Sptar Mater Dei — tagħmir mediku mikri lill-sptarijiet u kliniċi privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tibqa' għaddej l-prattika li tagħmir mediku mill-Isptar Mater Dei, użat fl-iktar oqsma fejn hemm waiting lists twal, jinkera lil sptarijiet u kliniċi privati ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-prassi ta’ self (u mhux kiri) ta’ tagħmir mediku bejn l-isptarijiet se tibqa’ għaddejja. Ta’ min wieħed jinnota li din il-prattika qatt ma fixklet jew affettwat b’mod negattiv ir-rutina tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei, kemm jekk huma operazzjonijiet meqjusa bħala kazijiet ‘normali’ u wisq aktar il-waiting lists ezistenti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-menus għall-pazjenti fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex jiġu aġġornati? Jekk iva, meta huwa l-ħsieb li jsir dan?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemmx il-ħsieb li jinbidlu l-menus għall-pazjenti peress li qed jiġu kkunsidrati sistemi oħra li jistgħu jiġu ntrodotti għas-servizz ta' l-ikel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubblici li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizzjoni tal-Gvern estiż
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont, sena b’sena, mill-2003 sa l-2009, kemm kien id-dħul u n-nefqa ta' dawk il-kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubblici li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizzjoni tal-Gvern estiż? Jista' jagħti rendikont, sena b’sena, mill-2003 sa l-2009, kemm kien id-dejn ta' dawk il-kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizjoni tal-Gvern estiż? Jista' jagħti rendikont għas-snin 2003 sa l-2009, kemm kien d-dħul minn taxxi, liċenzji, kontribuzzjonijiet u tariffi f’dawk il-kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizzjoni tal-Gvern estiż? Jista' jagħti rendikont għas-snin 2003 sa l-2009, kemm kien hemm persuni impjegati u x’kien l-infiq f’pagi u allowances f’dawk il-kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizzjoni tal-Gvern estiż?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — rendikont tal-business plan finanzjarju
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-business plan finanzjarju, prinċipalment id-dħul u l-infiq, li qed jiġi proġettat għall-2010 għal Transport Malta u jekk dawn iċ-ċifri jinkludux il-€55 miljun kumpens lis-sidien tal-karozzi tal-linja f’Malta u €3.1 miljun għal dawk f’Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kif meħtieġ bil-liġi, l-estimi finanzjarji ta’ Transport Malta se jiġu ppreżentati u diskussi fil-Parlament fil-ġimgħat li ġejjin.
Korporazzjoni Enemalta — Principal Technical Officer
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14646, 14183 u 13792 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-każ imsemmi fir-rapport annwali ta’ l-Uffiċċju tal-Ombudsman ghas-sena 2008 f’pagni 65, 66, 67 u 68, dwar impjegat tal-Korporazzjoni Enemalta li ma kienx aċċettat għall-kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department u li iżda spiċċa xorta ngħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu ċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta? Qed ikun ikkunsidrat li jittieħdu passi dwar dan il-każ? Minħabba li f’mistoqsijiet preċedenti, il-Ministru rreferieni għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14183, nirrimarka li isem l-impjegat involut ma nistax nipprovdih għaliex dettal bħal dan ma jkunx aċċessibbli mir-rapport annwali ta’ l-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ta l-Prim Ministru fil-Mistoqsija Parlamentari numru 13791.
Korporazzjoni Enemalta — Principal Technical Officer
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-każ imsemmi fir-rapport annwali ta’ l-Uffiċċju tal-Ombudsman għas-sena 2008 f’paġni 65, 66, 67 u 68, dwar impjegat tal-Korporazzjoni Enemalta li ma kienx aċċettat għall-kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department u li iżda spiċċa xorta ngħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu ċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-każ? Minħabba li f’mistoqsijiet preċedenti, l-Prim Ministru rreferieni għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14184, nirrimarka li isem l-impjegat involut ma nistax nipprovdih għaliex dettal bħal dan ma jkunx aċċessibbli mir-rapport annwali ta’ l-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru fil-Mistoqsija Parlamentari numru 13791.
Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14636, 14096, 13257, 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
Uffiċjal fl-Ambaxxata Maltija f'Londra — irregolaritajiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali sab fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008, li twettqu minn uffiċjal għoli Malti fl-Ambaxxata Maltija f’Londra? Ittieħdu xi passi biex flus li dan l-uffiċjal ħa meta ma kienx jikkwalifika għalihom, jingħataw lura?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li nħareġ rapport tal-Awditur, il-Ministeru għamel il-verifiki kollha neċessarji mal-Kummissarji għolja f'Londra u sa issa ma jirriżultax li hemm fondi li għandhom jingħataw lura.
