Tista’ l-Ministru tgħid kemm jammonta bħalissa ċ-Child in Care Benefit u x’età jrid ikollhom żgħażagħ li jkunu għadhom qed jistudjaw jew fi programm ta’ taħriġ approvati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jikkwalifikaw minn dan il-benefiċċju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Child in Care Benefit jammonta għal €70 fil-ġimgħa u jibqa jitħallas sa ma żgħażagħ jagħlqu l-21 sena.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inbnew mill-Awtorità tad-Djar appartamenti u maisonettesimmirati għall-kiri matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, tlestew erba’ appartamenti ġodda biex jingħataw b’kiri waqt li qed jitkompla x-xogħol fuq 45 appartament ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19270 u ċioe: B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 19114, jista' l-Ministru jgħid:
a) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil BIM Ltd, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal
tenders
jew b’
direct order
?
b) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil Mediterranean Insurance Brokers, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal tenders jew b’direct order ?
ċ) Jekk il-persuni msemmija fit-tweġiba, it-tnejn diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta, iddikjarawx l-interess tagħhom f’dawn iż-żewġ kumpaniji msemmija iktar ‘il fuq ? Jekk iva, f’liema stadju għamlu dan u b’liema mod? Jekk le, għaliex ma sarx dan?
d) Minn liema data ilhom jokkupaw il-kariga ta’ diretturi fil-Korporazzjoni Enemalta ż-żewġ persuni msemmija fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 19114 ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-valur tax-xogħol mogħti lil Bim Limited mill-Korporazzjoni Enemalta bejn Settembru 2007 u Diċembru 2009 kien ta’ € 9,316.50. Dan ix-xogħol ingħata b’direct order.
Il-valur tax-xogħol mogħti lil Mediterranean Insurance Brokers mill-istess Korporazzjoni bejn Lulju 2007 u Diċembru 2009 kien ta’ € 7.1 miljun. Dan il-valur ta’ assigurazzjoni jirrifletti l-premium ta’
insurance covers
li l-Korporazzjoni għandha ma’ diversi kumpaniji tal-assigurazzjoni. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tagħti dettal ta’ din il-lista.
Id-diretturi konċernati ma ddikjarawx l-interessi tagħhom peress li t-transazzjonijiet imsemmija huma purament amministrattivi, u li saru wara deċiżjoni maniġerjali.
Id-diretturi msemmija ilhom jokkupaw il-kariga ta’ diretturi fil-Bord mit-22 ta’ April 2008.
Kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubblici li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizzjoni tal-Gvern estiż
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont, sena b’sena, mill-2003 sa l-2009, kemm kien id-dħul u n-nefqa ta' dawk il-kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubblici li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizzjoni tal-Gvern estiż? Jista' jagħti rendikont, sena b’sena, mill-2003 sa l-2009, kemm kien id-dejn ta' dawk il-kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizjoni tal-Gvern estiż? Jista' jagħti rendikont għas-snin 2003 sa l-2009, kemm kien d-dħul minn taxxi, liċenzji, kontribuzzjonijiet u tariffi f’dawk il-kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizzjoni tal-Gvern estiż? Jista' jagħti rendikont għas-snin 2003 sa l-2009, kemm kien hemm persuni impjegati u x’kien l-infiq f’pagi u allowances f’dawk il-kumpaniji, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li mhumiex klassifikati bħala parti mid-definizzjoni tal-Gvern estiż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra jew sottomessa fl-MFSA, skont kif inhu rikjest bil-liġi. Lista tal-kumnpaniji/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li għamlu użu mill-iskema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, il-Work Trial Scheme, matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ammont ta’ persuni li għamlu użu mill-iskema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, il-Work Trial Scheme, matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena kien ta 288 persuna.
Tista' l-Ministru tgħid x’investiment sar mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena f’laboratorju tal-kompjuters mobbli biex jintuża għat-taħriġ barra mill-klassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tinsab fil-proċess li taġġudika t-tender biex jkun jista jintgħażel is-supplier li se jissuplixxi l-kompjuters mobbli biex jintużaw għat-taħriġ barra mill-klassi.
