Legislature:
Category:
Reset
Active:

Logħob illegali tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa u qed jieħu l-gvern biex jikkumbatti l-logħob illegali tal-lottu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob ħadet u qed tieħu diversi mizuri sabiex tikkumbatti l-logħob illegali. Fost dawn ta’ min isemmi: 1. L-Awtorità tinforma lil Pulizija dwar kull attivita ta’ logħob illegali li jinkludu logħob illegali ta’ Lottu u Super Five. 2. Rapprezentanti tal-Awtorità attendew u jattendu għas-seduti tal-qorti kollha biex jikkonfermaw jekk l-akkuzat huwa liċenzjat mill-Awtorità jew jekk huwiex qed jopera b’mod illegali. 3. L-Awtorità tal-lotteriji u logħob għandhom Inspectorate Directorate li tissorvelja logħob li jsir f’Malta u Għawdex, u fejn issib li l-logħob m’huwiex liċenzjat, tirraporta dawn l-attivitajiet lill-pulizija 4. Il-pulizija tista’ tagħmel investigazzjonijiet ta’ logħob tal-lottu illegali minngħajr ebda bżonn ta’ intervent min-naħħa tal-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob. Il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment m’għandux informazzjoni partinenti dwar meta logħob tal-lottu illegali jiġi investigat direttament mill-pulizija.

Maltco Lotteries Ltd — dħul tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mingħand il-Maltco Lotteries Ltd kemm ilha li ġiet privatizzata l-liċenzja tal-lotterija nazzjonali, skont ma jistipula l-ftehim tal-privatizzazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitlub ahi kif ġej: Sena Dħul mit-taxxa u l-liċenzja annwali Ewro Lulju – Diċembru 2004 5,092,499.10 Jannar – Diċembru 2005 12,211,594.54 Jannar – Diċembru 2006 11,456,142.33 Jannar – Diċembru 2007 11,034,868.44 Jannar – Diċembru 2008 11,077,777.64 Jannar – Diċembru 2009 12,007,673.68 Jannar – April 2010 3,101,715.59

Awtorità nazzjonali tax-xogħol — bord

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li s-segretarju tal-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol ilu xahar li spiċċa biż-żmien u s'issa għadu ma nħatar ħadd minfloku? Tista' tgħid kemm-il darba iltaqa' l-bord tal-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol fl-aħħar 12-il xahar u meta saret l-aħħar laqgħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed isiru arrangamenti sabiex il-post ta’ Segretarju tal-Awtorità tax-Xogħol, li ilu vakanti mill-1 ta’ Mejju, jimtela' mill-iktar fis. Fil-fatt ġiet identifikata persuna li mistennija tinħatar fil-jiem li ġejjin. Il-bord tal-awtorità ltaqa’ 41 darba f’dawn l-aħħar tnax-il xahar u l-aħħar laqgħa saret fl-20 t’April. Ta’ min jinnota li l-bord ma kienx iltaqa’ bejn is-26 t’Awwissu u d-19 t’Ottubru 2009 peress li kienu għadhom ma ġewx maħturin chairman u deputy chairman.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16955 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17386 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb misotqsija parlamentari 16952 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Logħob illegali tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16961 u jgħid x'miżuri ħa u qed jieħu l-gvern biex jikkumbatti l-logħob illegali tal-lottu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16961.

Maltaco Lotteries Ltd — dħul tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16962 u jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mingħand il-Maltco Lotteries Ltd kemm ilha li ġiet privatizzata l-liċenzja tal-lotterija nazzjonali, skont ma jistipula l-ftehim tal-privatizzazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16962.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16958 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16963 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Akkużi ta' logħob illegali tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' logħob illegali tal-lottu bejn l-2005 u llum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi ta' logħob illegali tal-lottu bejn l-2005 sa April 2010 huwa kif ġej:- Sena Numru ta' Persuni 2005 7 2006 6 2007 14 2008 16 2009 10 2010 4

Rapport ta' Ewbank Preece Ltd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16471 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamtra kopja tar-rapport ta' Ewbank Preece Ltd ( Burton UK June 1993) ippreżentat lill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — diretturi

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-ebda direttur fuq il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta m'għandu kunflitt ta' interess f'oqsma li fihom il-kumpanija tixtri prodotti u servizzi? F'każ li jeżistu dawn il-każijiet, liema huma?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tender jew direct order ta' kumnpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16938 u jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

kundizzjoni Beta Thalassemia Minor — servizzi mingħand il-gvern

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16934 u jgħid x'servizzi joffri l-gvern fil-preżent lill-persuni li jbatu mill-kundizzjoni Beta Thalassemia Minor? Hemm il-ħsieb li dawn is-servizzi jiżdiedu? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li t-Thalasaemia Minor hija kundizzjoni asimptomatika li ma teħtiegx mediċinali partikolari. Għalkemm it-Thalasaemia Minor ma tagħmilx parti mill-lista ta’ kundizzjonijiet kroniċi stipulati taħt l-iskeda V, qed jiġu diskussi proposti sabiex il-Beta Thalassaemia Major tiġi nkluża fir-riforma ta’ din l-Iskeda. Il-Beta Thalasaemia Minor tolqot bejn wieħed u tnejn fil-mija tal-popolazzjoni. Il-Gvern, flimkien mal-Università ta’ Malta, joffri servizz ta’ dijanjożi u Genetic Counselling permezz ta’ eżami tad-demm li jsiru fit-Thalassaemia Clinic fl-Isptar Mater Dei u laboratorji specjalizzati fl-Università. Dan l-aħħar is-servizz tal-iscreening għat-Thalasaemia issaħħaħ permezz tal-ingaġġ ta’ konsulent kliniku fil-qasam tal-ħematoloġija b’interess partikolari f’dawn il-kundizzjonijiet (haemoglobinopathies). Waħedha il-Beta Thalassaemia Minor rari tagħmel ħsara fis-saħħa u ma jkunx hemm bżonn li persuna b’din il-kundizzjoni tingħata kura fl-isptar. Is-servizzi li jipprovdi l-Gvern ser ikomplu jitjiebu flimkien mal-iżvilupp tas-servizzi tal-Ġenetika li bħalissa qegħdin jiġu diskussi mal-Università.
Leg 11 PQ #17222 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tender jew direct order ta' kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16936 u jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16957 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Apparti mill-konsulenti privati li ngħatat informazzjoni dwarhom fid-domanda parlamentari numru 11684, ma kien hemm ebda kumpanija ta' konsulenza lokali jew barranija li ġiet ingaġġata mill-entitajiet jew dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16959 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Logħob illegali tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa u qed jieħu l-gvern biex jikkumbatti l-logħob illegali tal-lottu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Maltaco Lotteries Ltd — dħul tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mingħand il-Maltco Lotteries Ltd kemm ilha li ġiet privatizzata l-liċenzja tal-lotterija nazzjonali, skont ma jistipula l-ftehim tal-privatizzazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.