Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ kif iċċaqlaq il-prezz ta’ gallun petrol, gallun unleaded petrol, gallun diesel u gallun pitrolju, xahar b’xahar, minn Jannar 2000 sa’ Ottubru 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingħata sena b’sena għall-perjodu mitlub u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
xogħlijiet fuq il-proġett tal-biċċerija l-ġdida t'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta beda x-xogħol fuq il-proġett tal-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex? Tista' tgħid kemm tlesta f’termini ta’ persentaġġ minn dan ix-xogħol? Tista' tgħid jekk ix-xogħol hux miexi mal-miri stabbiliti? Tista' tagħti lista ta’ xogħlijiet li saru s'issa? Tista' tagħti lista ta’ xogħlijiet li għad jonqos isiru? Tista' tgħid min kienu l-kumpaniji privati li ħadmu fuq dan il-proġett sal-lum u kemm tħallsu s'issa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata kif ġej:
Saru xogħolijiet ta' kostruzzjoni minn kuntrattur li bdew f'Novembru 2004 u f'Diċembru 2008 bdew xogħolijiet oħra strutturali estensivi mill-ħaddiema tal-Gvern. Fil-frattemp fl-2005 kienet ħarġet offerta għall-provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija li ma ngħatatx minħabba li l-ebda sottomissjoni ma kienet skond l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta. L-offerta reġgħet ħarġet u ngħatat fit-2 ta' Lulju 2009. Ix-xogħolijiet ta' kostruzzjoni u finishing tal-bini huma madwar 95% kompluti, l-aperturi huma fil-proċess li jibdew jitwaħħlu u l-kuntratt prinċipali tal-Provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari huwa madwar 80% komplut. Ix-xogħol miexi skond il-programm li jieħu inkonsiderazzjoni tax-xogħol tal-kuntrattur u xogħolijiet oħra kumplimentari li jridu jsiru flimkien. Xogħlijiet li jonqos jitlestew u li għaddej xogħol fuqhom huma l-istallazzjoni tas-sistemi mekkaniċi, elettriċi u data, l-apparat tal-boiler, plant rooms u trattament ta' l-ilma tal-ħasil tal-biċċerija, ventilazzjoni, aperturi u finishing.
Il-kumpaniji/kuntratturi li għamlu xogħol fil-biċċerija huma:
A & E Mintoff Co. Ltd.
AluCare Mosta Ltd.
Camray Co. Ltd/Technostar Due srl JV
Donald Pace
Eucharistico Portelli
Joe Portelli
Joseph Saliba
Piju Attard
Road Construction Co. Ltd.
Sa issa tħallsu €998,109 lil dawn il-kuntratturi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — kuntratti tal-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4522.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Kuntratti lill-kumpaniji
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Tista' tgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Tista' tgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Tista' tgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Tista' tgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ngħatawx kuntratti bejn is-sena 2000 u llum lill-kumpaniji Where's Everbody?, WE Events u We Marketing & PR Services mill-Ministeru għal Għawdex.
Kriterji kif persuna tilħaq lecturer fl-Università ta' Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom persuna tkun aċċettata bħala lecturer fl-Università ta’ Malta? Tista' tgħid jekk persuna li jkollha l-FRCS jew l-MRDRCS, tikkwalifikax biex tkun aċċettata bħala lecturer fl-Università ta’ Malta ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kriterji prinċipali sabiex tkun appuntata persuna bħala lecturer fl-Università ta’ Malta huma Ph.D, jew dottorat ekwivalenti, ibbażat fuq ir-riċerka fis-suġġett.
Jistgħu jiġu appuntanti bħala
visiting lecturers
persuni li jew ikollhom Ph.D., jew inkella kwalifika
postgraduate
u esperjenza professjonali speċjalment f’pożizzjoni ta’ responsabilità relatata mas-suġġett. Kwalifiċi oħrajn jiġu evalwati għall-ekwivalenza tagħhom mar-rekwiżiti normali.
