment tal-VAT — rapport intern

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14357 u jgħid f'liema stadju wasal ir-rapport intern li kien ikkummisjona wara l-iskandlu fid-Dipartiment tal-VAT? Min ġie kkummissjonat bir-rapport? Jista' jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Ir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport se jiġu segwiti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord li ġie kummissjonat biex jagħmel rapport fuq il-VAT mistenni li jikkonkludi fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Bord hu magħmul minn membri maħturin mill-Ministru għal dan il-għan, li huma is-Sur Herbert Agius bħala Chairperson, u s-sinjuri Dr Cynthia Xerri Debono u Joseph Croker bħala membri. F’dan l-istadju hu prematur li jinġibdu xi konklużjonijiet.

Butchers tradizzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm butchers tradizzjonali li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, kemm kienu dawn l-individwi bħala numru u kemm ibbenefikaw b'mod individwali f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s’issa ma seta jingħata l-ebda għajnuna lill-butchers tradizzjonali minn fondi Ewropej mill-Ministeru tiegħi.
Leg 11 PQ #14703 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Eks ħaddiema tat-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar numru ta' eks ħaddiema tat-Tarzna li spiċċaw bejn is-sena 2000 u 2002 u li qed ibatu minn anomalija ta' €34.94 inqas fil-pensjoni tagħhom kull erba' ġimgħat?

Response (DALLI, JOHN)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-anomalija li ġieli tinħoloq fil-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali li hija bbażata fuq makkinarju ta’ medja ta’ tliet snin kalendarji fl-aħħar għaxar snin kalendarji qabel l-irtirar ta’ persuna. Informat li xi kultant li b’riżultat ta’ dan il-mekkanizmu, il-pensjoni ta’ persuna tkun anqas minn kollega li rtirat qabilha. Dan jiġri l-aktar meta fis-snin li jkun qed jiġu kkunsidrati għal finijiet tad-Dħul Pensjonabbli jkun hemm żidiet fis-salarju jew paga li jkunu ogħla miż-żieda għall-ogħli tal-ħajja li tingħata mill-Gvern. Informat ukoll li l-mekkanizmu fl-iskema nazzjonali tal-pensjonijiet huwa l-istess għal kulħadd u mhux limitat biss għal eks ħaddiema tat-Tarzna. Għalhekk din l-anomalija mhix limitata biss għal eks ħaddiema tat-Tarzna. Minkejja li saru diversi tentattivi biex tinstab soluzzjoni prattika għal din l-anomalija mingħajr impatt negattiv fuq l-iskema taż-żewg terzi, sa issa ma nstabx mekkanizmu li filwaqt li tindirrizza din l-anomalija, il-prinċipji li fuqhom inbniet l-istess skema ta’ żewg terzi jibgħu salvagwardati. Nista’ ninforma lil Onor Membru, li l-istudji fuq din l-anomalija flimkien ma’ anomaliji oħra għadu għaddej u fejn hemm soluzzjonijiet prattiċi dawn l-anomaliji jiġu rranġati skond il-każ.
Leg 11 PQ #14638 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14094, 13252 u 12816 u jgħid x'inhi l-waiting list għall-vista tal-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħaż-Żebbuġ — xogħlijiet fi Triq Dun Luret Callus

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern Ċentrali għal xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru fi Triq Dun Luret Callus f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14640 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Wied Infern - tindif

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14231 u jgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa biex sar tindif fil-Wied tal-Infern fil-limiti taż-Żebbuġ Għawdex, wara tfiegħ illegali ta' radam f'dan il-wied fl-2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.