Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz ta' child care — employers li benefikaw minnu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19822 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-employers li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kkwalifikaw mill-inċentiv imħabbar fid-diskors tal-budget 2010 sabiex joħolqu ambjent fuq il-post tax-xogħol fejn ikun provdut servizz ta child care għall-ulied l-impjegati tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli li tingħata risposta għal din il-mistoqsija minħabba li biex ikollna l-informazzjoni mitluba wieħed irid jistenna sakemm jinġabru u jiġu proċessati l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2010, liema formoli għad iridu jiġu sottomessi sat-30 ta’ Ġunju 2011.

Malta Enterprise — applikazzjoni għall-eBusiness Grant Scheme u Innovations Action Scheme

Question

Jista' l-Minstru jgħid meta se tingħata tweġiba lil dawk li applikaw quddiem il-Malta Enterprise għall-eBusiness Grant Scheme u għall-Innovations Actions Scheme?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- Malta Enterprise tinsab fil-proċess ta’ evalwazzjoni teknika tal-applikazzjonijiet li ġew sottomessi taħt dawn iż-żewġ skemi. Il-korporazzjoni qed tagħmel l-aktar possibbli biex sa l-aħħar tas-sena tkun ħarġet it-tweġibiet finali fuq l-iskema tal e-Business, filwaqt li l-konkluzjonijiet definnittivi rigward il-Innovation Actions Scheme għandhom joħorġu fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla. Dan qed isir sabiex tingħata importanza u spazju għal proġetti li diġà ġew approvati fl-ewwel żewġ sejħiet peress li aktar milli jiġu approvati proġetti ġodda aktar huwa importanti li jiġu eżegwiti il-proġetti approvati u jinżammu l- commitments ta’ nfiq fuq il-fondi Ewropej.
Leg 11 PQ #20224 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq restawr ta' bini storiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20032 u jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, kien hemm persuni li kkwalifikaw mir-rifużjoni ta' 15.2% fuq in-nefqa ta' restawr ta' bini storiku jew ta' patrimonju skedat Grade 1?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Intrapriżi eliġibbli għall-inċentivi fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienu eliġibbli għall-inċentivi fiskali mogħtija taħt ir-Reinvestment Tax Credit (Income Tax) Rules tal-2005?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema Reinvestment Tax Credits Rules tal-2005 waqfet topera fl-aħħar tal-2009. L-iskema Microinvest ħadet post ir-Reinvestment Tax Credits u ilha topera minn Jannar tal-2010. In-negozji kollha li jimpjegaw inqas minn 10 persuni, inklużi s-self employed huma eliġibbli għal din l-iskema. Mhuwiex possibli li wieħed ikun jaf minn issa kemm kien hemm intrapriżi li bbenifikaw minn din l-iskema, peress li dawn se jiddikkjaraw dan l-investiment fit- tax return li tagħlaq f’Ġunju 2011.

kunflitt ta' interess

Question

B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 19114, jista' l-Ministru jgħid: a) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil BIM Ltd, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal tenders jew b’ direct order ? b) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil Mediterranean Insurance Brokers, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal tenders jew b’direct order ? ċ) Jekk il-persuni msemmija fit-tweġiba, it-tnejn diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta, iddikjarawx l-interess tagħhom f’dawn iż-żewġ kumpaniji msemmija iktar ‘il fuq ? Jekk iva, f’liema stadju għamlu dan u b’liema mod? Jekk le, għaliex ma sarx dan? d) Minn liema data ilhom jokkupaw il-kariga ta’ diretturi fil-Korporazzjoni Enemalta ż-żewġ persuni msemmija fit-tweġiba 19114 ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20028.

