Ministeru tal-Affarijiet Barranin — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, mill-informazzjoni disponibbili, ma jidhirx li matul l-2004, 2005, 2006 u 2008 ngħataw kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu, lil persuni u/jew kumpaniji kif indikat fil-Mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant.
kulleġġ li mhux aċċessibbli għal persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-kulleġġ, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, liema kulleġġ jagħti korsjiet tal-MCAST fl-IT, fl-aħħar gimgħat biddel il-bini fejn jingħataw dawn l-istess korsijiet għal bini li mhux aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? U dan meta l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jingħataw dawn il-korsijiet jitolbu aċċessibilità ghal persuni b’diżabilità.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalita’ fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni qed jistenna li jirċievi l-MEPA Compliance Certificate mis-St. Martin’s Institute of Information Technology għas-sit li minnu qed jagħti servizz ta’ istruzzjoni, u li qiegħed fi Triq Schembri, l-Ħamrun.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16964 u 16471 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamtra kopja tar-rapport ta' Ewbank Preece Ltd ( Burton UK June 1993) ippreżentat lill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħlas lill-avukati u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17500 u ċioe: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14074, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat l-kumpaniji ta' avukati li jissemmew bħala li taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-2004 sa l-aħħar ta’ Diċembru 2009, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma utilizzat servizzi f’konsulenzi legali hekk kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni Enemalta — ħlas lill-avukati u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17499 u ċioe: B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 14082 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat l-avukati u kumpaniji ta' avukati li jissemmew bħala li taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' konsulenti u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17385 u 16955 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Parti mill-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità dwar it-Trasport — ħlasijiet ta' avukati u Kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17502 u jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-ex Awtorità dwar it-Trasport matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament) u kemm kienu l-ħlasijiet li saru sena b’sena b’mod separat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Aġenzija Sedqa — ħlasijiet lill-avukati u kumpaniji
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-aġenzija Sedqa matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament) u kemm kienu l-ħlasijiet li saru sena b’sena b’mod separat ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ servizzi mill-Avukati li l-Aġenzija Sedqa ngħatat fis-snin li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant.
azzjonijiet ta’ nfurzar fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16764 u 16178 u jgħid x’azzjonijiet ta’ nfurzar ittieħdu f’din l-aħħar sena, fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa, sabiex jitwaqqaf l-użu illegali ta’ żebgħa li m’hijiex ‘VOC compliant’ skont kif titlob il-liġi? Kemm tressqu nies il-qorti fuq ksur tal-liġi tal-VOC fiż-żebgħa tal-karozzi? X’miżuri ġodda beħsiebu jieħu l-gvern sabiex jaċċerta lill-operaturi ta’ dan is-settur illi ż-żebgħa li qed tintuża għat-tiswijiet tal-karozzi hija biss dik permessa mil-ligi u jekk hemm xi miżuri ġodda ppjanati, meta ser jibdew jitwettqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità Maltija għall-iStandards, permezz tad-Direttorat tas-sorveljanza tas-suq għamlet ispezzjonijiet għand tlett operaturi ekonomiċi li jużaw iż-żebgħa tal-karozzi u tlett ispezzjonijiet għand operaturi li jimporta jew jimmanifattura din iż-żebgħa. Dawn l-ispezzjonijiet saru flimkien ma’ l-Awtorità Maltija ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar. F’dawn l-ispezzjonijiet ġie nnutat illi definizjoni kif fil-liġi oriġinali kienet tagħti lok għal interpretazzjoni differenti minn dak mixtieq u li għalhekk l-infurzar tal-liġi ma setax ikun effettiv kemm wieħed jixtieq. Għalhekk il-liġi issa ġiet mibdula sabiex ikun jista’ jsir infurzar aħjar. L-Awtorita’ beħsiebha tinforza il-liġi kif ġiet emendata dan l-aħħar sabiex ikun żgurat li ż-żebgħa li tinsab fuq is-suq tkun konformi ma’ din il-liġi.
Sptar Mater Dei — Statistika ta' kemm ġie jiswa l-bini ta' l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14188, 12225 u 10507 u jagħti statistika finali ta' kemm ġie jiswa finalment l-bini tal-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk dawn l-ispejjeż humiex kollha imħallsin jew jekk inkella għadx fadal dejn x'jiġi imħallas? Kemm kienet oriġinarjament l-ispiża u jekk sarx studju li identifika fejn kellhom jitħallsu iktar flus għal dak li kien proġettat li ghandu jsir b'irħas? Għaliex kien hemm differenza bejn dak li kien maħsub li se jsir u fil-fatt dak li kien sar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16997 u jassigura li l-ebda direttur fuq il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta m'għandu kunflitt ta' interess f'oqsma li fihom il-kumpanija tixtri prodotti u servizzi? F'każ li jeżistu dawn il-każijiet, liema huma?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f’Malta jeżistix laboratorju awtorizzat li jagħmel testing u CE marking certification fuq prodotti kampjuni lokali ta’ natura elettronika? Jekk le, xi proċedura trid tiġi segwita biex tinkiseb din ic-CE marking certification ?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni għadu ma ddaħħalx kollu fis-seħħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għad-domanda parlamentari numru 16266 u ninsab infurmat li fil-jiem li ġejjin ser jiġi ppublikat ukoll l-Kodiċi ta’ Prattika ai termini tal-passi neċessarji sabiex din tidħol fis-seħħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu ġuramenti fl-aħħar ħames snin minn persuni dwar telfien ta’ karti tal-identità? Kemm minn dawn il-persuni kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Korporazzjoni Enemalta — ħlas lill-avukati u kumpaniji
Question
B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 14082 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat l-avukati u kumpaniji ta' avukati li jissemmew bħala li taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħlas lill-avukati u kumpaniji
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14074, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat l-kumpaniji ta' avukati li jissemmew bħala li taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tal-Xogħol — ħlasijiet ta' avukati u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament) u kemm kienu l-ħlasijiet li saru sena b’sena b’mod separat ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol preżentament għandha retainer agreement ma’ Aequitas Legal għall-konsulenza legali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kien il-ħlas sena b’sena għall-konsulenza legali bejn is-sena 2004-2010.
Awtorità dwar it-Trasport — ħlasijiet ta' avukati u Kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-ex Awtorità dwar it-Trasport matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament) u kemm kienu l-ħlasijiet li saru sena b’sena b’mod separat ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali — ħlasijiet lill-avukati u kumpaniji
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament) u kemm kienu l-ħlasijiet li saru sena b’sena b’mod separat ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Kumpanija
Ħlas
2004
Sapiano & Associates
€33,258.79
2005
Sapiano & Associates
€36,584.67
2006
Sapiano & Associates
€40,243.14
2007
Sapiano & Associates
€44,267.45
2008
Sapiano & Associates /
Ganado Sammut Advocates
€14,231.40
€21,740.82
2009
Ganado Sammut Advocates
€32,611.23
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tender jew direct order ta' kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct order mill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul dan l-aħħar 12-il xahar ma inghata l-ebda tender jew direct order lil M.A & A Services Ltd.