Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14887 u jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 sab li twettqu, meta l-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u tal-Ambjent li kien immexxi minnu ħallas €760,000 għal numru ta' servizzi u konsulenzi minkejja li ma kienu ffirmati l-ebda kuntratti ma’ min irċeva dawn il-ħlasijiet, waqt li ħallas ukoll €270,000 fuq numru ta' kuntratti minkejja li dawn l-istess kuntratti kienu ilhom li għalqu għal numru ta' snin ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14884, 14636, 14096, 13257, 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk stedinx f’Malta lill-ex Ambaxxatur Ingliż għal Polonja li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Jekk iva, x’kien l-iskop ta’ din l-istedina? Ma' min iltaqa' kemm dam f’pajjiżna u x’kienet il-funzjoni tiegħu waqt dawn il-laqgħat?
Response (BORG, TONIO)
Is-Sinjur Charles Crawford kien f'Malta sabiex iħarreġ ħaddiema tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Dan provda taħriġ dwar id-diplomazija.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu jikkawża d-dewmien għal trasferimenti ta’ snieter kaġun tal-fatt li l-carnet de chasse mhux jinħareġ fiż-żmien mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi din is-sitwazzjoni ġiet rimedjata u t-trasferimenti qegħdin isiru.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma sarux il-ħlasijiet tal-extra duties li membri tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex għamlu matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu tas-sena li għaddiet ? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-ħlasijiet? Jista' jgħid meta se jsiru dawn il-ħlasijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-proċess biex isir ħlas fir-rigward ta’ siegħat żejda jirrikjedi xogħol amministrattiv sostanzjali li kulltant jieħu żmien aktar milli wieħed jixtieq. Tali xogħol jinkludi prinċipalment il-komputazzjoni, verifika u eventwalment awtorizzazzjoni tal-ammonti dovuti. Infurmat ukoll li dan il-proċess issa tlesta u l-ħlasijiet mistennija jsiru mill-aktar fis possibbli. L-ammont totali ta’ ħlas dovut huwa ta’ € 23,841.74.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex għadhom ma sarux il-ħlasijiet tal-extra duties li membri tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex għamlu matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu tas-sena li għaddiet ? Tista' tgħid kemm jammontaw dawn il-ħlasijiet? Tista' tgħid meta se jsiru dawn il-ħlasijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — notifiki dwar kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol irċeviet notifiki li se jinbdew xogħlijiet ta' kostruzzjoni fis-sena 2007, 2008 u 2009 sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà rċeviet dawn in-notifiċi fis-snin imsemmija:
2007: 127 notifika
2008: 193 notifika
2009: 175 notifika.
Skond l-Avviż Legali 281/2004, (ir-Regolamenti tal-2004 dwar bżonnijiet minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà tax-Xogħol f’Siti ta’ Kostruzzjoni), speċifikament regolament 4 (1), in-notifika għandha tintbagħat fil każ ta’ siti ta’ kostruzzjoni li fuqhom ix-xogħol ikun skedat li jdum aktar minn 30 jum tax-xogħol u li fuqhom ikun hemm jaħdmu aktar minn 20 ħaddiem fl-istess ħin, jew li fuqhom il-volum tax-xogħol huwa skedat li jeċċedi l-500 ġurnata xogħol ta’ persuna. Din-notifika għandha tintbagħat lill-Awtorità mis-
supervisor
tal-proġett ta’ l-anqas erba’ ġimgħat kalendarji qabel ma jibda x-xogħol.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol, maqsumin bejn Malta u Ghawdex u irgiel u nisa, fuq l-ewwel parti u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad rispettivament f’dawn il-ġranet:
8 ta’ Jannar, 15 ta’ Jannar, 22 ta’ Jannar, 29 ta’ Jannar 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14644 u jispjega kif waqt li fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 13554, il-Ministru ta’ qablu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta Austin Gatt, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet stop notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-rispost ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm managers jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċvili, kif sar l-ingaġġ tagħhom u xi kwalifiki għandhom? Jista' jgħid x'tip ta’ xogħol hemm assenjat fil-preżent lil kull wieħed minn dawn il-managers ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm żewġ Managers jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn inħatru wara żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, li saru f’Lulju tal-1998 u Lulju tal-1999 rispettivament. Fiż-żewġ każi l-uffiċjali magħżula kellhom il-kwalifiċi mitluba fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Wieħed mill-
Managers
huwa nkarigat mill-istazzjon ta’ tifi tan-nar f’Ħal Far, kif ukoll mit-tiswijiet ta’ vetturi, inġenji u makkinarju tad-dipartiment. Dan l-impjegat jieħu ħsieb ukoll it-taħriġ tad-dipartiment u l-applikazzjonijiet tal-MEPA u qiegħed fil-kumitat msejjaħ SEVESO Offsite Emergency biex jara li dawk l-istabbilimenti li jaqaw taħt il-kriterji tas-SEVESO huma koperti bi pjan ta’ kontinġenza f’każ ta’ xi inċident. Il-
Manager
l-ieħor jieħu ħsieb is-sezzjoni tad-
divers
u hu nkarigat minn l-inċidenti li jinqalgħu fit-tramuntana ta’ Malta u Għawdex kif ukoll jieħu ħsieb dak kollu li jirrigwarda l-komunikazzjoni ma' entitajiet oħra u l-kwartieri ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili.