Tnaqqis fit-tariffi għar-reġistrazzjoni u liċenzjar tad-dgħajjes b'magni ta' saħħa

Question

Jista' l-Ministru jġħid kemm kienu l-persuni li gawdew matul is-sena mit-tnaqqis fit-tariffi għar-reġistrazzjoni u liċenzjar tad-dgħajjes b'magni ta' saħħa? Kemm kien it-telf fid-dħul tal-gvern minn din il-miżura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn meta giet introdotta t-tariffa mnaqqsa fit-tariffi għar-reġistrazzjoni tad-dgħajjes b’magni, l-ammont ta’ nies li ġeddew u gawdew minn dan it-tnaqqis kien jammonta għal €3,699. L-ammont ta’ telf mid-dħul kien ilaħħaq is-somma ta’ €205,701. Ninsab infurmat ukoll li dan huwa n-numru effettiv ta' sidien tad-dgħajjes li ġew fl-uffiċini tat-Transport Malta, u ġeddew ir-reġistrazzjoni tagħhom u bbenifikaw mit-tnaqqis.

Reinvestment Tax Credit Rule — Intrapriżi eliġibli għall-inċentivi fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienu eliġibbli għall-inċentivi fiskali mogħtija taħt ir-Reinvestment Tax Credit (Income Tax) Rules tal-2005?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #20039 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malti għax-Xjena u t-Teknoloġija — spejjeż li tħallsu fuq proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru tgħid kemm matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, kienu jammontaw ir-rifużjonijiet li ngħataw fuq spejjeż li fuqhom tħallset it-taxxa fi proġetti ta' riċerka approvati mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Tekonoloġija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, ma ingħata l-ebda rifużjoni fuq spejjeż li fuqhom tħallset it-taxxa fi proġetti ta’ riċerka approvati mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Kunsill għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Inċentiv biex tiżdied l-aċċesibilità fuq il-post tax-xogħol għall-impjegati ġodda b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-intrapriżi li kkwalifikaw mill-inċentiv imħabbar fid-diskors tal-budget 2010 dwar spejjeż biex tiżdied l-aċċesibilità fuq il-post tax-xogħol għall-impjegati ġodda b'diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sa’ llum il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità ma rċeviet l-ebda talba minn intrapriżi għall-inċentivi msemmija.

fond għall-għajnuna lill-intrapriżi tas-snajja u l-artiġjanat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-intrapriżi li kkwalifikaw mill-fond għall-għajnuna lill-intrapriżi tas-snajja u l-artiġjanat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-fond imsemmi ibbenifikaw numru ta’ Artiġjana kif indikat fit-Tabella ‘A’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn qegħdin jiġu ikkumplimentati b’dawn l-innizjattivi: 1. “Ġieħ l-Artiġjanat Malti” , li ġie mniedi l-ġimgħa li għaddiet u il-premjazzjoni se ssir f’Diċembru. Dettalji tal-kategoriji varji qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’ Tabella ‘B’ . 2. Stħarriġ (Survey) dwar l-Artiġjanat f’Malta , bl-l-għan ewlieni li tinġabar informazzjoni meħtieġa dwar l-Artiġjanat, b’mod partikolari fuq il-prodotti u s-servizzi artiġjanali, u min jipproduċihom. Għal dan l-istħarriġ se jieħdu sehem madwar 5,500 persuna. 3. Malta Crafts Portal, li għandu jgħin fil-promozzjoni ta’ l-artiġjanat Malti. Ħafna mill-artiġjani reġistrati mall-Kunsill Malti għall-Artiġjanat m’għandhomx website personali u għalhekk dan il-portal hu maħsub li jservi ta’ benefiċċju speċjalment għalihom. Hu mistenni li dan il- portal ikun online fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla (2011). Fl-aħħar nett tajjeb ta’ min isemmi li d-Dipartiment tal-Kummerċ iffaċilità il-parteċipazzjoni ta’ artiġjana f’madwar 16-il esebizzjoni jew attività.

Qafas organizzattiv regolatorju u fiskali għall-promozzjonijiet tal-ekonomija tal-kreattività

