Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15315, 14887 u jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 sab li twettqu, meta l-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u tal-Ambjent li kien immexxi minnu ħallas €760,000 għal numru ta' servizzi u konsulenzi minkejja li ma kienu ffirmati l-ebda kuntratti ma’ min irċeva dawn il-ħlasijiet, waqt li ħallas ukoll €270,000 fuq numru ta' kuntratti minkejja li dawn l-istess kuntratti kienu ilhom li għalqu għal numru ta' snin ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-MRRA ta spjega lill-Awditur fuq kull każ li kien indika fir-rapport tiegħu u spjega x' awtorizazzjonijiet kien ottjena jew għadda nformazzjoni addizjonali lill-Awditur.
liċenzja tal-vetturi ta' mal-windscreen maħruġa mingħajr ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja tal-vetturi ta' mal-windscreen ħarġet bla ma sar ħlas, jew sar il-ħlas u ġiet riversjata kull sena mill-2006 sa 2009? F' kull każ x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
liċenzja tas-sewqan bil-kategorija miżjudin — nies li ma qagħdux għall-eżami
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li għandhom il-liċenzja tas-sewqan bil-kategorija miżjuda mingħajr ma qagħdu għall-eżami, mill-2006 sa 2009? F' kull każ x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — prezz tal-LPG mibjugħ lil Gasco
Question
Jista' l-Ministru jghid jekk il-mark up li sar mill-Korporazzjoni Enemalta fuq bejgħ ta’ LPG lil Gasco kienx ogħla jew inqas mis-sussidju fl-istess perjodu u b’kemm ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15017 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 15016 u 14644 u jispjega kif waqt li fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 13554, il-Ministru ta’ qablu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta Austin Gatt, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet stop notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15157, jista' l-Ministru jgħid:
a) fuq liema merti intgħażel l-individwu li dettalji qed jingħataw separatament?
b) min irreferih lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin?
ċ) kemm dam f’Malta?
d) kemm tħallas għas-servizzi tiegħu?
e) kemm swiet il-mawra tiegħu bħala spejjeż relatati?
f) x’kien il-kontenut ta’ taħriġ li ta?
ġ) min attenda għal dan it-taħriġ u x’inhi l-kariga ta’ kull persuna li attendit?
g) kemm–il siegħa dam dan it-taħriġ?
h) l-individwu kellu laqgħat ma’ persuni minn Ministeri oħra?
ħ) l-individwu kellu laqgħat ma persuni terzi?
Response (BORG, TONIO)
L-individwu kien f'Malta sabiex iħarreġ impjegati tas-Servizz Pubbliku dwar id-diplomazija.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huwa mpenjat li jipprovdi taħriġ lill-uffiċċjali li jaħdmu fi ħdanu. Għal dan il-għan ġie organiżżat taħriġ mifrux fuq tlett ijiem lil numru ta' ħaddiema. Darbtejn fil-ġimgħa jingħata taħriġ lill-uffiċċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin dwar materji differenti.
Dan it-taħriġ sewa lill-Gvern madwar 3700 euro.
Jista' l-Ministru jgħid x'distanza jrid ikun hemm bejn hawker u l-eqreb stage tal-karozzi tal-linja, bejn hawker u l-eqreb stabbiliment kummerċjali u jekk hawker jistax jarma fuq white line?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7977, 7115, 6838 u 7364 u jgħid lokalità b'lokalità liema toroq residenzjali tlestew sa tmien l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien tħabbar f'Awwissu 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 5600.
Jista l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex ikunu rranġati kemm it-triq kif ukoll il-bankina li minn Triq il-Mediterran f'Pembroke tagħti għall-faċilitajiet sportivi ta' Pembroke Athleta? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex fit-toroq ta' dawn l-inħawi li jagħtu għall-faċilitajiet sportivi ta' Pembroke Athleta jitwassal id-dawl elettriku minħabba li bħalissa meta jidlam ikun hemm dlam ċappa? Dan anke fid-dawl ta' attivitajiet li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin b'rabta mal-ftuħ uffiċjali tal-faċilitajiet sportivi ta' Pembroke Athleta.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat lix-xogħol ta' resurfacing fit-triq li tgħati għall-isports complex kif ukoll bankina ġdida li semma l-Onor Interpellant, sar. Infurmat ukoll li b'kordinazzjoni mal-Kunsill Lokali qed ikunu stallati arbli tad-dawl.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14889 u jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 sab li twettqu, meta fl-2007 il-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u tal-Ambjent ma ħareġ ebda riċevuta tal-VAT għal numru ta’ ħlasijiet li flimkien kienu jaqbżu s-€60,000 u baqa` ma sar l-ebda rapport, kif fil-fatt kien obbligat li jsir, lid-divizjoni tal-VAT?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali ħa dawk il-passi neċessarji sabiex jindirizza l-argumenti mqajma fir-Rapport Annwali tal-Awditur Generali għas-sena 2008 u dawn kollha ġew notifikati lill-istess Awditur Generali fi tweġiba li ntbagħtitlu.
Uffiċjal fl-Ambaxxata Maltija f'Londra — irregolaritajiet
Question
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14885, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin għaldaqstant jgħid jekk jaqbilx jew le mal-konklużjonijiet ta' l-Awditur Ġenerali dwar irregolaritajiet li sab fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 li twettqu minn uffiċjal għoli Malti fl-Ambaxxata Maltija f'Londra?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-parir li ngħatajt mill-Kummissarju Għoli f'Londra, li għamel il-verifiki neċessarji, jidher li m'hemm l-ebda ħlas xi jsir lura.
