Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobiles reġistrati fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jgħid kemm ġie jiswa l-kont ta' kull mobile matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2010? Jista' jgħid jekk jeżistix xi limitu dwar l-ispiża fuq kull mobile? F'każ li iva, jista' jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm każijiet fejn dan il-limitu inqabeż u x'azzjoni ttieħdet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 12-il mobile phone reġistrat fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili . Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn tindika kemm ġie jiswa l-kont ta' kull mobile phone bejn Jannar sa Settembru tal-2010.
Infurmat ukoll li l-użu tal-mobile phones u nfiq konness miegħu huwa regolat skont Sezzjoni 2.6.1.3. tal-Public Service Management Code u li s'issa hemm każ wieħed fejn il-limitu stabbilit inqabeż u għalhekk qed tiġi applikata l-proċedura stabbilita skont is-sezzjoni msemmija.
Jista l-Ministru jgħid jekk hux se tispiċċa t-taqsima tal-klieb tal-Protezzjoni Ċivili? Jekk le, min se jkun qed imexxi din it-taqsima u jħarreġ il-klieb li bħalissa qed jinżammu fit-taqsima tal-Klieb tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li t-taqsma tal-klieb tal-Protezzjoni Ċivili se tibqa' topera. Infurmat ukoll li din it-taqsima qiegħdha titmexxa mill-operations manager, li huwa persuna kwalifikata u liċenzjata bħala search and rescue dog instructor mis-soċjetà tas-Salib l-Aħmar ġewwa l-Italja.
persuni li jaħdmu fit-taqsima tal-klieb tal-protezzjoni ċivili
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li persuni li kienu fit-Taqsima tal-Klieb tal-Protezzjoni Ċivili tneħħew b'effet minn nhar it-Tlieta, 9 ta' Novembru 2010? Jekk iva, jista' jgħid għal liema raġuni sar dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi b'effett mid-9 ta' Novembru 2010, il-persuni li kienu fit-Taqsima tal-Klieb tal-Protezzjoni Ċivili tpoġġew f'taqsimiet oħra tad-dipartiment biex jaqdu funzjonijiet oħra importanti fil-qasam tal-assistenza u salvataġġ. Infurmat ukoll li dan sar wara li d-dipartiment ikkunsidra talbiet li saru minn dawn l-impjegati stess fejn urew ix-xewqa li ma jibqgħux iservu f'din it-taqsima.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mis-CVA sena b'sena sa Ottubru 2010? Kemm tħallas il-kuntrattur sena b'sena u kemm baqgħalu jitħallas sa Ottubru 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-dħul mis-CVA sa’ Ottubru 2010 huwa kif ġej:
· €504,015 – 2007
· €1,096,545 – 2008
· €1,244,589 – 2009
· €1,030,453 – 2010
Il-kuntrattur tħallas kif ġej:
· €1,682,396 – 2007
· €1,603,559 – 2008
· €1,376,914 – 2009
· €798,543 – 2010
S’Ottubru 2010 il-kuntrattur kien baqgħalu jitħallas €687,544.42
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — żbalji fil-pagi tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar xhur kienu qed jittieħdu ammonti ta’ żbalji fil-pagi tal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jekk iva, jista' jgħid x’kien qed iwassal għal dawn l-iżbalji? Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex dawn l-iżbalji ma jibqgħux jirrepetu ruħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar xhur, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għamel eżerċizzju biex jirrevedi l-proċess tal-ħidma u ħrug tal-pagi. Dan kien jinkludi fost oħrajn tibdil fis-sistema biex l-impjegati jingħataw tagħrif uffiċjali dwar l-ammont ta’ sahra u allowances li jkunu inklużi f’kull paga li jirċievu.
Infurmat ukoll li waqt dan l-eżerċizzju nqalgħu xi problemi ta’ natura teknika fil-proċess ta’ komputazzjoni tas-sahra u
allowances
. Dawn il-problemi ġew identifikati minnufih u azzjoni korrettiva ttieħdet fil-pagi suċċessivi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li r-Red Cross se tagħlaq is-sezzjoni tagħha f'Għawdex ? Jista' jgħid jekk il-gvern intervjenix f'din is-sitwazzjoni? Jista' jgħid jekk itteħdux passi biex jekk ir-Red Cross ma tibqax f’Għawdex, tinstab alternattiva għat-tliet ambulanzi li din l-organizzazzjoni għandha bħalissa f’Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 20282.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — ħaddiema li jagħmlu s-sahra
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix differenza fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Malta u f’Għawdex b’mod li l-ħaddiema Għawdxin ma jagħmlux sahra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kemm f'Malta u kif ukoll f'Għawdex qed jaħdmu taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol.
