Persuni b'diżabilità — appuntament għal kura fi snienhom fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk waslux ilmenti li persuni b'diżabilità intelletwali jew fiżika li qed jirrikorru l-Isptar Mater Dei għal kura fi snienhom, qed jispiċċaw bi snienhom kollha maqlugħa minflok mimlija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma jirriżulta li kien hemm ebda lment għar-rigward is-suġġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. L-anqas jirriżulta li kien hemm xi lment minn qraba ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali ntelletwali dwar l-istess suġġett.
Jekk xi klijent jew qarib jixtieq jagħmel xi lment għandu jċempel fuq 25454184 jew customercare.mdh@gov.mt jew mdh@gov.mt . Jekk il-klijent jixtieq jiġi personalment biex jagħmel xi lment, id-dipartiment relatat ikun miftuħ bejn it-7.45am u t-7.45pm.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31614 li ngħatat fis-6 ta' Frar 2012, u peress li issa saret revizjoni fis-salarji tal-management, jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar:
a) il-kategorija; u
b) is-salary band, tal-impjegata inkwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-impjegata inkwistjoni għandha Performance Contract ta’ tlett snin b’salary band ta’ bejn €29,500 - €33,000 u għaldaqstant, ir-reviżjoni tas-salarji tal-Managers ma tapplikax.
Enemalta — Corporate Service - inġinier - performance bonus
Question
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra l-ammont ta' performance bonus għas-sena 2011 li ngħata lill-inġinier li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Corporate Services tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jinforma l-ammont massimu ta' performance bonus għas-sena 2011 li hu intitolat għalih dak l-inġinier fil-Corporate Services tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-performance bonus għas-sena 2011 lill-inġinier riferut kien dak ta’ 7%. L-ammont massimu tal- performance bonus li hu ntitolat għalih dan l-inġinier huwa dak ta’ 10%.
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji tal-impieg li saret lill-PAHRO taħt ir-referenza MPO/111/2005/48?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-14 ta’ Mejju 2009, il-PAHRO ħareġ l-approvazzjoni tal-Capacity Building Forum għat-talba tal-Enemalta sabiex jimtlew żewġ (2) postijiet ta’ Professional Executive (Legal), skont il-proċeduri stabbiliti mill-Korporazzjoni għat-Taħriġ u Impjiegi, b’dawn ir-rekwiżiti:
[1] Kwalifiki:
degree
fil-Liġi [LL.D] u
warrant
sabiex wieħed jipprattika bħala avukat f’Malta;
[2] Esperjenza: ħames snin t’esperjenza relatata fil-prattika legali.
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet ġiet riklamata fl-istampa lokali f’Ġunju 2009, bl-ETC
permit no
112/2009.
Jista' il-Ministru jagħti din l-informazzjoni dwar il-Kummissjoni kontra l-Inġustizzji:
a) meta waqfet tiffunzjona l-Kummissjoni;
b) kemm tressqu każijiet quddiem din il-Kummissjoni;
ċ) kemm minn dawn il-każijiet ġew deċiżi mill-Kummissjoni;
d) kemm minn dawn il-każijiet deċiżi kienu deċiżi favur l-attur;
e) kemm kien hemm każijiet li bdew jiġu ttrattati imma sakemm twaqqfet tiffunzjona l-Kummissjoni baqgħu mhux deċiżi; u
f) kemm kien hemm każijiet li sakemm waqfet tiffunzjona kienu għadhom ma bdewx jiġu ttratti?
Response (SAID, CHRIS)
B’referenza ghad-domanda tal-Onor Membru fejn qed jirreferi ghall Kummissjoni kontra l-Ingustizzji nahseb li qed issir referenza ghat-Tribunal tal-Investigazzjoni tal-Ingustizzji. Din il-Kummissjoni ma kienetx taqa’ taht il-Ministeru tal-Gustizzja imma tirrapporta direttament lill-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Fir-rigward l-informazzjoni mitluba u minn dak li jirrizulta mir-records jidher li l-ahhar seduta saret fil-11 ta’ Lulju, 2005. Quddiem din il-Kummissjoni kienu tressqu 1233 kaz f’Malta u 103 f’Ghawdex. Kien hemm dsatax il-kaz iehor li kienu dahlu wara li ghalaq it-terminu sakemm kellhom jigu pprezentati tali talbiet u ghalhekk dawn l-ahhar 19 il-kaz ma setghux jigu accettati.
