Korp tal-Pulizija — kwestjoni dwar rata ta' ħlas ta' overtime
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li meta l-membri tal-Korp tal-Pulizija jaħdmu extra duties iħallsu income tax bir-rata ta’ 35% u mhux ta’ 15%, waqt li ma jitħallsux tal-extra duties bir-rata ta’ l-overtime? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan u hemm ħsieb li s-sitwazzjoni tinbidel fil-ġejjieni qrib?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kull membru tal-Korp tal-Pulizija li jaħdem extra duty on payment, iħallas it-taxxa dovuta skont id-dħul tiegħu u kif stabbilit mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19781 fejn il-Ministru qalet li “Min-naħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada sar air quality test fl-iskola Sekondarja Subien f’Ħal Qormi u fil-madwar.”, tista’ l-Ministru tgħid meta sar u x’kien ir-riżultat ta’ dan it-test?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan it-test sar qabel ma bdiet tinbena l-iskola sekondarja tas-subien f’Ħal Qormi (2005)u r-riżultat kien li s-
sulphur dioxide, nitrogen oxides, ozone, benzene, toluene u ammonia
huma skont il-
World Health Organization
(WHO) u EU
limit values
.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel tal-istat li għandhom is-servizz ta’ nurse tal-post? Kemm hawn skejjel li għandhom xi arranġament alternattiv? Kemm hawn skejjel li m’għandhom l-ebda tip ta’ arranġament? X’inhi l-policy tal-gvern f’dan ir-rigward?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ħames skejjel speċjali tal-istat għandhom servizz ta’ ners tal-post. 36 skola għandhom arranġament alternattiv li huwa l
-policy
tal-gvern fejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu ftehim mal-MMDNA fejn jiġi pprovdut servizz ta’ ners li tmur fl-iskola u tamministra l-mediċina indikata. Fl-64 skola l-oħra jista' jsir dan l-arranġament jekk ikun meħtieġ.
Tista l-Ministru tghid jekk tfal taħt l-għaxar snin li jkunu akkumpanjati minn adulti u li jżuru l-postijiet storiċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta, iħallsux biex jidħlu f’dawn il-postijiet ? Jekk iva, tista' tagħti lista ta’ x’inhuma dawn il-ħlasijiet għal dawn it-tfal, post b’post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-postijiet storiċi.
ċitazzjonijiet tat-Tribunali Lokali — reklami fuq il-ġurnali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid b' liema mod ittieħdet id-deċiżjoni li reklami dwar iċ-ċitazzjonijiet tat-Tribunali Lokali jidhru biss fil-ġurnal The Malta Independent? Min huwa responsabbli ta' din id-deċiżjoni? Meta ttieħdet? Kemm huma r-rati għal dawn ir-riklami? Hemm xi data meta dan il-ftehim se jiskadi? Qatt saru diskussjonijiet ma' ġurnali oħra? Jekk iva, liema u meta? Jekk le, għaliex ma sarux? Meta se tiġi riveduta din id-deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi illi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Avviżi dwar Taħrikiet li jidher fil-ġurnal the Malta Independent skont l-Avviż Legali 133/2004 – Regolamenti tal-2004 dwar in-Notifika ta’ Taħrikiet tat-Tribunali Lokali. Dan l-Avviż Legali jelenka l-mod kif għandha ssir in-notifika taċ-ċitazzjonijiet tat-Tribunali Lokali u telenka wkoll liema każijiet partikolari għandhom jiġu ppublikati. Dan l-Avviż Legali jelenka wkoll b’mod ċar fejn u kif għandha ssir din il-publikazzjoni.
Ninfurma lill-Onorevoli Membru lid an l-Avviż ma jiġix ippublikat minn xi Dipartiment jew entità tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jikkonsidra li l-EPIPEN tiddaħħal fl-iskeda ta’ mediċini b’ xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Gvern iġib xi mediċini li huma essenzjali u li ma jsibhomx fl-ispiżeriji privati, fosthom l-Epipen. Din il-mediċina tintuża f’kaz ta’ emerġenza, għax l-individwu ikun qiegħed isofri minn anaphylactic shock. Fl-ambulanza u fl-isptar din it-tip ta’ mediċina tingħata b’xejn bħala adrenaline. Persuna li taf li għandha dan it-tip ta’ riskju jrid ikollha l-’Epipen’ fuqha kull ħin tal-ġurnata. ’Anaphylactic shock mhijiex waħda mill-kundizzjonijiet tal-Ħames Skeda, u għalhekk l-Epipen ma tistax tingħata b’xejn.