Infurmat ukoll li peress li l-ammont ta' ħaddiema li qed jaħdmu fis-sezzjoni ta’ Għawdex jeċċedi sew l-ammont minimu stabbilit mill-istess dipartiment għal stazzjon tipiku, qed ikun hemm numru sostanzjali ta’ ħaddiema preżenti f’din is-sezzjoni f’ħinijiet li x-xogħol ikun naqas. Għaldaqstant, id-dipartiment mhux qed iħaddem impjegati b’sahra waqt dawn il-ħinijiet sakemm in-numru ta’ ħaddiema ma jkunx inqas min-numru stabbilit.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li r-Red Cross se tagħlaq is-sezzjoni tagħha f’Għawdex? Tista' tgħid jekk il-gvern intervjenix f’din is-sitwazzjoni? Tista' tgħid jekk ittieħdux passi biex jekk ir-Red Cross ma tibqax f’Għawdex, tinstab alternattiva għat-tliet ambulanzi li din l-organizzazzjoni għandha bħalissa f’Għawdex ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Filwaqt illi nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 20282 ngħarraf ukoll illi l-Ministeru għal Għawdex dejjem emmen fis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar u għaldaqstant dejjem ta l-għajnuna meħtieġa lil din is-soċjetà f'kull ċirkostanza.
Jista' l-Ministru jghid jekk hux minnu li r-Red Cross se tagħlaq is-sezzjoni tagħha f’Għawdex? Jista' jgħid jekk il-gvern intervjenix f’din is-sitwazzjoni? Jista' jgħid jekk itteħdux passi biex jekk ir-Red Cross ma tibqax f’Għawdex, tinstab alternattiva għat-tliet ambulanzi li din l-organizzazzjoni għandha bħalissa f’Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tal-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel? Meta hu mistenni li jiġi finalizzat? X’se jigri mill-ħaddiema li llum huma impjegati ma’ din il-lukanda ?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 20733. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, il-bejgħ ta’ din il-lukanda jinkludi wkoll il-kumpanija li kienet topera din il-lukanda inkluż l-impjegati tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11466 u jgħid x'investiment sar fl-aħħar 12-il xahar fit-tagħrif li jingħata l-pubbliku sabiex tkun faċilitata bidla favur l-użu tat-trasport pubbliku minflok il-karozza privata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul l-2009 intefqu €36,654 fi produzzjoni ta' diversi viżwali dwar ir-riforma tat-trasport pubbliku u benefiċċji tas-servizz il-ġdid; avviżi li dehru f'diversi ġurnali, televiżjoni u rivisti lokali kif ukoll diżinjar u stampar ta' brochure u diversi backdrops kif ukoll mapep tar-rotot.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20852 u jgħid jekk hux fi ħsieb il-Gvern jew jekk hux għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-proprjeta' tal-ex Marsa Shipbuilding tingħata lil kumpanija privata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn naf jien m’humiex għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-propjetà tal-ex-Marsa Shipbuilding tingħata lill-kumpanija privata, lanqas hemm ħsieb li jsir xi ħaġa f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20864 li oriġinarament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għal kemm żmien ingħata l-kuntratt lill-kumpanija, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament għal kuntratti pubbliċi? Jista' jgħid jekk fit-terminazzjoni ta' dan il-ftehim mal-persuna attwali, hux se jinħareġ tender liberalment għal kulmin hu interssat? Jista' jgħid jekk hux qed titħallas kera minn din il-kumpanija għall-postijiet pubbliċi li hija qed tokkupa? Jista' jgħid min qed iħallas lill-ħaddiema tal-Gvern li jagħmlu xogħol għal din il-kumpanija privata? Jista' jgħid jekk il-Gvern jafx kemm qed idaħħal din il-kumpanija privata minn din l-attività? Jista' jgħid kemm qed idaħħal il-Gvern minn dan il-ftehim ma' din il-kumpanija privata? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija tagħtix stima minn qabel ta' kemm bejn wieħed u ieħor ikun se jiġu jiswew ir-riċerki fil-mument li jkunu ordnati jew ftit wara, ħalli dak li jkun ikun jista' jirregola ruħu dwar l-ordni tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant huwa mgħarraf li ma hemm l-ebda ftehim fis-seħħ ma xi kumpanija privata biex isiru r-riċerki billi dak il-ftehim li kien hemm għalaq u ma hemm l-ebda ħsieb li dan ix-xogħol jerġa jingħata lil privat.
