Rigward id-deroga għall-kaċċa tal-gamiem u s-summien f’April 2010, Jista’ l-Prim Ministru jghid:
a) Għaliex il-gvern ma mexiex mar-rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat Ornis dwar li l-istaġun jitqassar għal tliet gimgħat, u li n-numru tal-għasafar li jistgħu jinqabdu għandu jkun madwar 34,000? Fuq liema bażi xjentifika mexa l-gvern biex wasal għan-numru ta’ 7,500 għasfur meta d-Direttiva tal-Għasafar tal-Unjoni Ewropeja tgħid li n-numru għandu jkun fl-ordni ta’ 1% tal-mortalità tal-ispeċi? Kif jista’ qatt il-gvern jiġġustifika n-numru tiegħu ta’ 7,500 meta l-Qorti stess iddikjarat li numru akbar ta’ 10,000 fil-ħarifa hu meqjus bħala inkonsiderevoli?
b) Għaliex il-gvern iddiskrimina kontra l-kaċċaturi u għamel id-deroga tapplika għal biss 20% minnhom u b’hekk ċaħħad lill-maġġoranza mid-dritt għall-alternattiva sodisfaċenti; u għaliex ħalla barra wkoll lin-nassaba tal-gamiem u tas-summien?
ċ) Għaliex il-gvern għamel diskriminazzjoni oħra kbira mal-kaċċaturi meta ħadilhom id-dritt li jippratikaw il-kaċċa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi, meta l-gvern jaf li kwalunkwe ċittadin ieħor baqa’ jgawdi d-dritt għar-rikreazzjoni tiegħu kull nhar ta’ Ħadd u fil-Festi Pubbliċi mingħajr ebda xkiel?
d) X’se jagħmel il-gvern biex il-kaċċaturi u n-nassaba jingħataw dak li hu tagħhom, jiġifieri li jkollhom alternattiva sodisfaċenti fir-rebbiegħa, li hu dritt li tathom il-Qorti u li l-gvern ikkomprometta billi beda proċedura ta’ konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropeja, li hi la f’lokha u lanqas neċessarja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-Għasafar jistipola li deroga tista’ tiġi applikata għal qbid ta’ “numru żgħir” b’superviżjoni stretta (“under strictly supervised conditions”). Id-deroga applikata f’din ir-rebbiegħa, inkluż il-ħruġ ta’ 2,500 liċenzja u l-perjodi meta tista’ ssir il-kaċċa, kienet struttura skont dan.
Il-Gvern iqis li l-qbid ta’ 13,071 gamiema u 12,335 summiena fuq perjodu ta’ 3 ġimgħat fir-rebbiegħa huwa fil-limitu tad-direttiva. Fid-9 ta’ April, il-Gvern spjega l-kalkoli tiegħu permezz ta’ stqarrija u li qed nerġa’ npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Madanakollu, in vista li ma kienx hemm qbil mal-Kummissjoni Ewropea dwar in-numru, il-Gvern iddeċieda li għal din ir-rebbiegħa jmur għal terz sabiex ma jpoġġix lill-pajjiż f’riskju ta’ multi u ma jippreġudikax il-possibilità ta’ deroga fil-futur.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 16059 u tgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtha? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Testijiet fuq is-sistema tal-automated meter pilot project
Question
Jista l-Ministru jghid meta se jintemmu t-testijiet fuq is-sistema tal-automated meter pilot project ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li testijiet u titjib fuq is-sistema huma fuq bażi regolari u dawn se jibqgħu għaddejjin anke wara l-istallazzjonijiet inizjali.
Madanakollu, huwa mistenni li l-ittestjar fuq din il-fażi tal-proġett pilota, tiġi fi tmiema sa l-aħħar ta’ Mejju 2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontijiet tad-dawl u l-ilma kemm ilha topera l-kumpanija ARMS u kemm huma dawk li qed jibbenefikaw mis-sistema tal-payment installment plans?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn kemm ilha topera l-kumpanija ARMS taħt is-sistema ġdida, jiġifieri mil-bidu ta’ Jannar 2010 s’issa, inħarġu b’kollox 261,694 kont tad-dawl u l-ilma. Dawn inħarġu hekk:
JANNAR 32,415
FRAR 83,861
MARZU 67,908
SAL-23 TA’ APRIL 77,510
Rigward is-sistema tal-
payment installment plan
; l-ammont ta’ nies li bbenfikaw minn din is-sistema, mil-bidu ta l-2010 s’issa, kien ta
2657
u huma maqsumin hekk:
Bidu ta’ l-2010 – s’issa
PENSJONANTI (IL-FUQ MINN 61-SENA) 395
RESIDENZI OĦRAJN 1774
ENTITAJIET KUMMERĊJALI 488
azzjonijiet ta’ nfurzar fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16178 u jgħid x’azzjonijiet ta’ nfurzar ittieħdu f’din l-aħħar sena, fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa, sabiex jitwaqqaf l-użu illegali ta’ żebgħa li m’hijiex ‘VOC compliant’ skont kif titlob il-liġi? Kemm tressqu nies il-qorti fuq ksur tal-liġi tal-VOC fiż-żebgħa tal-karozzi? X’miżuri ġodda beħsiebu jieħu l-gvern sabiex jaċċerta lill-operaturi ta’ dan is-settur illi ż-żebgħa li qed tintuża għat-tiswijiet tal-karozzi hija biss dik permessa mil-ligi u jekk hemm xi miżuri ġodda ppjanati, meta ser jibdew jitwettqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tlabt li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 16071, 15536, 15016 u 14644 u jispjega kif waqt li fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 13554, il-Ministru ta’ qablu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta Austin Gatt, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet stop notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Misteru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16053 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16051 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamtra kopja tar-rapport ta' Ewbank Preece Ltd ( Burton UK June 1993) ippreżentat lill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — Każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 16058 u tgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtha? