Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti li rrispondew għall-aħħar sejħa ta' ingaġġ għal Kindergarten Assistant? Kemm minnhom kellhom ir-rekwiżiti meħtieġa għall-post u kemm minnhom fil-fatt intgħażlu u f’liema grad iddaħħlu (KGA I jew KGA II)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm 159 applikant li rrisipondew għall-aħħar sejħa ta’ ingaġġ għal Kindergarten Assistant II. Kien hemm 85 li kellhom ir-rekwiżiti meħtieġa għall-post, minn dawn għaddew 45 li se jiġu ingaġġati bħala KGA II fil-futur qrib.
waiting list ta' persuni li jixtiequ jaħdmu bħala Kindergarten Assistants
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix xi tip ta' waiting list ta' persuni li jixtiequ jaħdmu bħala Kindergarten Assistant I u Kindergarten Assistant II? Jekk iva, kemm hi twila din il-lista?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma teżisti ebda waiting list ta’ persuni li jixtiequ jaħdmu bħala Kindergarten Assistants I jew Kindergarten Assistants II.
Hemm riżultat tas-Servizz Pubbliku għas-sejħa tal-applikazzjoni tal-KG II.
Inkwilin daħal f'post b'kera u sab li min kien hemm qablu, u li issa miet, għandu arretrati ta' madwar €3000 f'kontijiet tad-dawl u ilma, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan qed jipprova jaqleb is-servizz fuqu u ma jridux jaqilbuhulu?
Peress li sid il-kera ma jridx jitlob it-trasferiment, u l-inkwilin preżenti jrid iħallas l-konsum tiegħu imma qed jibża li jaqtgħulu s-servizz, jista' l-Ministru responsabbli mill-Korporazzoni għas-Servizzi tal-Ilma jew mill-Arms Ltd jgħid jekk teżistix xi proċedura biex dan l-inkwilin ma jinqatagħlux is-servizz u jħallas l-konsum tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ qed jiġi analizzat, u li ARMS Ltd. se tipproċedi skont dak li jirriżulta wara l-analiżi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet Arms Ltd mit-twaqqif tagħha sal-lum permezz tat-telefon, bl-email u b'messaġġi li tħallew rekordjati fuq l-answering machine?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istatistika ta’ kuntatti li saru bejn l-1 ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2010 li jkopru kemm oqsma amministrattivi kif wkoll dawk tekniċi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni f'dawn l-oqsma: kirurġija ġenerali, uroloġija, newrokirurġija, kirurġija plastika, kirurġija tat-tfal, ENT, ġinekoloġija, oftalmoloġija, ortopedija, kirurġija tal-qalb u dentistrija, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni Enemalta — investigazzjoni dwar qtugħ ta' dawl
Question
Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika lil din l-Kamra jekk fuq il-bażi tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, il-qtugħ ta' dawl estensiv tat-18 ta' Novembru 2009 kienx dovut għal każ ta' sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-fatt li r-rapport tal-inkjesta Maġisterjali għadu ma ġiex ppreżentat lil Enemalta, l-Ministru mhux f’pozizzjoni li jinkonferma jekk il-qtugħ ta’ dawl estensiv li sar fit-18 ta’ Novembru 2009 kienx kaġun ta’ sabutaġġ jew le.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' okkazzjonijiet xahar b'xahar bejn Jannar u Settembru 2010 li fihom il-gvern kera tagħmir mediku lil sptarijiet u kliniċi privati? Liema kien dan it-tagħmir mediku? F'liema oqsma mediċi jintuża? Jista' jgħid x'jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom inkera dan it-tagħmir, f'każ li l-istess tagħmir issirlu l-ħsara waqt li jkun mikri għand l-isptarijiet u l-kliniċi privati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Minn meta ġie allokat fixed point mar-residenza ta’ din il-persuna;
b. Għal-liema raġuni u fuq rakkmandazzjoni ta’ min ittieħdet din id-deċiżjoni;
ċ. Kemm sewa s’issa dan il-fixed point; u
d. Hija policy li l-fixed point jinżamm ukoll meta l-persuna tkun imsiefra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar miżuri ta' sigurtà li jittieħdu mill-awtoritajiet, meta u fejn ikun hemm il-ħtieġa.
residenti ta' nazzjonalità barranija — sistema differenti ta’ tariffi tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix sistema differenti ta’ tariffi tad-dawl u l-ilma għar-residenti ta’ nazzjonalità barranija li għandhom residenza f’pajjiżna? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex teżisti din is-sistema differenti? Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kif taħdem din is-sistema ta’ tariffi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li ma teżistix sistema differenti ta’ tariffi tad-dawl u l-ilma għar-residenti ta’ nazzjonalità barranija, li huma residenti f’pajjiżna.
Korporazzjoni Enemalta — Kap Ezekuttiv - refurbishment fl-uffiċċju
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Kap Ezekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta għamel xogħol ta’ refurbishment fl-uffiċċju tiegħu? Jekk iva, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u jaghti breakdown tal-ispiża li sewa dan ix-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid min wettaq dan ix-xogħol u jekk ix-xogħol sarx permezz ta’ sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta' direct order?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 115.