ll-ftehim oriġinali kien ingħata għal 10 snin. Ma l-għeluq ta’ dan il-ftehim, u wara perjodu qasir ta’
‘handing over’,
is-servizz beda jingħata minn impjegati tal-Gvern. Il-propjeta fejn kienu jiġu maħżuna d-dokumenti u li minna kien jingħata s-servizz qabel mill-kumpanija msemmija issa wkoll reġa għadda għand il-Gvern li qed juża din il-propjeta għall-istess skop.
Il-ħaddiema li qed jagħmlu r-riċerki qed jaħdmu għal Gvern u mhux għal xi kumpannija privata u għalhekk qed jitħallsu mill-Gvern stess u l-qliegħ li qed isir huwa tal-Gvern u mhux qed imur għand xi kumpanija privata. Rigward jekk tingħatax stima ta’ kemm ser tiġi tiswa riċerka, huwa possibli li din tintalab u meta jiġri dan il klijent jiġi infurmat u mitlub jekk jixtieqx jikkonferma l-ordni jew le.
It-Tariffi ta’ kemm jiswew ir-riċerki huma rregolati mit-Taqsima Ċ fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku u mill-Avviż Legali 278 tal-2010.
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jiġi jiswa l-proġett tal-biċċerija l-ġdida t'Għawdex? X’kienet in-nefqa sal-lum? Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ispiża hijiex miexja mal-miri stabbiliti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-proġett tal-biċċerija mistenni li jiġi jiswa' madwar €2,100,000 u sal-lum in-nefqa ammontat għal €1,137,632. Jiena nfurmata ukoll li l-ispiża hija skond dak neċessarju biex ikollna biċċerija ta' l-istandard meħtieġ f'dak li hu iġjene, saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol u animal welfare u biex ir-raħħala ikollhom serħan il-moħħ li tinżamm il-kwalità tal-laħam imkabbra fl-irziezet tagħhom u biex il-mara tad-dar ikollha l-aħjar kwalità tal-prodott lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li ntnefqet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena b'mod separat f'xogħlijiet fuq dawn il-proġetti:
a)
promenade
ġdida f'San Pawl il-Baħar;
b) ġnien u heritage trail f'Pembroke; u
ċ) visitors attraction fil-Qawra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li fil-proġetti msemmija, fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, l-Environment Upgrade Committee investa xejn inqas minn €128,000 sabiex sar upgrading fl-area turistika min San Pawl il-Baħar sal-Qawra u l-area tal-madwar. Dan barra xogħlijiet oħrajn kontinwi li jsiru mill-ħadiema tal-Ministeru tar-Riżorsi f’din l-area. Barra dan ix-xogħol fuq il-promenade ġdida f’San Pawl il-Baħar se jibda f’Novembru, xogħol tekniku fuq il-cycle/walking trail ta’ Pembroke beda f’Ottubru u t-tender għal visitors attraction fil-Qawra huwa maħsub li se ikun konkluż f’Novembru/Diċembru 2010.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba, bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena il-Public Broadcasting Service għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Tista' tgħid x'kienu l-okkazzjonijiet li matulhom il-Public Broadcasting Service għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija? Tista' tgħid x'kien il-ħlas għall kull darba li l-Public Broadcasting Service għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Public Broadcasting Services użat l-OB Unit tal-kumpanija li dettalji tagħha ntbagħtu separatament, ħames darbiet bejn is-sena 2009 u llum. Mis-sena 2000 sal-2008 ma sarx użu mill-OB Unit.
Year
Event
€
2009
HIRE OF OB FOR MOVIESPECTACULAR
2,611.22
2009
OB HIRE FOR PROGRAM ILLEJLA
2,061.50
2010
HIRE OF OB UNIT FOR MALTASONG FOR EUROPE 2010
10,325.00
2010
HIRE OF OB VAN FOR TAP RELOADED
1,180.00
2010
HIRE OF OB VAN FOR ĦAĠAR QIM
14,354.70
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw sensji xahar b’xahar matul l-ewwel 10 xhur tal-2010 u jgħid f’liema oqsma kienu jaħdmu l-ħaddiema li ngħataw is-sensja ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperawx f’pajjiżna
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel 10 xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.