Illi l-Kummissjoni ttrattat il-kazjiet kollha li dahlu u kollha kienu decizi jew ceduti u ma kien hemm l-ebda kaz li baqa’ pendenti u mhux terminat. Dwar il-mistoqsija (d) ninforma lill-Onor Interpellant li ma kienetx inzammet tali statistika u fil-fatt issir referenza ghal misoqsija parlamentari 19403 tal-2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ qtugħ fil-provista tal-elettriku bejn l-1 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Awwissu ta’ din is-sena? Jista' jagħti d-dati ta’ kull waħda minn dan il-qtugħ tad-dawl? Jista' jgħid f’liema ħin inqata' d-dawl u f’liema ħin ġie lura għal kollox, f’kull każ b’mod separat? Jista' jgħid f’kull każ, b’mod separat, liema kienu l-lokalitajiet milquta? Jista' jgħid f’kull każ, b’mod separat, x’kienet il-kawża tal-qtugħ tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dettalji mitluba huma fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta dwar ħsarat u danni li l-klijenti tagħha jsofru minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi meta konsumatur jilmenta mal-Korporazzjoni li ġarrab xi ħsara minhabba qtugħ fil-provvista tal-elettriku.
Il-Korporazzjoni tinvestiga u tevalwa kull każ skont il-merti u proċeduri interni. Jekk jiġi stabbilit li l-korporazzjoni kienet negliġenti u
liable
, jiġi kwantifikat id-dannu skont l-parametri finanzjarji stabbiliti.
qtugħ fil-provista tal-elettriku minħabba xogħlijiet fuq toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta dwar ħsarat li jsiru fuq cables waqt xogħlijiet fuq toroq u li minħabba fihom il-klijenti tagħha jsofru qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni tfittix għad-danni lil min iwettaq ħsarat fuq il-cables tagħha? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kienu l-każijiet bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012 fejn il-korporazzjoni ħadet dan il-pass u x’irriżulta f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi f’każ li l-cables u r-rotta tagħhom ikunu ġew immarkati u ndikati mir-rappreżentat tal-korporazzjoni lill-kuntrattur imqabbad mill-Enemalta jew lill-kuntrattur imqabbad mill-entita’ responsabbli, il-Korporazzjoni żżomm responsabbli u timmulta lill-kuntrattur kwalunkwe spejjeż relatati mat-tiswijiet meħtiega li jinkludi l-materjal u ħin tax-xogħol li l-impjegati tal-Korporazzjoni jkunu għamlu.
Il-Korporazzjoni tikteb b’mod uffiċċjali lil min ikun wettaq il-ħsara sabiex jersaq għall-ħlas tad-danni. Jekk dawn l-ispejjeż ma jitħallsux fi ¿mien stipulat, imbagħad il-Korporazzjoni tmexxi l-każ b’mod legali fil-Qorti sabiex tissalvagwardja l-interessi tagħha.
Bejn is-sena 2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012 kien hemm 291 każ fejn kuntratturi ikkawżaw ħsara fuq il-
cables
ta’ l-Enemalta. Minn dawn il-każijiet, f’29 minnhom il-Korporazzjoni kellha tipproċedi b’mod legali fejn 13-il każ ġew konklużi favur il-Korporazzjoni, 7 każi ġew konklużi kontra l-Korporazzjoni, filwaqt li 9 każi għadhom pendenti. Il-kumplament tal-każi qed jiġu riżolti barra l-Qorti fejn 66 minnhom ħallsu u l-każ ingħalaq. Fil-każ ta’ 75 oħra, il-Korporazzjoni qed tikkonsidra x’passi ulterjuri se tieħu, filwaqt li 121 każ għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux diskussjonijiet bejn il-Korporazzjoni Enemalta u Transport Malta wara d-dikjarazzjoni tiegħu li l-cables tal-Korporazzjoni Enemalta qed isofru ħsarat bil-piż tat-traffiku fuqhom, wara li t-tarmak idub bis-sħana qawwija tas-sajf ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x’irriżulta minn dawn id-diskussjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni qiegħda tagħmel analiżi interna dwar il-ħsarat rapportati fis-sistema ta’ distribuzzjoni. Dan se jinkludi wkoll diskussjonijiet ma’ Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu ambulanzi tal-gvern illum? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha fis-servizz kull waħda minn dawn l-ambulanzi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-isptar Mater Dei hemm seba’ ambulanzi li jiġu wżati regolarment, tlieta minnhom ilhom jagħtu servizz mill-elfejn u sebgħa (2007), u erbgħa minnhom ilhom jagħtu servizz mill-elfejn u tlieta (2003).