Korporazzjoni Enemalta — inkjesta b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Enemalta għadha ma rċivitx ir-rapport tal-investigazzjoni tal-pulizija jew tal-Maġistrat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li ntnefqet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena b'mod separat f'xogħlijiet fuq dawn il-proġetti:
a)
promenade
ġdida f'San Pawl il-Baħar;
b) ġnien u heritage trail f'Pembroke; u
ċ) visitors attraction fil-Qawra?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11541, jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk l-ftehim iffirmat fis-7 ta' April 2000 kienx legali;
b) x'kienet ir-raġuni għaliex id-Direttur tal-Artijiet ma deherx fuq dan il-kuntratt;
ċ) kemm qed titħallas kera u jekk din hux qed issir skont il-ftehim iffirmat fis-7 ta' April 2000; u
d) jekk il-gvern hux lest li jikkonsidra talbiet biex l-art fil-viċin ta' dik koperta bil-kuntratt imsemmi tiġi użata minn kumpaniji oħra li jagħmlu l-istess xogħol ta' dik il-kumpanija li magħha sar il-kuntratt imsemmi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diga nfurmajt lill-Onorevoli Interpellant fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11541, dan il-kuntratt sar quddiem in-Nutar tal-Gvern, dak iż-żmien in-Nutar Franco Pellegrini u allura skont il-ligi. Il-kuntratt jipprovdi għall-ħlas ta’ €16,305 (Lm7000) fis-sena għall-użu tal-art u l-faċilitajiet u ammont ieħor kalkolat bħala persentaġġ fuq kull parteċipant fi training courses li jsiru mill-kumpanija. Infurmat ukoll li l-ħlas dovut sal-2009 ġie mħallas lill-Gvern.
Ninsab infurmat li l-Gvern diġa' kellu talba oħra minn kumpanija differenti, liema ġiet milqugħa u huwa lest li jikkonsidra talbiet biex l-art viċin ta’ dik koperta bil-kuntratt imsemmi tiġi wżata minn kumpaniji oħra li jagħmlu l-istess xogħol ta’ dik il-kumpanija li magħha sar il-kuntratt imsemmi.
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar applikazzjoni, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li daħlet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Mejju li għadda b’rabta ma’ żvilupp ġdid ta’ kostruzzjoni fl-Isptar Mater Dei? Fejn fl-Isptar Mater Dei, huwa l-ħsieb li jsir ix-xogħol in kwistjoni? Hemm xi mira ta’ meta għandu jibda u jispiċċa x-xogħol in kwistjoni? Kemm se jiġi jiswa? Għaliex dan ix-xogħol ma sarx meta kien għadu qed jinbena l-Isptar Mater Dei ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru W72.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bedix ix-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-irranġar ta’ breakwater f’Marsaxlokk? Jista' jgħid x’xogħol sar u x’kienet l-ispiża fuq dan il-proġett sal-lum? Jista' jgħid meta huwa maħsub li jintemm dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa dan il-proġett la darba jintemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol li sar sa llum jikkonsisti f’numru ta’ studji dwar il-wave climate f’din il-lokalita biex jiġi determinat b’ aktar eżattezza kif dan il-breakwater qiegħed ikun affetwat fil-maltemp kif ukoll biex naraw kif jistgħu jkunu mtejba l-kundizzjonijiet tal-irmieġġi għal opri tal-baħar tas-sajjieda fil-port. Saret ukoll applikazzjoni lill-MEPA biex jinħareg il-permess meħtieg biex isir ix-xogħol ta’ tiswija.
Tajjeb li jingħad lit-tiswija ta’ dan il-
breakwater
se tkun tifforma parti minn proġett aktar estensiv li ser jitwettaq fi tliet fażijiet. Hu maħsub li x-xogħol jitlesta għall-aħħar tal-2013. Il-proġett għat-tiswija tal-
breakwater
hu stmat li se jiswa madwar € 1.5 miljun.
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena sarx xogħol ta’ titjib fl-infrastruttura tal-Pitkalija? Jekk iva, jista' jagħti dettalji ta’ x’kien dan ix-xogħol u x’kienet l-ispiża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din is-sena l-Gvern fassal il-parametri li bi ħsiebu jadotta wara proċess sħiħ ta’ diskusjonijiet li kellu mal-bdiewa u persuni oħra involuti fis-settur. Fil-frattemp inħareg tender għal bdil ta’ żewg tined fil-kumples tal-pitkalija waqt li saret applikazzjoni mal-MEPA biex jiġu estiżi il-faċilitajiet preżenti tal-Producers’ Organisations. Ix-xogħol fuq dawn iż-żewg proġetti huwa mistenni li jitlesta sal-2012. L-ispiża globali ta’ dawn iż-żewg proġetti mistennija li tlaħħaq madwar €750,000.
Marsa — Bini tal-Pixkerija ġdida - spiża tal-proġett
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bedix il-bini ta’ Pixkerija ġdida fil-Marsa? Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar u x’kienet l-ispiża fuq dal-proġett sal-lum? Jista' jgħid meta huwa maħsub li jintemm dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa dal-proġett la darba jintemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proċess tal-applikazzjoni mal-MEPA għal bini ta’ Pixkerija ġdida fil-Marsa għadu għaddej u x-xogħol fuq dan il-proġett mistenni li jitlesta sal-aħħar ta' l-2013. S’issa sar xogħol ta’ preparazzjoni tal-pjanti u għadhom ma ntefqux flus fuq il-proġett. Meta jitlesta dan il-proġett mistenni li jkun sewa €3 miljun li ġejjien minn fondi tal-UE.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienu l-inċentivi fiskali li ddaħħlu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex kittieba Maltin isibuha aktar faċli li jippubblikaw ix-xogħlijiet letterarji tagħhom? Kemm kienu l-kittieba Maltin li bbenefikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19823 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-impjegati li għandhom tfal akbar minn tliet snin u li jattendu ċ-ċentri tat-tfal fix-xhur tas-sajf, li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kkwalifikaw mill-estensjoni fit-tnaqqis fil-liġi tat-taxxa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ikun jista’ jagħti risposta għal din il-mistoqsija parlamentari meta il-formoli tat-taxxa tat-2011 tal-persuni li kkwalifikaw mill-estensjoni fit-tnaqqis tal-ligi tat-taxxa jkunu pproċessati, u allura dan ikun possibli biss wara Diċembru 2011.