Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tfal taħt l-għaxar snin li jkunu akkumpanjati minn adulti u li jżuru l-postijiet storiċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta' Heritage Malta, iħallsux biex jidħlu f'dawn il-postijiet? Jekk iva, jista' jagħti lista ta' x'inhuma dawn il-ħlasijiet għal dawn it-tfal, post b'post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li tfal bejn is-sitt snin u ħdax-il sena (6-11), akkumpanjati minn adulti, jħallsu il-prezzijiet ridotti skont it-tabella sabiex iżuru Mużewijiet u Siti ta’ Heritage Malta. Tfal li jżuru s-siti bħala grupp organizzat mill-iskola jidħlu b’xejn.
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21027 u jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-kumpannija li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant ingħatat l-kuntratti mill-Ministeru, li jidhru fit-tabella t’ hawn taħt. Dawn ingħataw permezz ta’ direct order skont ir-regoli stabbiliti.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21026 u jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant jifhem illi biex tingħata r-risposta trid issir riċerka estensiva u konsegwentement ikolli nagħti r-risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21016 u jgħid jekk kienx hemm rapporti ta' ħsarat fl-Isptar Mater Dei, konsegwenza tax-xita li għamlet bejn il-Ħadd 24 ta' Ottubru u t-Tnejn 25 ta' Ottubru 2010? F'każ li iva, x'kienu dawn il-ħsarat u kemm huwa ikkalkolati li jammontaw f'termini ta' flus?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li konsegwenza tax-xita li għamlet bejn il-Ħadd, 24 ta' Ottubru u t-Tnejn, 25 ta' Ottubru 2010, fl-Isptar Mater Dei kien hemm rapporti li f’xi postijiet daħal xi ilma. Il-ħaddiema li jkunu xogħol apposta biex jattendu għal kull tip ta’ emerġenzi li jistgħu jinqalgħu, ħadu ħsieb biex jaraw li l-ilma li daħal jitneħħa u ma jkunx ta’ periklu. Ħadu nota ukoll ta’ minn fejn seta' daħal l-ilma.
L-Isptar Mater Dei ma kellu jħallas xejn żejjed għall-interventi li għamlu dawn il-ħaddiema għax huma jkunu xogħol biex jattendu għal kull tip ta’ emerġenzi li jistgħu jinqalgħu.
Il-postijiet minn fejn hu maħsub li daħal l-ilma ġew investigati u gie determinat li fil-biċċa l-kbira tal-każi, l-ilma daħal għax għamlet ħafna xita qawwija f’daqqa għal ħin twil. Bħalissa qegħdin fil-proċess biex jiġi determinat x’inhu l-aħjar li jsir biex jekk darba oħra jkun hemm ħafna xita qawwija f’daqqa, l-ilma ma jerġax jidhol ġewwa. Jirriżulta wkoll li fiċ-ċirkostanzi, l-isptar ma sofra ebda ħsarat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra:
a) matul il-perjodu li l-RJ's damu jintużaw mill-Air Malta, kemm-il darba ġew mibdula l-magni ta' dawn l-RJs;
b) kemm kienet tammonta l-ispiża biex inbidlu dawn il-magni;
ċ) x'tip ta' ħsara kienet qed tiġri fuq dawn il-magni;
d) din l-ispiża kienet koperta bil-garanzija;
e) jekk mhux l-ispiża kollha kienet koperta, kemm kienet tammonta dik l-ispiża li ma kenitx koperta mill-garanzija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul il-perjodu li l-Air Malta operat l-RJ70s, inbidlu 31 magna. L-ispiża biex jinbidlu dawn il-magni kienet tammonta għal madwar USD 540,000. Il-ħsara li kienet tkun il-kawża ta’ bidla tal-magna kienet primarjament falliment tal-‘bearings’, temperatura għolja iżżejjed tal-magna, u telf ta’ żejt mill-magna. L-ispiża kienet in parti koperta bill-garanzija mogħtija mill-manifattur tal-magna. L-ispiża li ma kinitx koperta mill-garanzija kienet tammonta għal madwar USD 300,000.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20223 fejn il-Ministru qal li fost dawk li mhumiex eleġibbli għall-allowance tal-enerġija hemm “Dawk li diġà’ qed jirċievu xi forma ta’ għajnuna mis-servizzi soċjali”, jista’ l-Ministru jelenka l-lista ta’ għajnuniet li jwasslu biex persuna tiġi eskluża?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm madwar 28,000 familja li diġà jirċievu għajnuna min-naħa tal-Gvern f’benefiċċju ta’ l-enerġija. Dawn il-familji jirċievu:
· Għajnuna soċjali, benefiċċju għal persuni
single unmarried
, u
unemployment benefit
;
·
Special unemployment benefit
;
· Pensjoni ta’ l-età;
·
Carer’s pension
.