Kunsill Malti għall-Kwalifiki — programm ta' taħriġ
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ żgħażagħ li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena għamlu użu mill-programm ta’ taħriġ bil-għan li jiksbu kwalifika rikonoxxuta mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki? Jista' jgħid kemm huwa l-istipendju mogħti liż-żgħażagħ li jidħlu għal dan il-programm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant mitlub jiċċara għal liema programm qed jirreferi. Il-programmi kollha offruti mill-Universita, mill-MCAST; mill-istituzzjonijiet post sekondarji jistgħu jwasslu għal Certifikati, Diplomi jew Gradi li huma rikonoxxuti mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki. L-istudenti li jattendu dawn l-istituzzjonijiet huma ntitolati għal stipendju li jvarja skont il-kors u l-livell.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-investiment li sar b’mod separat matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena fuq ċentri ġodda tat-tfal ġewwa Santa Venera, il-Furjana, l-Imsida u ż-Żejtun?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena ma kienx hemm investiment finanzjarju f’dawn iċ-ċentri. F’dawn ix-xhur il-gvern kien qed jippjana l-infrastruttura bażika ta’ dawn iċ-ċentri u huwa ppjanat li fil-ġimgħat li ġejjin jinbeda x-xogħol fuq iċ-ċentru ta’ Santa Venera.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma ż-żewġ skejjel li matul l-2010 bdew jinżammu miftuħa wara l-ħin għal dawk it-tfal li l-ġenituri tagħhom jeħtieġu dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li hemm numru ta’ skejjel li jinfetħu wara l-ħin tal-iskola biex joffru diversi servizzi. Jekk tista’ tindika s-servizz inkunu nistgħu nwasslulek l-informazzjoni. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-inizzjattiva Klabb 3-16, dan is-servizz qiegħed jingħata fl-Iskola Primarja ta’ B’Kara kif ukoll fl-Iskola Primarja tal-Fgura.
skejjel tal-Knisja — rifużjoni tal-ispejjeż fuq bini ġdid
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm skejjel tal-Knisja li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena li kkwalifikaw mir-rifużjoni ta’ 15.2% fuq l-ispejjeż marbuta ma’ bini ġdid li għamlu biex iwettqu r-riforma tal-mixja mill-primarja għas-sekondarja? Tista' tgħid liema kienu dawn l-iskejjel u kemm kienet tammonta r-rifużjoni li kkwalifikaw għaliha b’mod separat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda waħda mill-iskejjel tal-Knisja matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena ma kkwalifikat mir-rifużjoni ta’ 15.2% fuq l-ispejjeż marbuta ma’ bini ġdid li għamlu biex iwettqu r-riforma tal-mixja mill-primarja għas-sekondarja.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża li saret fl-ewwel disa' xhur tas-sena fuq il-proġett tal-campus il-ġdid tal-MCAST ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża li saret fl-ewwel disa' xhur tas-sena fuq il-proġett tal-campus il-ġdid tal-MCAST kienet ta’ € 1,056.94 (elf sitta u ħamsin ewro u erbgħa u disgħin ewro cent) għall-applikazzjoni tal-MEPA.
Kumpless sportiv Tal-Qroqq — xogħlijiet fil-fitness centre u fuq il-pixxina nazzjonali
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’kienet l-ispiża li saret matul l-ewwel disa' xhur tas-sena b’mod separat f’xogħlijiet fil-fitness centre fil-kumpless sportiv f’Tal-Qroqq u fuq il-pixxina nazzjonali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża li saret matul l-ewwel disa' xhur tas-sena f’xogħlijiet fil-fitness centre kienet tammonta €3,326 filwaqt li l-ispiża fuq il-pixxina nazzjonali kienet tammonta €133,419.