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-grupp ta' ħidma biex ifassal qafas organizzattiv regolatorju u fiskali għall-promozzjonijiet tal-ekonomija tal-kreattività? Meta nħatru? X'inhi r-remunerazzjoni tagħhom? Kemm-il darba saru laqgħat ta' dan il-grupp?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-grupp ta’ ħidma għall-ekonomija kreattiva nħatar f’ Jannar 2010. Huwa mmexxi mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u għandu bħala membri s-Sur Caldon Mercieca, s-Sur Anthony Attard u l-Avukat Jeanine Rizzo. Għal dan il-proġett, is-Sur Mercieca u s-Sur Attard huma attached full-time mal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, mis-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, Ambjent u Kultura u l-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru għall-Kreattività rispettivament. Iż-żewġ uffiċjali jitħallsu mill-entitatajiet rispettivi tagħhom b’remunerazzjoni addizzjonali ta’ €5000 fis-sena għal dan il-proġett. Dr Jeanine Rizzo, avukat ma’ Fenech & Fenech Advocates, nħatret bħala l-konsulent legali tal-grupp, b’remunerazzjoni mfassla fuq is-siegħat ta’ ħidma għal xogħol legali marbuta mal-grupp ta’ ħidma. Il-grupp jingħata wkoll għajnuna minn uffiċjali ekonomiċi fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment. Bħala parti mill-proċċess konsultattiv, il-grupp ta’ ħidma stieden numru ta’ esperti, kif indikat fil-lista hawn taħt, biex jipparteċipaw f’laqgħat ta’ konsultazzjoni fi gruppi ffukati fuq is-setturi tal-ekonmija kreattiva (wirt kulturali, arti, midja u intrapiżi b’servizzi kreattivi). Dawn intgħażlu fuq bażi tal-esperjenza tagħhom fis-settur. Twaqqaf ukoll grupp konsultattiv magħmul minn orgnanizazzjonijiet governattivi, rapreżentanti tal-industrija kif ukoll istutuzzjonijiet edukattivi. Il-parteċipazzjoni ta’ dawn il-gruppi hija volontarja u ma jingħata l-ebda ħlas. Lista ta’ dawn il-persuni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #20029 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Twaqqif tal-Awtorità Maltija għall-Kummerċ Ġust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li tkun imwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Kummerċ Ġust?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ġie imħejji abozz ta' liġi dwar l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Dan l-abbozz jipprovdi ukoll emendi għal xi liġijiet oħra l-aktar sinjifikanti dawk li jirrigwardaw il-liġi tal-Kompetizzjoni. L-abbozz bħalissa qed jiġi diskuss mal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili.
Leg 11 PQ #20030 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema ngaġġati fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena u kemm kienu dawk li spiċċaw mis-servizz pubbliku minħabba riżenji jew għaliex laħqu l-età tal-irtirar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ukoll għas-Servizz Pubbliku. Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar u tletin ta’ Settembru ta’ din is-sena is-Servizz pubbliku naqas b’170 ħaddiem.F’dan il-perjodu ġew ingaġġati 798 impjegati fis-Servizz Publiku.Matul l-istess perjodu, 210 impjegati rriżenjaw u 581 irtiraw bl-età. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu,177 impjegati spiċċaw mis-Servizz Pubbliku għall-raġunijiet oħra li huma mewt, boarding out minħabba raġunijiet ta’saħħa, tmiem ta’ kuntratt, kif ukoll tkeċċija wara tmiem ta’ proċeduri dixxiplinarji.
Leg 11 PQ #20031 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Grupp ta' Ħidma — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grupp ta’ Ħidma maħtur sabiex jinvestiga u jipproponi modi kif binjiet adattati fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna jistgħu jintużaw għall-alloġġjar tat-turisti u/jew bħala uffiċini? Meta nħatru, x’inhi r-remunerazzjoni tagħhom u kemm-il darba saru laqgħat ta’ dan il-grupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ma nħatar l-ebda Grupp ta’ Ħidma sabiex jagħmel il-ħidma li rrefera għaliha l-Onor.Interpellant. Is-segretarjat Parlamentari tat-Turiżmu u l-Awtorità tat-Turiżmu qed jaħdmu sabiex l-irħula u bliet tagħna jilqgħu fihom aktar turisti.L-inizjativi li qed jittieħdu diġà bdew iħallu frott hekk kif bdew jidħlu applikazzjonijiet il-MEPA għall-lukandi żgħar (Boutique Hotel) fil-bliet u rħula li s’issa m’għanghomx lukandi.
