Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14644 u jispjega kif waqt li fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 13554, il-Ministru ta’ qablu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta Austin Gatt, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet stop notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġibiet u r-rapport imsemmija jikkumplimentaw lil xulxin.
Huwa minnu li l-Enemalta rċiviet
stop order
mill-MEPA biex twaqqaf it-trasport tal-
flyash
lill-kuntrattur, f’Lulju 2008.
Wara dan, saru diskussjonijiet mal-MEPA u tkompla t-trasport tal-
flyash
bil-kundizzjoni li jinħareġ
tender
, li tħejja bl-ispeċifikazzjonijiet ikunu approvati mill-MEPA.
Madankollu, ma kien hemm ebda interess minn ebda kuntrattur.
F’Diċembru 2008, il-kuntrattur informa lill-Korporazzjoni li ma kienx għad għandu permess iġorr il-flyash. Riżultat ta’ dan, meta mtlew is-silos tal-Korporazzjoni, il-precipitators ġew mitfija.
Tender ieħor kien ippubblikat f’Ġunju 2009, u wara li dan ġie allokat, it-trasport tal-flyash seta’ jkompli.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17703.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi l-persuna, li isimha qed jingħata b’mod separat, tkeċċiet mill-impjieg tagħha fil-Maltapost plc?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għalkemm jidhirli li din il-mistoqsija tmur kontra l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, ninforma lill-Onorevoli Membru li din il-kumpanija hija ażjenda totalment privata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett Corporate Village Malta kienx sottomess għall-Golden Brick Awards qabel ma kien ippreżentat lill-pubbliku f’pajjiżna? Jista' jagħti d-data meta kien sottomess għall-Golden Brick Awards u d-data meta kien ippreżentat lill-pubbliku f’pajjżna?
Response (FENECH, TONIO)
Il-Corporate Village Malta kien ippreżentat lill-pubbliku f’pajjiżna fil-5 ta’ Ġunju wara diskussjoni u konsultazzjoni interna li saret mill-Malta Enterprise.
In-nomina ghall-Golden Brick Awards kienet sottomessa lill-organiżżaturi fit-3 ta’ Ġunju, filwaqt li dan l-istess proġett kien ippreżentat waqt fiera internazzjonali f’Milan fid-9 ta’ Ġunju.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17680, 16964 u 16471 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamtra kopja tar-rapport ta' Ewbank Preece Ltd ( Burton UK June 1993) ippreżentat lill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet biex jinfeda ċ-ċens tal-Joint Office matul l-2009 u matul l-ewwel ħames xhur ta’ l-2010 u kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom kienu rifjutati ? X’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom kien hemm applikazzjonijiet li ma ġewx aċċettati ? Teżisti l-possibilità li ġaladarba applikazzjoni tiġi rifjutata, tkun tista' terġa' titressaq għal kunsiderazzjoni u x’ikun irid isir biex dan isir ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Karti tal-Identità ġodda — indikazzjoni dwar donaturi tal-organi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-fehma tal-gvern dwar il-possibilità li fis-sistema l-ġdida tal-Karti tal-Identità ikun hemm, bil-permess tal-persuna involuta, indikat jekk il-persuna tkunx donatur tal-organi kif sar dan l-aħħar fl-Italja ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lid-dipartiment konċernat sabiex tittieħed in kunsiderazzjoni.
Karti tal-Identità ġodda — indikazzjoni dwar donaturi tal-organi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-fehma tal-gvern dwar il-possibilità li fis-sistema l-ġdida tal-Karti tal-Identità ikun hemm, bil-permess tal-persuna involuta, indikat jekk il-persuna tkunx donatur tal-organi kif sar dan l-aħħar fl-Italja ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tara li dawk li jirreġistraw jagħżlu huma x’korsijiet jixtiequ jattendu u mhux jiġu mgħajta mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jattendu korsijiet li jista' jkun li ma jkunux interessati fihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rwol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) huwa li toffri servizz ta’ taħriġ u gwida bl-għan prinċipali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali kif ukoll ekonomiku tal-komunità.
B’hekk huwa importanti li t-tip ta’ taħriġ li toffri l-Korporazzjoni jkun skont il-bżonnijiet li hemm fis-suq tax-xogħol. Għaldaqstant, il-korsijiet li toffri l-Korporazzjoni mhux dejjem ikunu korsijiet kif jixtiequ jattendu għalihom dawk li jirreġistraw għax-xogħol. Huwa importanti li niggwidaw in-nies biex jirreġistraw għal taħriġ fejn hemm bżonn.
Biex it-taħriġ li toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ ikun ta’ suċċess għall-persuna li qed tirreġistra u biex dik il-persuna tasal issib xogħol kif tixtieq, huwa importanti li dawk li jattendu għal ċerti korsijiet jilħqu r-rekwiżiti bażiċi għal dak il-kors. Għalhekk hemm ċerti każijiet fejn l-
Employment Advisors
jiggwidaw lil dawk li qed jirreġistraw biex jieħdu korsijiet aktar bażiċi biex jgħinuhom jilħqu l-livell meħtieġ biex b’hekk ikunu jistgħu jattendu korsijiet li jkunu ta’ aktar interess u benefiċċju għalihom.