Karti tal-Identità Elettroniċi — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14273, jista' l-Ministru jgħid jekk it-talba għall-fondi tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-karti ta' identità elettroniċi li kellha tkun determinata sal-aħħar ta' Frar, ġietx determinata favorevolment ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14962, jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret VAT fuq il-kontijiet tal-elettriku mis-sena 2004 sas-sena 2009, sena b’sena u kemm huwa ppjanat li tinġabar matul dis-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT kif irrapportati mill-Enemalta jinkludu ukoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15014 u 14743 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru li sa ftit xhur ilu kien inbeda programm mill-Korporazzjoni Enemalta biex jiġu mibdula meters antiki ħafna b'oħrajn diġitali? Jekk jikkonferma, jista' jispjega għaliex inxtraw dawn il-meters diġitali biex issa ser jiġu mibdula bl-ismart meters? X'inhu l-istock ta' dawn il-meters diġitali? X'se jsir issa mill-meters diġitali li diġà kienu ġew stallati fid-djar? X’se jsir mill-istock ta' meters diġitali li diġà qegħdin għand l-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-programm biex jinbidlu l-meters l-antiki għal meters il-ġodda inbeda snin ilu u kien twaqqaf la darba ġew l-SMART meters. Dawn il-meters diġitali kienu nxtraw fuq kuntratt/tenders li ġew kkonfermati sew qabel ma nxtraw l-SMART meters. L-stock ta’ dawn il-meters diġitali jammonta għal 9000. Meta dawn il-meters jiġu mibdula ma’ SMART meters, abbażi taż-żmien li għandhom, jistgħu dawn jinbiegħu jew jintbagħtu għal scrap. L-istock tal-meters diġitali l-ġodda ħa jinbiegħu.
Tista’ l-Ministru tghidilna kemm kien in-numru ta’ nies li:
1. nqatgħu mir-reġistrar u għalfejn?
2. bdew jirreġistraw għax-xogħol?
3. kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u sabu xogħol?
f’dawn il-ġimgħat:
ġimgħa li tibda 4 ta’ Jannar 2010
ġimgħa li tibda 11 ta’ Jannar 2010
ġimgħa li tibda 18 ta’ Jannar 2010
ġimgħa li tibda 25 ta’ Jannar 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tabella A turi n-numru ta’ nies li nqatgħu mir-reġistrar f’Diċembru 2009 u għal liema raġuni (skond l-aħħar informazzjoni).
Tabella A
Diċembru 2009
Inqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw
11
Irrifjutaw opportunita ta' xogħol
83
Irrifjutaw taħriġ
21
Total
115
In-numru ta’ persuni li bdew jirreġistraw l-ewwel darba għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru f’Jannar 2010 kien ta’ 315.
Tabella B turi kemm f’Jannar 2010 kien hemm persuni li kienu qed jirreġistraw u sabu xogħol fil-ġimgħat mitluba.
Tabella B:
Ġimgħa:
Numru ta' persuni
4/1/2010 - 10/1/2010
30
11/1/2010 - 17/1/2010
92
18/01/2010 - 24/01/2010
58
25/01/2010 - 31/01/2010
47
Total
227
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14883, 14635, 14085 u 12286 u jgħid x'kienet l-ispiża matul is-snin 2008 u 2009 relatata mal-proġett tat-Triq tal-Għadira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiza matul is-snin 2008 u 2009 relatata mal-proġett tat-Triq tal-Għadira kienet ta' €20,229.07.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 14880 u 14641 li saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-fuel li jittella' Għawdex għall-fini ta' bunkering huwiex qed jitla' permezz ta' trakkijiet u braken liċenzjati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Awtorità tilliċenzja 'jobbers' skond LN 53/2010. MRA qegħda fil-proċess li tikteb lil kull operatur biex jirreġistra l-trakkijiet tiegħu/tagħha skond il-ligi.
Sptar Ġenerali t’Għawdex — distribuzzjoni ta’ l-ikel
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14888 tista' l-Ministru tagħti lista ta' x'inhuma l-azzjonijiet li ttieħdu biex ikunu ndirizzati numru ta' nuqqasijiet li l-Awditur Generali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008, sab li twettqu f’dik li hija sistema t’akkwist u ta’ distribuzzjoni ta’ l-ikel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ttieħdu diversi azzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex biex jiġu indirizzati l-punti mqajma fir-rapport annwali ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2008, fosthom ġie assenjat Uffiċċjal Prinċipali biex ikun inkarigat mit-taqsima tal-istores, sabiex ikun hemm kontrolli akbar skont kif stipulat fir-regolamenti finanzjarji. Ġiet introdotta wkoll sistema ġdida kompjuteriżżata biex jinżamm l-istokk tal-ikel.
Barra minn hekk it-talbiet mis-swali għall-provvisti qed isiru b'mod elettroniku biex jiġi żgurat li jibqa' rekord ta' kull ma jintalab u jiġi provdut. Saru wkoll miżuri oħra ta' sigurtà u ċċekkjar biex jiġu eliminati kemm jista' jkun kull diskrepanza jew żbalji.