Leg 11 PQ #20032 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq restawr ta' bini storiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, kien hemm persuni li kkwalifikaw mir-rifużjoni ta' 15.2% fuq in-nefqa ta' restawr ta' bini storiku jew ta' patrimonju skedat Grade 1?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20033 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Playgrounds jew playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il studju sar matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena fuq playgrounds jew playing fields fil-lokalitajiet sabiex titjieb is-sigurtà għat-tfal u ż-żgħażagħ li jużawhom? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-playgrounds jew playing fields?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara li f’Ġunju ta’ din is-sena saru diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, bdew it-tħejjijiet biex jitfasslu linji ta’ gwida fuq is-sigurtà ta’ playgrounds u kif dawn jiġu mmaniġjati. L-iskop ta’ din il-gwida huwa: a) li jiprovdu informazzjoni għal min jkun qed jiddisinja jew jippjana playground ġdida, jew biex jitejjebu il-faċilitajiet ta’ playgrounds eżistenti; b) li jiprovdu informazzjoni teknika għal min ikun se jitfa offerta għal xiri ta’ apparat għal playgrounds ; c) biex jistipola il-manutenzjoni regolari tal- playgrounds u r-responsabilitajiet biex jinżammu f’kundizzjoni tajba; d) biex tistipola l-ispezjonijiet li għandhom isiru mod regolari u dawk li għandhom isiru kull sena. Għalhekk l-għan prinċipali ta’ dan ix-xogħol hu li jitħejjew linja ta’ gwida għal disinn u mmaniġjar serju tal- playgrounds għas-sodisfazzjon ta’ dawk li jużaw dawn il-faċilitajiet. It-tfassil ta’din il-gwida beda billi ġew identifikati l-entitajiet interessati biex jiffurmaw kumitat tekniku. Dawn huma: - Dipartiment tal-Kunsilli Lokali - l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali - Dipartiment tas-Saħħa publika - MEPA - Kummissjoni għal Persuni b’Dizabilità - Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal - Malta Playing Fields’ Association Bejn Ġunju u Awwissu, il-Kumitat Tekniku ltaqa’ madwar erba’ darbiet biex tfassal abbozz ta’ din il-gwida. F’Awwissu beda perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ xagħrejn fejn kulħadd jista’ jikkumenta fuq dan l-abbozz. S'issa l-MSA irċeviet numru ta’ kummenti validi. Hu mistenni li lejn l-aħħar ta’ din is-sena l-Kummitat Tekniku jiltaqa u jiffinaliza il-gwida fejn jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-kummenti tal-pubbliku. Din il-gwida tista’ tiġi ppubblikata bħal standard nazzjonali meta jkun hemm qbil bejn kulħadd. Dan l-iStandard jista' jiġi wżat mill-kunsilli lokali u entitajiet oħra biex isir assessjar ta’ riskju fuq is-sigurtà tal- playgrounds . B’hekk dan jista jintuża bħala għodda biex jassigura s-sigurtà fil- playgrounds . Għall-aktar tagħrif dwar il-gwida wieħed jista’ jidħol fuq dan is-sit: www.msa.org.mt

Sigurtà għat-tfal u ż-żgħażagħ fil-playgrounds jew playing fields

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il studju sar matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena fuq playgrounds jew playing fields fil-lokalitajiet sabiex titjieb is-sigurtà għat-tfal u ż-żgħażagħ li jużawhom? Tista' tgħid fejn jinsabu dawn il-playgrounds jew playing fields?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-Isport m’għandu ebda ġurisdizzjoni fuq playground/playing fields fil-lokalitajiet.
Leg 11 PQ #16060 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Child care fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-employers li matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kkwalifikaw mill-inċentiv imħabbar fid-diskors tal-budget 2010 sabiex joħolqu ambjent fuq il-post tax-xogħol fejn ikun provdut servizz ta’ child care għal ulied l-impjegati tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Liġi tat-taxxa — ċentri tat-tfal

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-impjegati li għandhom tfal akbar minn tliet snin u li jattendu ċ-ċentri tat-tfal fix-xhur tas-sajf, li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena kkwalifikaw mill-estensjoni fit-tnaqqis fil-liġi tat-taxxa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.