Hemm ukoll każijiet fejn il-persuna, li jkollha bżonn ta’ għajnuna fil-kitba u fil-qari, tiġi ggwidata biex tattendi kors ta’ ‘Basic Literacy’ sabiex ikun aktar possibli li ssib xogħol.
Hemm ukoll numru ta’ nies li jew ma jafux x’tip ta’ taħriġ jixtiequ jieħdu jew ma jridux jattendu għalih għal raġuni jew oħra. Fost ħafna minn dawn, hemm nies li m’għandhomx il-ħiliet bażiċi u minħabba dan in-nuqqas isibuha diffiċli biex isibu xogħol. Huwa importanti li nfakkru wkoll li fost dawn in-nies hemm dawk li ilhom ifittxu xogħol għal numru ta’ snin u jidher biċ-ċar li d-deċiżjonijiet tagħhom għat-taħriġ kif ukoll it-tfittxija għax-xogħol ma kinux pożittivi. Ir-rwol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ huwa li twassal nies għax-xogħol .
Huwa importanti wkoll li kull persuna li tintbagħat għall-kors tiffirma li hija lesta li tattendi għal dan il-kors.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17936 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konsulenti u kuntratturi li ħadmu fuq Dar Malta fi Brussell, u kemm tħallsu kull wieħed?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
In vista tar-rapporti li mill-inqas żewġ kumpaniji privati krew spazju f’Dar Malta fi Brussel, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17934 u jgħid jekk dan il-fatt affettwax b’xi mod l-immunitajiet jew tariffi li ssoltu jkunu riservati għal binjiet ta’ ambaxxati? Kienu affettwati b’xi mod refunds jew ħlasijiet ta’ taxxa fuq il-bini tal-istess bini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għaż-żewġ mistoqsijiet hija fin-negattiv.
Triq Patri M. Sultana, Triq il-Kappuċċini — xogħlijiet
Question
Jista' l-Minsitru jwiegeb mistoqsija parlamentari 17940 u jgħid meta se ssir Triq Patri Mattew Sultana l-parti ta’ fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se ssir it-triq fil-parti tal-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se tinfetaħ it-triq li minn Patri Mattew Sultana tagħti għal triq il-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika għal-liema lokalità qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jikkonferma li turbina ta’ 60 MW, fil-Power Station tal-Marsa, li fil-ġimgħat li għaddew ma kenitx qed taħdem minħabba ħsarat, intbagħtet barra minn Malta biex tissewwa? Jekk iva, fejn intbagħtet, min għamel ix-xogħol u kemm sewa dan ix-xogħol? Jikkonferma li s-soltu tiswijiet bħal dawn kienu jsiru fit-Tarzna ta’ Malta u jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol kull darba li sar fit-Tarzna, b’mod separat?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li se jkunu qed jintlaqtu pożittivament bid-deċizjoni li l-proġetti taħt il-Youth in Action Programme li laħqu ġew approvati taħt il-ftehim tal-2010, jibqgħu għaddejin kif ippjanat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lil Onor. Joe, Mizzi li n-numru li jintlaqtu pożittivament bid-deċiżjoni li ttieħdet dwar il-Youth in Action huwa ta’ 351 persuna.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16955 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17703.
Persuni li taħt il-kura tal-cancer — chimo bid-drip
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li persuni li jkunu taħt il-kura tal-cancer u jkollhom bżonn jieħdu chimo bid-drip qed jgħidulhom biex jixtruh? Huwa minnu li dan jiswa €2,200 kull ġimgħatejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa jipprovdi diversi mediċni għall-kura tal-cancer u din il-lista qegħda dejjem tikber hekk kif jiġu approvati mediċini ġodda. M’huwiex minnu li pazjenti bil-cancer qegħdin jiġu mġagħla jixtru l-mediċini speċifikament għax din il-mediċina tiġi amministrata bid-drip. Iżda hemm ċirkustanzi fejn il-konsulent jidhirlu li hemm mediċina li ma tiġix provduta mid-Dipartiment li tista’ tkun ta’ għajnuna f’każ partikolari. F’din iċ-ċirkustanza l-pazjent jiġi offrut il-possibilita’ li jixtri din il-mediċina u tiġi amministrata fl-isptar tal-Gvern. Ta' min jgħid li hemm pajjiżi fl-Ewropa bħall-Ingilterra u Franza fejn jekk il-mediċina ma tkunx approvata mill-Gvern ma hix il-parattika li dan is-servizz jingħata fl-isptar tal-Gvern.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 17707, 17386 u 16952 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17706, 17389 u 16958 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Tajjeb li jingħad illi € 442,316 minfuqa fuq konsulenzi kienu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17722, 17507 u 16997 u jassigura li l-ebda direttur fuq il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta m'għandu kunflitt ta' interess f'oqsma li fihom il-kumpanija tixtri prodotti u servizzi? F'każ li jeżistu dawn il-każijiet, liema huma?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.