Tista' l-Ministru tgħid meta kien inawgurat il-kumpless sportiv ta’ Ħal-Kirkop? Kemm kienet l-ispiża totali fuq il-bini tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop għandu jiġi inawgurat fil-ġimgħat li ġejjin. Għaldaqstant l-ispiża totali tkun tista’ tingħata meta dan il-kumpless sportiv ikun komplut.
liċenzja tas-sewqan bil-kategorija miżjudin — nies li ma qagħdux għall-eżami
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li għandhom il-liċenzja tas-sewqan bil-kategorija miżjuda mingħajr ma qagħdu għall-eżami, mill-2006 sa 2009? F' kull każ x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn analizi li saret mis-sistema tal-liċenzji tas-sewqan, kien hemm total ta' 670 nies li għandhom kategoriji ta’ liċenzji li setgħu ġew miżjuda mingħajr ma qagħdu għal-eżami bejn is-sena 2006 u 2009. Dawn qed jiġu nvestigati kemm mill-Pulizija kif ukoll Transport Malta mqassma f’żewg gruppi;
Grupp 1
- fih 127 każ. Minnhom 85 każ qed jiġu investigati mill-Pulizija. It-42 li jifdal għandhom ġustifikazzjoni valida u b’hekk m’hemmx bżonn aktar azzjoni fuqhom.
Il-validita’ ta’ dawn ir-raġunijiet jinkludu: -
(a) tibdil ta’ liċenzji maħruġa minn pajjiżi mill-Unjoni Ewropeja, jew mill-Awstralja, fejn klijent jagħżel li jaqleb il-liċenzja barranija għal dik Maltija
(b) fejn id-dettalji tal-liċenzja ta’ persuna ma jkunux jidru fis-sistema kompjuteriżżata wara konferma fiżika tal-liċenzja l-antika, jew verifika mas-sistema l-antika tal-liċenzji (minn qabel 2001).
Grupp 2
– fih 543 każ li qed jiġu nvestigati mill-Pulizija bl-għajnuna ta’ Trasport Malta.
Hemm grupp ieħor għall-perjodu 2001-2005 li fih 921 każ li għadhom qed jiġu nvestigati minn Trasport Malta. Wara li jitlesta dan l-eżercizzju intern, dawn jiġu nvestigati wkoll mill-Pulizija.
Downloading ta' films ċinematografiċi minn fuq l-internet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax id-downloading minn fuq l-internet ta' films ċinematografiċi li jkunu għadhom ma ħarġux fuq DVD bħala reat? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fil-preżent id-downloading ta’ films ċinematografiċi minn fuq l-internet mhuwiex reat, sakemm tali films ma jkunux ċirkulati għal skop ta’qliegħ billi jiġu mibjugħa jew mikrija. Infurmat ukoll li meta jiġri dan, il-Pulizija tipproċedi fuq il-kwerela tal-persuna/kumpanija li jkollha d-drittijiet tal-awtur.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk il-Gvern Malti ħax xi inizjattivi partikolari b'rabta mal-kwestjoni tac-child labour li ħarġet dan l-aħħar b'rabta mal-logħob tal-Commonwealth li se jsiru fl-Indja? Jekk iva, jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn l-inizjattivi? Jekk le, għaliex ma ttieħdet ebda inizjattiva?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern Malti jopponi bil-qawwa kollha kull forma ta' abbuż fuq it-tfal, inkluż child labour, iseħħ fejn iseħħ. B'rabta diretta ma' child labour, Malta irratifikat żewġ Konvenzjonijiet tal-Organiżżazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol - Minimum Age Convention, 1973 u Worst Form of Child Labour Convention, 1999. Bħala membru tal-Unjoni Ewropea, Malta tappoġġja bis-sħiħ l-impenn tal-Unjoni favur id-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tat-tfal, fid-djalogu ma' pajjiżi terzi. F'dan il-kuntest, nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Settembru li għadda qabel li fir-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-Asja, u fil-kuntest ta' diversi Summits li ser jsiru din is-sena, għandhom jittieħdu passi konkreti f'diversi oqsma prijoritarji ta' koperazzjoni, fosthom l-iggvernar tajjeb, standards ta' xogħol u d-drittijiet tal-bniedem.