proprjetà tal-ex Marsa Shipbuilding — mogħtija lil kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux fi ħsieb il-gvern jew jekk hux għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-proprjetà tal-ex Marsa Shipbuilding tingħata lil kumpanija privata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — inkjesta dwar mewt ta' kelba mħarġa
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux qed issir inkjesta dwar mewt ta’ kelba imħarġa fis-sezzjoni tal-klieb fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Lulju li għadda? Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet din l-inkjesta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li meta ġie kkonfermat il-mewt ta’ kelba mħarrġa fis-sezzjoni tal-klieb fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ġie mressaq rapport lill-Pulizija biex tibda investigazzjoni. Infurmat ukoll li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — klieb tas-sezzjoni miżmuma għand il-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-klieb tas-sezzjoni tal-klieb fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin jinżammu għand il-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li, fid-dawl tal-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar mewt ta’ kelba mħarrġa mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li seħħ f’Lulju tal-2010, ittieħdu numru ta’ miżuri ta’ prekawzjoni, waqt li qed issir evalwazzjoni ta’ kif hu l-aħjar li titmexxa it-Taqsima tal-Klieb. Fil-frattemp, il-klieb qed jinżammu temporanjament għand il-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux investigazzjonijiet interni fil-Korp tal-Pulizija wara rapporti fil-media li xi ħadd mill-Pulizija informa lit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista li kien se jsir raid fuq il-każin Nazzjonalista tal-Mosta? Jekk iva, x’riżultat taw? Jekk le, iħossx il-Ministru li għandhom isiru dawn l-investigazzjonijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20203.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux fi ħsieb il-Gvern jew jekk hux għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-proprjeta' tal-ex Marsa Shipbuilding tingħata lil kumpanija privata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li jekk persuna jkollha post mikri lilha u tkun trid tagħmel transfer tal-arloġġ tad-dawl, din tintalab tħallas depożitu ta' €466? Jekk iva, jidhirlu li din hija somma qawwija ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16992.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tender "Request for Proposals for a Dimming System for Street Lighting" ġie kkanċellat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender ġiet ikkanċellata minħabba li l-offerti li saru kienu ogħla mill-fondi allokati għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-volumi tal-ipoteki, insinwi u riferenza li huma dokument pubbliċi huma kollha u dejjem aċċessibbli għall-pubbliku fil-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ fir-Reġistru Pubbliku? Jista' jgħid jekk dawn humiex aċċessibbli dejjem u mingħajr ħlas għal min irid iwettaq spezzjoni tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-provvedimenti tar-Regolamenti tal-2010 dwar l-Ispezzjoni u Riċerki fir-Reġistru Pubbliku li jipprovdu kif u meta jista jsir spezzjoni u l-ħlasijiet relattivi.
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm żmien ingħata l-kuntratt lill-kumpanija Eureka għal kuntratti pubbliċi? Jista' jgħid jekk fit-terminazzjoni ta' dan il-ftehim mal-persuna attwali, hux se jinħareġ tender liberalment għal kulmin hu interssat? Jista' jgħid jekk hux qed titħallas kera minn din il-kumpanija għall-postijiet pubbliċi li hija qed tokkupa? Jista' jgħid min qed iħallas lill-ħaddiema tal-Gvern li jagħmlu xogħol għal din il-kumpanija privata? Jista' jgħid jekk il-Gvern jafx kemm qed idaħħal din il-kumpanija privata minn din l-attività? Jista' jgħid kemm qed idaħħal il-Gvern minn dan il-ftehim ma' din il-kumpanija privata? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija tagħtix stima minn qabel ta' kemm bejn wieħed u ieħor ikun se jiġu jiswew ir-riċerki fil-mument li jkunu ordnati jew ftit wara, ħalli dak li jkun ikun jista' jirregola ruħu dwar l-ordni tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Informazzjuoni, Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ħaddiema li jaħdmu fuq bażi part-time jew bir-reduced hours mad-Dipartiment tal-VAT ġew mitluba biex jaqilbu għal status ta' self employed? Jekk iva, fuq liema bażi ttieħdet din id-deċiżjoni? Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema involuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartiment tal-VAT hemm tlett persuni li ngħataw Direct Order għal serivzzi lid-Dipartiment. Dan jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010. Dawn il-persuni m’humiex impjegati tad-Dipartiment u għaldaqstant huma kunsidrati bħala self-employed.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienu eliġibbli għall-inċentivi fiskali mogħtija taħt ir-Reinvestment Tax Credit (Income Tax) Rules tal-2005?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20305.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux il-ħsieb tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jibqa joħrog sejħiet għall-Kindergarten Assistants II anke wara l-2015 meta ser jibda jintalab grad akkademiku (ECEC teacher) kif miftiehem fl-aħħar ftehim kollettiv mal-MUT? Jekk le, x'ser isir mill-istudenti li bħalissa qed jistudjaw għad-diploma "MCAST-BTEC National Diploma in Children's Care, Learning and Development" ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern u MUT f’Awwissu 2010, fis-sena 2015 il-vakanzi li jkun hemm fil-livell tal-Kindergarten jibdew jimtlew minn għalliema u ma jibqgħux jiġu impjegati Kindergarten Assistant II.
Dan ġie ddikjarat fis-sena 2007 sabiex kull student li huwa interessat li jaħdem f’dan is-settur ikun jista’ jagħżel korsijiet skont il-livelli meħtieġa għar-reklutaġġ.
Tista' l-Ministru tgħid hux il-ħsieb li wara l-2015 il-Kindergarten Assistants IIs u l-ECEC teachers ikunu kumplimentari ta’ xulxin jew hux il-ħsieb li gradwalment il-post ta KGA II (u I) eventwalment jispiċċa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2015 kull vakanza li jkun hemm fil-livell ta’ Kindergarten tibda timtela’ mill-għalliema Early Childhood Education and Care (ECEC).
Kindergarten Assistants li diġa’ huma fl-impjieg iżommu posthom, imma l-postijiet ta’ dawk li jirtiraw jew jitilqu mill-impjieg jiġu mimlijin minn għalliema ECEC.