Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-laqgħat tal-kumitati li attenda għalihom matul l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar, iċ-chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex isiru x-xogħlijiet urġenti neċessarji li hemm bżonn f’parti minn Triq Patri Mattew Sultana fil-Kalkara ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-lista ta' toroq li jridu jsiru minn Transport Malta. Dawn ix-xogħlijiet isiru meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa u skont il-prijorità ffissata.
Għawdex, Rabat — ħajt tas-sejjieħ fi Triq Ġwanni Pawlu II
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat li tittieħed xi azzjoni dwar ħajt tas-sejjieħ fi Triq Papa Ġwanni Pawlu II fir-Rabat, Għawdex, li qed ikun ta’ xkiel serju għal dawk li jgħaddu bil-mixi minn din it-triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li dan il-każ ġie riferut lill-MEPA, biex tieħu l-azzjoni neċessarja.
Triq Patri M. Sultana, Triq il-Kappuċċini — xogħlijiet
Question
Jista' l-Minsitru jgħid meta se ssir Triq Patri Mattew Sultana l-parti ta’ fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se ssir it-triq fil-parti tal-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se tinfetaħ it-triq li minn Patri Mattew Sultana tagħti għal triq il-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-djar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti r-raġunijiet għaliex l-Università qed titlob ħlas lura ta' maintenance grant lill-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudent in kwestjoni kien daħal għal kors l-Università u ngħata flus fil-Card tal-Istudent u l-istipendju ta’ kull 4 ġimgħat. Fl-2006 irriżenja mill-Università qabel ma temm il-kors. Għalhekk skont dikjarazzjoni li ffirma hu stess kellu jirrifondi lura xi flus, pro rata (B’kollox €679.87) li kien ingħata fil-card. L-istudent daħal għal kors ieħor l-Università u allura ma saritx insistenza biex iħallas il-flus li kellu jagħti. Madankollu l-istudent lanqas it-tieni kors ma kompla u allura ntalab jirifondi lura l-flus li kienu dovuti.
Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija — chairman u diretturi - remunerazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija 17409, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu eżatt il-mekkaniżmu ta’ market correctivity li jingħata lill-Viċi Chairman u CEO tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija u jekk dan japplikax għal persuni oħra f’bordijiet tal-gvern ?
Korporazzjoni Enemalta — ħlas lill-avukati u kumpaniji
Question
B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 14082 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat l-avukati u kumpaniji ta' avukati li jissemmew bħala li taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari numru 17702.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħlas lill-avukati u kumpaniji
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14074, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat l-kumpaniji ta' avukati li jissemmew bħala li taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17701.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' konsulenti u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17385 u 16955 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15017, seduta 206, filwaqt li t-tweġibiet ta’ l-Enemalta u tal-Water Services Corporation qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:15017 (Papers laid) Enemalta u WSC.xls
In vista tar-rapporti li mill-inqas żewġ kumpaniji privati krew spazju f’ Dar Malta fi Brussel, jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk dan il-fatt affettwax b’xi mod l-immunitajiet jew tariffi li ssoltu jkunu riservati għal binjiet ta’ ambaxxati? Kienu affettwati b’xi mod refunds jew ħlasijiet ta’ taxxa fuq il-bini tal-istess bini?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat..
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konsulenti u kuntratturi li ħadmu fuq Dar Malta fi Brussell, u kemm tħallsu kull wieħed ?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
In vista tar-rapporti li mill-inqas żewġ kumpaniji privati krew spazju f’ Dar Malta fi Brussel, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-fatt affettwax b’xi mod l-immunitajiet jew tariffi li ssoltu jkunu riservati għal binjiet ta’ ambaxxati? Kienu affettwati b’xi mod refunds jew ħlasijiet ta’ taxxa fuq il-bini tal-istess bini?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konsulenti u kuntratturi li ħadmu fuq Dar Malta fi Brussell, u kemm tħallsu kull wieħed ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta beda u meta tlesta x-xogħol ta' restawr tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Kemm sewa dan ix-xogħol? Minn min sar u min ħallas għall-ispiża involuta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi x-xogħol fuq is-sit indikat mill-Onor. Interpellant sar mis-sid innifsu wara li rebaħ tender tal-kunsill lokali Pieta u skont il-kundizzjonijiet tal-istess tender.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17504, tista' l-Ministru tikkwantifika kemm kienet is-somma mħallsa sena b'sena, fis-snin indikati, lill-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lill-Aġenzija Sedqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ammont li l-Aġenzija Sedqa ħallset jista’ jiġi kkwantifikat kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Kumpanija
Hlas
2004
Sapiano & Associates
€8,314.70
2005
Sapiano & Associates
€9,146.16
2006
Sapiano & Associates
€10,060.79
2007
Sapiano & Associates
€11,066.86
2008
Sapiano & Associates /
Ganado Sammut Advocates
€3,557.85
€5,435.21
2009
Ganado Sammut Advocates
€8,152.81
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17507 u 16997 u jassigura li l-ebda direttur fuq il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta m'għandu kunflitt ta' interess f'oqsma li fihom il-kumpanija tixtri prodotti u servizzi? F'każ li jeżistu dawn il-każijiet, liema huma?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.