L-isptar Mater Dei ġieli wkoll juża s-serviżż ta’ żewġ ambulanzi oħra, waħda ilha fuq it-triq mill-elfejn u wieħed (2001), u l-oħra ilha fuq it-triq mill-elfejn u sitta (2006)
Fil-garage tal-ambulanzi ta’ Gwardamanġa hemm erba’ ambulanzi, tnejn minnhom ilhom jagħtu servizz mill-1995, u t-tnejn l-oħra ilhom jagħtu servizz mill-1997.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, każijiet ta’ ħsarat fl-ambulanzi tal-gvern u jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħsara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, każijiet fejn ambulanzi tal-gvern ħarġu fuq xogħol iżda waqfu bil-ħsara f’nofs triq?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-isptar Mater Dei hemm seba’ ambulanzi li jiġu wżati regolarment, u l-manutenzzjoni ta’ dawn il-vetturi ilhom taħt ir-responsabilita’ tad-Dipartiment tal-Biomediku fl-isptar Mater Dei, mill-2010 sal-ġurnata ta’ llum. L-informazzjoni fejn dawn l-ambulanzi waqfu bil-ħsara bejn l-2010 u l-2012, hija hekk:
Awwissu 2011
Novembru 2011
Jannar 2012
Awwissu 2012
Settembru 2012
Settembru 2012
Settembru 2012
Fil-garage tal-ambulanzi fi Gwardamanġa hemm erba’ ambulanzi, u l-informazzjoni fejn dawn waqfu bil-ħsara bejn l-2008 u l-2012, hija hekk:
Novembru 2009
Settembru 2011
Frar 2010
Ġunju 2011
Awwissu 2010
Jannar 2011
Ġunju 2010
Lulju 2010
Ottubru 2010
Lulju 2011
Awissu 2011
Ottubru 2011
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ambulanzi fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex kenux ġew mibdula? Jekk le, x’inhi r-raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flotta tal-ambulanzi tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġiet imsaħħa peress li żewġ ambulanzi nbidlu b'żewġ ambulanzi ġodda. Dawn bdew jintużaw fil-5 ta' Ġunju 2012.
Jista' l-Ministru jindika jekk nies mill-ministeru siefrux fuq xogħol ta’ dekasteru bit-titlu ta’ konsulent matul is-snin 2010 sal-lum? Jekk fl-affermattiv min kienet il-persuna, x’kin l-iskop tas-safra u min kienu n-nies l-oħra li vvjaġġaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Kien hemm żewġ Konsulenti li siefru. Dawn kienu dwar - Blue Med Social Forum, Blue Med 176 Task Force First meeting, Blue Med FAB Project meeting with EU Commission u meeting with FAB in line with FAB Roadmap Blue Med. Ma kienx hemm nies oħra li vjaġġaw.
informazzjoni dwar il-konsulenti fil-Ministeru tal-Finanzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29110 u jagħti lista tal-konsulenti kollha li hemm mal-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu flimkien mal-ħlas tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 33418.
infiq ta' flus fil-kostruzzjoni u manutenzjoni tat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-kostruzzjoni u manutenzjoni tat-toroq mill-1987 'l hawn, f'Malta u f'Għawdex? Jista' jagħti dawn il-figuri sena b’sena sal-2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta jista’ jagħti ċifri dwar kemm intnefqu flus fil-kostruzzjoni u manutenzjoni tat-toroq għas-snin 2003 sal-2011. Madankollu, dawn iċ-ċifri ma jinkludux toroq f’Għawdex (ħlief dawk iffinanzjati taħt il-proġetti tat-TEN-T) u toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilta’ tal-Malta Industrial Parks u tal-Kunsilli Lokali.
Aktar informazzjoni fuq is-snin 1987 sal-2002 tista’ tinkiseb mill-Ministeru tal-Finanzi.
Sena Total
€
2011 28,971,559
2010 24,033,676
2009 19,909,107
2008 16,184,595
2007 24,332,668
2006 27,485,214
2005 11,652,066
2004 12,660,033
2003 18,286,657
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-ARMS Ltd minħabba kontijiet pendenti bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 35341.
kumpaniji, lukandi, u fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti ta’ dawn il-kumpaniji, lukandi u fabbriki tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 35341.