Legislature:
Category:
Reset
Active:

Logħob tal-Commonwealth

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern Malti ħax xi inizjattivi partikolari b'rabta mal-kwestjoni tac-child labour li ħarġet dan l-aħħar b'rabta mal-logħob tal-Commonwealth li se jsiru fl-Indja? Jekk iva, tista' tgħid fiex kienu jikkonsistu dawn l-inizjattivi? Jekk le, għaliex ma ttieħdet ebda inizjattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-Isport ma ħa l-ebda azzjoni iżda qed ikompli jsegwi l-każ b’reqqa.

Kuntratt tal-Gvern ma' Pitkali Crates Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-gvern mhux qed iħallas lil Pitkali Crates Ltd? Jista' jgħid jekk il-kuntratt tal-Gvern ma’ Pitkali Crates Ltd jinkludix il-ħasil tal-kaxxi? Jekk iva, liema punt fil-kuntratt jispeċifika dan? Il-post fejn jinħaslu l-kaxxi fil-Pitkalija huwa skont l-istandard tas-saħħa u sigurtà? Min huwa responsabbli tal-infrastruttura tal-post fejn isir il-ħasil tal-kaxxi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-ħlasijiet lill-Pitkali Crates ltd twaqqfu minħabba li l-kumpanija mhux tonora partijiet mill-ftehim inkluż il-ħasil u l-providiment adegwat ta’ kaxxi. Lil dan il-Ministeru waslu diversi lmenti minn bdiewa rigward dan is-servizz. Dan wara diversi tentattivi mill-gvern biex il-kumpanija tottempra lilha nnifisha mal-istess ftehim.
Leg 11 PQ #71 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Market correctivity

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 19263 u 19117, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fuq bordijiet tal-gvern li jitħallsu permezz tal-mekkaniżmu tal-market correctivity, min huma u kemm huwa l-ħlas li jirċievu permezz ta’ dan il-mekkaniżmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għar-risposta li ngħatat f’mistoqsija parlamentari nru 19117 nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx aktar membri fuq bordijiet tal-Gvern f’dan id-dekasteru li jitħallsu permezz tal-mekkaniżmu tal-market correctivity.
Leg 11 PQ #72 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kostruzzjoni tal-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19167 u jagħti dettalji dwar applikazzjoni, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li daħlet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Mejju li għadda b’rabta ma’ żvilupp ġdid ta’ kostruzzjoni fl-Isptar Mater Dei? Fejn fl-Isptar Mater Dei huwa l-ħsieb li jsir ix-xogħol in kwistjoni? Hemm xi mira ta’ meta għandu jibda u jispiċċa x-xogħol in kwistjoni? Kemm se jiġi jiswa? Għaliex dan ix-xogħol ma sarx meta kien għadu qed jinbena l-Isptar Mater Dei?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant hija l-intenzjoni ta’ dan il-Gvern li jibni kumpless ta’ Life Sciences fiż-żona industrijali biswit l-Isptar Mater Dei. Dan il-kumpless effettivament ser ikun ftit metri l-bogħod mid-dawra tal-Isptar Mater Dei u l-bini tiegħu se jkun eżattament taħt it-trajettorja tal-approach; landing u t-take-off użata mill-helikopter li jintuża biex iwassal pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’każijiet ta’ emerġenza. Sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda xkiel għat-trajettorji ta’ nżul u tlugħ tal-helikopter; u anki fil-każ li jkun hemm bżonn li jsir xi nżul ta’ emerġenza, ġie deċiż flimkien ma’ speċjalisti tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkun akter prudenti li jinstab sit ta’ nżul u tlugħ alternattiv għall-helikopter. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi preżentat applikazzjoni bir-referenza PA/02407/10 quddiem il-MEPA biex tibni helipad eżattament fuq il-blokk tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. Dan mhux biss ser iwassal għat-tlugħ u nżul tal-helikopter f’kull tip ta’ temp; iżda ukoll se jwassal għat-trasferiment akter effiċjenti tal-pazjenti li jaslu bil-helikopter. Ix-xogħlijiet rikjesti se jkunu eventwalment soġġetti għall- tender pubbliku u għalhekk mhux possibbli li tingħata risposta dwar it- timeframes u dwar kemm mistenni jiswa’ dan il-proġett.

Kunflitt ta' interess

Question

B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 19114, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 19270 u għid: a) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil BIM Ltd, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal tenders jew b’direct order ? b) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil Mediterranean Insurance Brokers, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal tenders jew b’direct order ? ċ) Jekk il-persuni msemmija fit-tweġiba, it-tnejn diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta, iddikjarawx l-interess tagħhom f’dawn iż-żewġ kumpaniji msemmija iktar ‘il fuq ? Jekk iva, f’liema stadju għamlu dan u b’liema mod? Jekk le, għaliex ma sarx dan? d) Minn liema data ilhom jokkupaw il-kariga ta’ diretturi fil-Korporazzjoni Enemalta ż-żewġ persuni msemmija fit-tweġiba 19114 ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20028.