Malta Air Traffic Services Ltd — Radar Surveillance
Question
Peress li f'Marzu 2009 ġie ffirmat kuntratt biex tiġi istallata sistema ta' Radar Surveillance għall-Malta Air Traffic Services Ltd biex jibdew jintużaw minflok dawk preżenti li issa wara 15-il sena għamlu żmienhom, jista' l-Ministru jgħid:
a) skont il-kuntratt, x'tip ta'
radars
inxtraw u meta suppost li kellhom jiġu
delivered
;
b) jekk dawn ir-radars għadhom ma ġewx delivered skont it-termini tal-kuntratt, x'kienet ir-raġuni għal dan id-dewmien;
ċ) jekk is-sit fejn suppost għandhom jiġu istallati dawn ir-radars hux diġà ġie identifikat biex darba jaslu jkunu jistgħu jiġu istallati;
d) dan id-dewmien fl-istallazzjoni ta' dawn ir-radars ġodda jista' joħloq xi tip ta' periklu għat-traffiku tal-ajru fl-approach tal-Ajruport; u
e) bis-sistema antika li għandna bħalissa qegħdin konformi mar-regoli tal-Eurocontrol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti mogħtija lill-Kumpaniji
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Wara li l-ġurnal KullĦadd irraport li uffiċjal mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali qal lill-koppja biex jagħmlu affidavit fejn jiddikjaraw lil min ivvotaw fl-aħħar żewġ elezzjonijiet, tista' l-Ministru tgħid jekk ordnatx investigazzjoni u x'irriżulta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lil Onor. Interpellant li tajt direzzjoni lill-Aġent Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali sabiex jinvestigaw internament l-allegazzjoni li saret fil-ġurnal Kullħadd. Jiena nfurmata li din l-investigazzjoni diġa’ nbdiet min-naħa tad-Dipartiment u qed nistenna l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni qabel ma jiġi deċiż x’passi ulterjuri jridu jittieħdu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa r-riċeviment li għamel fil-Girgenti nhar is-Sibt, 16 ta' Lulju 2010 fl-okkazzjoni tat-Trade Fair?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern, kull sena jorganizza riċeviment b’intenzjoni li jservi bħala attività fejn imprendituri u employers Maltin jkollhom opportunità ta’ networking flimkien.
Dan ir-riċeviment, li ilu jsir għal diversi snin, dejjem jiġi organizzat fil-perjodu tal-Fiera Internazzjonali ta’ Malta.
Barra l-imprendituri Maltin, jkunu mistiedna ukoll membri tal-parlament, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Opożizzjoni, Ambaxxaturi,
unions
u imsieħba soċjali, Diretturi Ġenerali,
Media
, Uffiċjali Għoljin Governattivi, Rappreżentanti mill-
Malta Enterprise
u oħrajn.
Ir-Riċeviment ta’ din is-sena (2010) sewa is-somma ta’ €28,938.64 u għalih kienu mistiedna mal-2000 persuna. Dan l-ammont jinkludi mhux biss il-
catering
iżda ukoll armar ieħor u loġistika oħra li jirrikjedi l-Palazz tal-Girgenti peress li l-attività saret hemm.
Dan ifisser li l-Gvern wera ir-rikonoxximent tiegħu lejn dawn l-imprendituri u l-
employers,
billi investa ras għal ras s-somma ta’ €14 kull persuna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti ta' ħsarat fl-Isptar Mater Dei, konsegwenza tax-xita li għamlet bejn il-Ħadd 24 ta' Ottubru u t-Tnejn 25 ta' Ottubru 2010? F'każ li iva, x'kienu dawn il-ħsarat u kemm huwa ikkalkolati li jammontaw f'termini ta' flus?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — check up tas-sider - limitazzjoni ta età
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi limitazzjoni ta' età għal nisa li jkunu jridu jagħmlu check up ta' sidirhom fl-Isptar Mater Dei u li jintbagħtu biex jagħmlu ultrasound?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-eta’ waħedha mhux fattur li jinfluwenza jekk il-Breast Clinic tal-Isptar Mater Dei jirreferix pazjenta għal ultrasound tas-sider. Hekk ukoll, id-Dipartiment tal-Medical Imaging jagħmel ultrasound tas-sider fuq kull pazjenta rreferuta mill-Breast Clinic.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena f’dik li hija manutenzjoni u xiri ta’ tagħmir mediku għaċ-Ċentri tas-Saħħa f’pajjiżna? Jista' jagħtu din l-informazzjoni b’mod separat għal kull ċentru tas-saħħa? Jista' jgħid fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f’kull ċentru tas-saħħa b’mod separat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw Commonwealth Scholarships mill-2004 sal-lum, sena b’sena? Tista' tgħid min jikkwalifika għal Commonwealth Scholarship? Tista' tgħid kif issir l-għażla tal-kandidati li jikkwalifikaw b’suċċess għal Commonwealth Scholarship?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-2004 ’il hawn ingħataw 12-il Commonwealth Scholarship, kif murija f’din it-tabella:
Sena
Ammont
2004
4
2005
2
2006
3
2007
2
2008
1
2009
0
Kandidat ikun eliġibbli skond ir-regolamenti mogħtija mill-Kummisjoni tal-Commonwealth lid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Bħalissa, hemm sejħa miftuħa li tagħlaq fit-13 ta’ Novembru, 2010. Ir-regolamenti jinsabu fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Malta hija mitluba li tinnomina certu ammont ta’ kandidati, li fis-sena attwali in-numru huwa tnejn. Din il-għażla issir, permezz ta’ intervista. Wara li Malta tinnomina iż-żewġ kandidati, tkun il-Kummissjoni tal-Commonwealth, li tagħmel l-għażla finali minn fost dawk innominati mill-pajjiżi kollha.