Barra minnhekk, hemm numru ta’ familji li, permezz ta’
means testing
, jirċievu ċ-
children’s allowance
, għajnuna supplimentari, jew
allowance
għal diżabilità, u li jikkwalifikaw għall-benefiċċju ta’ l-enerġija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għat-tender, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u min kienu l-kumpaniji li tefgħu dawn l-offerti? Jista' jgħid jekk dan it-tender ġiex mogħti lil xi ħadd minn dawn il-kumpaniji? U f'każ li iva, lil min ingħata? Kemm huwa l-valur ta' dan it-tender? Jikkonferma li t-tender kien jistipola li min kien se jingħata dan il-kuntratt ried ikun offra tliett snin ta' fisheries management service lid-Dipartiment tas-Sajd?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proċess tat-tender għadu mhux konkluż. It-tender jistipola li min se jingħata dan il-kuntratt irid ikollu ’relevant experience in carrying out services in fisheries information systems over the past 3 years’. It-tender ma jistipulax li din l-esperjenza riedet tkun mad-Dipartiment tas-Sajd ta’ Malta.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21025 u jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kuntratti li ingħataw wara sejħiet għal offerti ippubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista l-Ministru jgħid kemm kienu jfissru f'termini finanzjarji l-iżbalji li ħadet l-Arms Ltd meta kif stqarr il-Ministru tiegħu fi stqarrija pubblika s-Sibt 6 ta' Novembru, fil-ġimgħat li għaddew bagħtet numru ta' kontijiet b'meters charges ħżiena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għall-kuntrarju ta’ l-allegazzjonijiet li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, ARMS Limited identifikat dawn il-każijiet u qed tagħmel l-aġġustamenti neċessarji biex tindirizza l-varjazzjonijiet fil-meter charges ta’ dawn il-kontijiet.
Matul ix-xahar li gћadda, ARMS Limited kompliet bit-transizzjoni lejn sistema tal-informatika ġdida bit-trasferiment ta’
accounts
residenzali u kummerċjali.
Wara li l-kumpanija ġiet infurmata dwar każ partikolari minn klijent, ġew identifikati 2,119
account
li kellhom din l-inkorrettezza, u li 1,225 minnhom kienu nħarġulhom kontijiet. Minn dawn, 1,185 kienu
domestic
jew
residential
u 40
non-residential
. Kuntrarjament għal kif ġara fil-każ ta’ l-
accounts
domestic
jew
residential
, l-40
non-residential
account
kellhom
rental charge
domestiku minflok kummerċjali kif suppost. Bejniethom dawn il-1,185
domestic
jew
residential
account
li ġew identifikati nħarġulhom 1,891 kont.
Il-kuntrattur tas-sistema ġie nnotifikat, u din il-problema ġiet irranġata.
Il-kumpanija ARMS qed tagħmel l-aġġustamenti neċessarji biex dawk il-klijenti li setgħu ħallsu l-kontijiet li kienu rċevew, jingħataw il-flus lura.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din mhijiex kwistjoni ta’ żbalji f’termini finanzjarji peress li l-ammonti riferuti qed jiġu rranġati biex jirriflettu l-varjazzjoni li ħarġet f’dawn il-kontijiet.
Marsa — Power station - ħaddiema fil-Generation Maintenance Operations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-impjanti tal-power station tal-Marsa (Generation Maintenance and Operations)? X'se jsir minn dawn il-ħaddiema meta l-power station tal-Marsa tieqaf topera?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Generation Maintenance ġewwa Power Station tal-Marsa hemm jaħdmu 178 impjegat u fl-Operations hemm 183 impjegat.
L-Enemalta qed tipprepara pjan strateġiku, dwar l-għeluq tal-Marsa Power Station fl-2012, li se tinkludi wkoll il-mobilizzazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi forma ta' Reorganizational Plan b'rabta mal-għeluq tal-power station tal-Marsa? Jekk iva, jista' jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid jekk il-unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema tal-power station tal-Marsa ġewx informati b'dan ir-Reorganizational Plan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti mogħtija lill-Kumpaniji
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21023 u jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux fi ħsieb il-Gvern jew jekk hux għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-proprjeta' tal-ex Marsa Shipbuilding tingħata lil kumpanija privata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21201.