Ambaxxata Maltija f'Londra — irregolaritajiet fl-għoti tal-fuel
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'passi ttieħdu dwar l-irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008, sab li twettqu fl-għoti tal-fuel lill-karozzi fl-Ambaxxata Maltija f'Londra?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 14885.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 sab li twettqu, meta l-Ministeru tal-Affarijiet rurali u tal-ambjent li kien immexxi minnu ħallas €760,000 għal numru ta' servizzi u konsulenzi minkejja li ma kienu ffirmati l-ebda kuntratti ma’ min irċeva dawn il-ħlasijiet, waqt li ħallas ukoll €270,000 fuq numru ta' kuntratti minkejja li dawn l-istess kuntratti kienu ilhom li għalqu għal numru ta' snin ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Sptar Ġenerali t’Għawdex — distribuzzjoni ta’ l-ikel
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu sal-lum biex ikunu indirizzati numru ta' nuqqasijiet li l-Awditur Generali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008, sab li twettqu f’dik li hija sistema t’akkwist u ta’ distribuzzjoni ta’ l-ikel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu azzjonijiet diversi biex jiġu ndirizzati n-nuqqasijiet identifikati fir-rapport annwali għas-sena 2008 ta' l-Awditur Ġenerali uħud minnhom skond ir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-istess rapport.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 sab li twettqu, meta fl-2007 il-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u tal-Ambjent ma ħareġ ebda riċevuta tal-VAT għal numru ta’ ħlasijiet li flimkien kienu jaqbżu s-€60,000 u baqa` ma sar l-ebda rapport, kif fil-fatt kien obbligat li jsir, lid-divizjoni tal-VAT?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14638, 14094, 13252 u 12816 u jgħid x'inhi l-waiting list għall-vista tal-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-ewwel appuntament għall-viżta ta’ l-għajnejn (First Available Ophthalmic Appointment) fic-ċentri tas-saħħa kif qed jingħata illum hu kif indikat hawn that;
Ċentru tas-Saħħa Data ta’ l-Appuntament
Gżira April 2010
Mosta Settembru 2011
(Rabat u B’Kara mill-Mosta)
Furjana Ottubru 2010
Raħal Ġdid u Bormla Dawn qed jingħataw appuntament mill-klinika tal-Furjana
Qormi April 2011
L-emerġenzi jingħatalhom appuntament qabel.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 14643 u 14229 u jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li matul l-2009 ingħataw full treatment tal-Herceptin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li skond informazzjoni li għandu d-Dipartment tas-Saħħa kien hemm s’issa 24 pazjent li nbdew fuq il-mediċina Trastizumab (Herceptin) li minnhom 5 spiċċaw it-trattament komplut (full treatment) – il-bqija għadhom qegħdin jieħdu t-trattament meħtieġ.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14641 li saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-fuel li jittella' Għawdex għall-fini ta' bunkering huwiex qed jitla' permezz ta' trakkijiet u braken liċenzjati?
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14639 u jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern Ċentrali għal xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru fi Triq Dun Luret Callus f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmija triq ma tagħmilx parti mill-lista ta’ toroq li se jsiru minn Transport Malta.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14640 u 14231 u jgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa biex sar tindif fil-Wied tal-Infern fil-limiti taż-Żebbuġ Għawdex, wara tfiegħ illegali ta' radam f'dan il-wied fl-2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-azzjoni diretta li ħadet il-MEPA sabiex tindirizza ECF 97/07, li kien inħareġ fuq tfiegħ ta’ materjal u llivellar tat-terren f'Wied l-Infern limiti taż-Żebbuġ f'Għawdex, swiet Eur 57,417.66. Din is-somma tħallset lill-MEPA f'Mejju 2008.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14635, 14085 u 12286 u jgħid x'kienet l-ispiża matul is-snin 2008 u 2009 relatata mal-proġett tat-Triq tal-Għadira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investigazzjoni mill-Korporazzjoni Enemalta dwar qtugħ tal-provista tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni interna li saret mill-Korporazzjoni Enemalta dwar il-qtugħ tal-provista tad-dawl li seħħ fit-18 ta' Novembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minħabba l-fatt li la l-inkjesta tal-pulizija kif ukoll dik maġisterjali ma ġewx konklużi, ma jkunx prudenti li l-konklużjonjiet tal-inkjesta interna jiġu kkommunikati.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.