Tarzna — ex ħaddiema impjegati bħala self employed
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk fit-tarzna fl-aħħar ġimgħat kenux qed jiġu impjegati bħala self employed, ex-ħaddiema ta’ l-istess tarzna li fix-xhur li għaddew kienu ingħataw is-somma taħt l-iskemi li kienu tniedew ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Persuni li jkunu jridu jagħmlu xogħol għal rashom huma obbligati bil-liġi li jinfurmaw lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li bdew dan l-impjieg għal rashom. Iżda l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni lil minn huma qegħdin jipprovdu dan is-servizz, għalhekk din il-Korporazzjoni ma tistax tipprovdi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus permezz tal-iskeda ta' amnestija mħabbra s-sena l-oħra bil-għan li jiġbor arretrati tal-income tax li kienu ilhom pendenti għal numru ta' snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-arretrati tal-Income Tax li nġabru taħt l-Iskema dwar tnaqqis ta’ multi u mgħax, imħabbra s-sena l-oħra sal-lum jammontaw għal €32,461,457. Ninsab infurmat li d-dipartiment għad irid jirċievi xi pagamenti għal “statements” li ħarġu f’data viċin it-22 ta’ Frar. Għalhekk hu mistenni li dan l-ammont jikber.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14230 u jgħid kemm kien il-budget għax-xiri ta' Herceptin matul l-2009? Kemm inxtraw fjali ta' Herceptin u kemm fjali ġew fornuti lill-pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Skond informazzjoni li għandu d-Dipartiment tas-Saħħa matul is-sena 2009 il-Gvern xtara 536 fjala Trastuzumab (Heceptin) li minnhom 350 ġew imqassma lill-pazjenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet reġistrata bħala recovery kull sena mill-2007 sal-2009? Kemm-il licenzja tas-sewqan giet imġedda jew ħarġet ġdida bla ma sar ħlas, kull sena mill-2007 sal-2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir mill-Gvern biex ħaddiema ma jispiċċawx jitilfu drittijiet u benefiċċji li jkunu intitolati għalihom bil-liġi, minħabba li jiġu mġiegħla jirreġistraw bħala self employed? Jikkonferma li din il-prattika mhix tiġi wżata għall-impjiegi anke mal-Gvern stess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg jagħmluha ċara li mpjegat ma jistax jiġi imwaqqaf mix-xogħol ħlief f’każ ta redundancy jew għal raġunijiet ġustifikabbli.
Għalhekk, min iħaddem ma jistax iwaqqaf impjegat minħabba allegat nuqqas ta’ xogħol imma fl-istess waqt juża’ s-servizzi ta’ l’ex-impjegat biex dan jagħmel l-istess xogħol bħala
self-employed
. F’każ li jiġri dan, l-impjegat li twaqqaf mix-xogħol jista’ jressaq il-każ tiegħu quddiem it-Tribunal Industrijali u jallega li l-waqfien mill-impieg kien wieħed inġust. Jekk it-Tribunal isib li r-raġunijiet tal-ilment ikollhom bażi, jista’ jordna li l-impjegat jerġa’ jidħol fl-impieg jew jingħata kumpens.
Jekk pero, ikun hemm qbil bejn il-partijiet li jiftehmu li jħollu l-kuntratt tal-impieg u jidħlu f’arranġamenti oħrajn, li jinkludu li jiġu offruti servizzi bħala
self-employed
, dan mhux kontra l-liġi.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li impjegati mal-Gvern jiġu maħtura jew ingaġġati fi grad jew pożizzjoni fuq kuntratt indefinit jew definit, permezz ta’ proċess ta’ għażla wara l-ħruġ ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet. F’każijiet fejn jippersisti nuqqas ta’ riżorsi umani, ċerti drabi jiġu ingaġġati persuni fuq kuntratt għall-servizz (
contract for service
) biex ma jbatux is-servizzi fis-settur konċernat.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk jintalabx ħlas biex individwu jagħmel uzu mill-Matthew St John track fil-Marsa u mill-faċilitajiet li jeżistu magħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14628.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14743 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 14704, jista' l-Ministru jgħid hemmx idea meta l-inkjesta tal-pulizija kif ukoll dik maġisterjali dwar il-qtugħ tal-provista tad-dawl li seħħ fit-18 ta' Novembru 2009, se jkunu lesti ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-inkjesta tal-Pulizija u dik Maġisterjali għadhom għaddejjin. Għaldaqstant m’għadiex xi nżid mar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14704.