Gozo Channel — Ġarr ta' Oil Water

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19166, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li tissemma' fit-tweġiba ngħatatx il-kuntratt tal-ġarr (liquid waste) tal-oil water minn ġol-vapuri tal-Gozo Channel b'direct order jew b'sejħa għal tenders? F'każ li kien hemm sejħa għal tenders min kienu dawk li tefgħu l-offerta tagħhom u x'kien il-valur ta' kull offerta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-kumpanija Gozo Channel ġiet infurmata mill-awtoritajiet kompetenti li l-unika kumpanija liċenzjata f’Malta f’dan it-tip ta’ xogħol hija l-istess kumpanija, dan ix-xogħol ingħata b’direct order.
Leg 11 PQ #76 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Trade Fair — riċeviment fil-Girgenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa r-riċeviment li għamel fil-Girgenti nhar is-Sibt, 16 ta' Lujlu 2010 fl-okkazzjoni tat-Trade Fair? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal dan ir-riċeviment? Dan ir-riċeviment kien miftuħ biss għar-rappreżentanti tal-esibituri f'din il-fiera? Jekk le, fuq liema bażi intgħażlu r-rappreżentanti tal-kumpaniji l-oħra mistiedna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għadu kmieni sabiex ngħati l-ammont eżatt ta’ kemm sewa dan ir-riċeviment li għalih inħarġu 1400 invit. Għal dan ir-riċeviment kienu mistiednin fost oħrajn Uffiċċjali Governattivi, Esebituri kif ukoll rappreżentanti ta’ diversi ażjendi li jħaddmu n-nies.
Leg 11 PQ #79 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-korp tal-Pulizija li jkunu regolarment fuq il-beat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-Distretti u fid-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, fosthom dik tat-Traffiku, dik ta’ l-Administrative Law Enforcement, is-sezzjonijiet tal-Klieb u taż-Żwiemel u tal-Iskwadra Mobbli, hemm mhux anqas minn 1243 membru tal-Korp li x-xogħol tagħhom huwa primarjament bl-uniformi fit-toroq. Ma' dawn wieħed irid ukoll jikkonsidra numru ieħor ta’ membri tal-Korp stazzjonati fit-taqsimiet investigattivi, bħal ma huma t-Taqsima tas-CID, tad-Droga, tal-Frodi u Vizzji u ta’ l-Immigrazzjoni, li x-xogħol tagħhom, minbarra dak investigattiv jinkludi ukoll patrol fit-toroq, minkejja li dawn ma jkunux bl-uniformi.
Leg 11 PQ #80 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża f'reklamar hi kif murija fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #82 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:-

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Sena Dipartimenti -Ewro Wasteserv-Ewro MRA-Ewro 2004 160317 172157 2304 2005 304627 74477 1258 2006 59482 305558 5118 2007 224022 469949 25708 2008 122659 185731 25740 2009 223564 70916 37150 2010 89403 60236 6812 Minn dawn l-ammonti, € 1,090,339 tħallsu minn fondi tal-Unjoni Ewropeja.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Infiq f' reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. (Ara dokument numru 6446 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 311 tat-8 ta’ Frar 2011)

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtha separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #88 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtha separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn ċekkiijiet ta' kumpens fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma ma setgħux jissarrfu għax ħarġu fuq persuni li ma jgħixux fl-indirizz tal-kont?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li skont l-informazzjoni li għandna, ma kienx hemm każijiet ta' ċekkijiet li ma setgħux jissarfu, minħabba li jkunu ħarġu fuq persuni li ma jgħixux fl-indirizz tal-kont. Sakemm l-isem tal-persuna, kif ukoll in-numru tal-karta tal-identità huma koretti, iċ-ċekkijiet setgħu jiġu msarfa.
Leg 11 PQ #93 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — permessi għal heavy vehicles

Question

Jista' l-Prim Ministru jghid liema huma dawk il-kunsilli lokali li fil-lokal tagħhom ma jistgħux jidħlu "heavy vehicles to render a service" jekk mhux bil-permess speċifiku tal-kunsill in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #97 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maternity Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, fi ħdan is-settur pubbliku, kien hemm nisa bejn l-2004 u l-2009, sena b’sena b’mod separat, li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u fejn kienu jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni rigward l-użu ta’Maternity Leave fis-Settur Publiku ibbażata fuq stħarriġ li beda jsir minn dan l-uffiċċju mill-2006 ‘il quddiem. Iċ-Ċifri jindikaw li kien hemm żieda ta’ 15.7 fil-mija bejn is-sena 2006 u l-2007 , żieda ta’ 33.3 fil-mija bejn is-sena 2007 u l-2008 u żieda taċ 31 fil-mija bejn is-sena 2008 u l-2009 fl użu tal- Maternity Leave. Biex tinghata risposta rigward l-2004 u l-2005 kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant trid ammont kbir ta’ riżorsi, u ma naħsibx li jkun għaqli li r-riżorsi li jintużaw biex jingħataw aktar dettalji sakemm ma ningħatax raġuni valida għal dan.