Vetturi li kienu jħallsu l-liċenzja biex jidħlu l-Belt Valletta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' vetturi li kienu jħallsu l-liċenzja biex jidħlu l-Belt Valletta qabel id-dħul tas-sistema tas-CVA?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' vetturi li bejn l-1 ta' Mejju 2006 u t-30 ta' April 2007 tħallsitilhom il-liċenzja biex jidħlu l-Belt Valletta kien ta' 25,030.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx awditur intern fi ħdan il-MITA? Jekk iva, meta beda jaħdem mal-MITA? Jekk le, jista' jgħid jekk din il-kariga hijiex vakanti u jekk hemmx ħsieb li timtela'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-preżent fil-MITA il-pożizzjoni ta' awditur intern hija vakanti. Il-proċess biex jintela' dan il-post huwa għaddej bħalissa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jinfetaħ data centre ġdid tal-MITA? Jista' jgħid fejn se jkun, kemm se tkun l-ispiża u meta se jitlesta x-xogħol? X'se jsir mid-data centre eżistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minħabba li l-ispazju fiż-żewġ Data Centres preżenti tal-MITA qiegħed jintela, l-MITA qed taħdem fuq proġett biex jinfetaħ ‘Data Centre’ għall-użu tal-Gvern Malti. Il-MITA ġiet allokata proprjeta’ tal-Gvern f’Santa Venera fejn ħa jsir xogħol strutturali għal uffiċini, jiddaħħal l-infrastruttura teknika kif ukoll isir refurbishment sabiex l-operat tan-networks tal-MITA jiġi trasferit f’dan il-bini.
Id-‘Data Centre’ il-ġdid huwa imfassal biex jaqdi l-ħtiġijiet ta’ sistemi eżistenti u ġodda ta’ l-ICT, waqt li jassigura faċilitajiet aktar robusti u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
Ix-xogħol fuq id-‘Data Centre’ il-ġdid huwa ppjanat li jitlesta sa l-aħħar tal-2010 u l-investiment għal dan il-proġett huwa stmat li se jiswa madwar 8 miljun ewro.
Id-Data Centre f’Gattard House ser jibqa’ jintuża sakemm gradwalment l-operat tiegħu jiġi trasferit fid-Data Centre il-ġdid. Id-Data Centre f’Mater Dei ser jibqa’ jintuża kif inhu llum.
Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 5878 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 287 tat-22 ta' Novembru 2010.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf l-e-skills committee fi ħdan il-MITA? Min huwa ċ-chairman u min huma l-membri? Kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom? Fuq liema bażi intagħżlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-eSkills Alliance Malta twaqqfet fit-13 ta’ Ottubru 2010. Iċ-Chairman ta’ l-Alliance huwa John Ambrogio. Il-Membri tal-Board of Governors huma:
1. Bartolo Ivan
2. Bonello James
3. Cachia Ernest
4. Camilleri Juanito
5. Denaro Victor
6. Farrugia Joe
7. Fearne Keith
8. Grech Claudio
9. Sammut Nicholas
10. Wood John
11. Xuereb Peter
Il-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv huma:
1. Abela John
2. Camilleri Ray
3. Pace Mario
4. Scerri Roland
5. Xuereb Paul
L-uniku membru li ser ikun bi ħlas huwa s-Sur Ambrogio li se jitħallas fuq il-bażi tal-ħin li se jkun qiegħed jagħti din il-ħidma. Il-membri l-oħra kollha huma bla ħlas.
Dawn il-membri ntgħażlu minħabba l-pożizzjoni tagħhom u l-esperjenza fl-industrija jew inkella għall-pożizzjoni li għandhom ġewwa l-entità relevanti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u training fit-teknoloġija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-ċivil matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena, li intgħażlu għal MBA sponsorships?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li n-numru ta’ impjegati taċ-ċivil li matul l-aħħar ħames snin intgħażlu għal Master Sponsorship li jinkludi wkoll MBA.
SENA MBA MASTER SPONSORSHIP TOTAL
2005 3 3 6
2006 2 3 5
2007 2 6 8
2008 6 7 13
2009 6 7 13
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali fejn l-Korporazzjoni Enemalta ssospendiet il-provvista tad-dawl minħabba pendenzi fil-kontijiet minn Ottubru sa Diċembru 2009 xahar b'xahar u bejn Jannar u Ottubru 2010 xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dak li hu l-household Maltin għall-istess żmien - minn Ottubru sa Diċembru 2009 xahar b'xahar u bejn Jannar u Ottubru 2010 xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.