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16057 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi d-dettalji ta’ kuntratti u/jew direct orders li ngħataw direttament mid-Diviżjoni tas-Saħħa u entitajiet li jaqgħu taħta u li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16056 jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant illi ħadd mill-kumpaniji involuti fil-każ ta’ abbuż tal-liġi tal-VAT u instabu ħatja ma ngħata kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru għar-Riżorsi u għall-Affarijiet Rurali matul is-snin 2009 u 2010.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi d-dettalji ta’ kuntratti u/jew direct orders mid-Diviżjoni tas-Saħħa u entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun is-sehem ta' Malta għal fond ta' self għal Greċja? Jista' jgħid jekk dan il-fatt hux se jħalli impatt fuq il-miri finanzjarji tal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-pakkett finanzjarju u ekonomiku għall-Grecja għadu qiegħed jiġi nnegozjat mill-partijiet ikkonċernati. Il-kontenut tiegħu għadu mhux magħruf. Iżda jekk il-Grecja tieħu t-30 biljun ewro kollha, li tpoġġew għad-dispozizzjoni tagħha mill-pajjizi membri taz-zona tal-ewro, is-self ta’ Malta lill-Grecja mistenni jkun ta’ madwar 27 miljun ewro.
Kull self li l-Gvern Malti jista’ jagħti lill-Grecja mhux se jissarraf f’piżijiet finanzjarji ġodda għall-Gvern u għaldaqstant il-miri finanzjarji tal-Gvern m’humiex mistennija jintlaqtu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jkun qed jagħti kumpens lin-negozji li l-aċċess għalihom ingħalaq minħabba x-xogħol li qed isir fuq Triq Valletta, Żurrieq? Jekk iva, x'inhi l-proċedura li se tkun addottata? Kien hemm negozji li diġà avviċinaw lill-gvern f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Mingħajr ma nerġa’ nsemmi d-diversi wegħdi u garanziji li l-gvern għamel lill-kaċċaturi u n-nassaba rigward il-kaċċa fir-rebbiegħa u l-insib tal-għasafar tal-għana, liema wegħdi u garanziji li l-gvern ma żammx, nirreferik għas-seduta Parlamentari numru 155 tal-4 ta Novembru 2009, meta l-Prim Ministru, fost affarijiet oħra qal, u nikkwota: “L-applikazzjoni ta’ deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa huwa dritt li aħna ser neżerċitaw u li aħna ser ninsistu li għandna d-dritt li nagħmlu hekk. Għamilna ħames snin nisimgħu lil kulħadd jgħidilna li ma kellniex raġun, kulħadd jgħidilna li l-ebda pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea qatt ma ġab din, imma meta taqra s-sentenza tal-Qorti, issib li l-Qorti ddeċidiet li l-gvern Malti kellu raġun.”
Fil-15 ta’ Marzu li għadda l-Kumitat Ornis irrakkomandawlu li jiftaħ staġun għall-kaċċa u l-insib tal-gamiem u s-summien mill-10 sat-30 ta’ April ta’ din is-sena. Wara dan kollu hu qal li se jfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, meta kif jaf sew ma kellux għalfejn jagħmel hekk peress li l-Kummissjoni tikellem biss wara li tkun ġiet eżerċitata d-deroga u biss jekk fl-opinjoni tal-istess Kummissjoni d-deroga tkun ġiet applikata b‘mod skorett.
Peress li dan l-aħħar smajna u rajna rapporti fil-media u smajna ħafna nies, inkluż MPs u MEPs miż-żewġ naħat tal-Kamra jesprimu pubblikament l-opinjoni tagħhom dwar dan is-suġġett u jaqblu li wara l-verdett tal-Qorti tal-Ewropa, għandha tiġi applikata deroga sabiex ikun permess il-kaċċa u l-insib b’mod limitat u kkontrollat f’din ir-rebbiegħa, jista’ jiftiehem li l-Prim Ministru biss ma jridx tapplika d-deroga.
Japprezza l-Prim Ministru li b’dan il-mod, inħolqot tensjoni lil eluf ta’ Maltin u Għawdxin billi s’issa għaduku ma tax risposta jew reġa' ma fetaħx l-istaġun tradizzjonali tar-rebbiegħa għat-tielet sena konsekuttiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern qed japplika deroga għal kaċċa fir-Rebbiegħa. Fil-fatt, bħalissa persuni li applikaw u kienu jikkwalifikaw għal-liċenzja speċjali, jistgħu jikkaċċjaw.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jwieġeb mistoqsija parlamentari 16052 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, mill-informazzjoni disponibbili, ma jidhirx li matul l-2009 u l-2010 ngħataw kuntratti u/ jew direct orders mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu, kif indikat fil-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16055 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu 2009 u 2010 ma ngħataw l-ebda kuntratti jew direct orders lill-kumpaniji jew persuni li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16054 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.