Legislature:
Category:
Reset
Active:

Klieb u qtates għall-addozzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20153, jista' l-Ministru jispjega fejn se jinżammu l-klieb u l-qtates li jitpoġġew għall-addozzjoni sakemm dan iseħħ? X'isir minn dawn l-annimali u fejn se jinżammu jekk l-addozzjoni ma sseħħx?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Iċ-Ċentru ta’ San Franġisk qatt ma kien maħsub biex jilqa fih l-annimali għall-addozzjoni.

Centru għall-Annimali San Franġisk — veterinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-veterinarji kollha li servew kemm ilu miftuħ ċ-Ċentru għall-Annimali San Franġisk u jekk humiex liċenzjati mad-dipartimenti koncernati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-veterinarji li servew kemm ilu miftuħ ċ-Ċentru San Franġisk huma; Dr. Trevor Zammit, Dr. Ilanit Caruana Brandon u Dr. Delphine Ural. Dawn kollha huma liċenzjati skond il-liġi.
Leg 11 PQ #182 Sitting 296 2011-01-10 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt tal-BWSC — riklami fuq ġurnali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f’liema ġurnali dehru r-riklami intitolati "The truth prevails BWSC contract"? Kemm–il riklam deher fuq kull ġurnal u kemm kienet in-nefqa totali fuq kull wieħed minn dawn il-ġurnali fuq dawn ir-riklami? Jista' jgħid min kien responsabbli għad-disinjar tar-riklami u x’kien il-ħlas mogħti lil min kien responsabbli għal dan d-disinjar ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ser jagħti l-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment permezz tar-risposti tiegħu f’ Mistoqsijiet Parlamentari nri: W185 u 22291.
Leg 11 PQ #183 Sitting 296 2011-01-10 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Livell tal-edukazzjoni tas-suldati tal-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-livell tal-edukazzjoni jagħmilx differenza meta persuna tapplika biex issir suldat regolari fl-Armata? Jista' jgħid jekk daħlux suldati regolari ġodda fl-Armata fl-2010? Jekk iva, kemm applikaw u kemm fil-fatt daħlu? Hemm pjanijiet li jiddaħlu suldati regolari fl-2011? Jekk iva, kemm se jiddaħħlu u meta se jsiru s-sejħiet għall-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull ma jmur, il-livell tal-edukazzjoni qed jiżdied fl-importanza tiegħu meta persuna tapplika biex tidħol fil-Forzi Armati ta’ Malta. Fl-aħħar sejħa ghall-applikazzjonijiet, l-edukazzjoni swiet daqs 60% tal-marka globali. Il-marka ta’ l-edukazzjoni ngħatat skond il-gradi tal-‘O’ levels fil-Matematika, Ingliz jew Malti. Jekk l-applikant ma kellux ‘O’ levels f’dawn is-suġġetti, kellu jpoġġi ghal eżami fis-suġġetti li kellu neqsin, fejn f’kull suġġett, seta’ jilħaq biss massimu ta’ 70% tal-marka massima (mogħtija lil min kellu O Level Grad 4 jew C skont kif applikabbli f’dak is-suġġett). F’din l-aħħar sejħa, kienu applikaw daqs 625, fejn minnhom, il-FAM ha ddaħħal biss erbgħin. Ir-reklutaġġ hu ppjanat li jibda fl- 24 ta’ Jannar 2011. Sadanittant, fl’ 4 ta’ Jannar 2010 kienu daħlu it-tieni grupp ta’sittin rekluta fil-Forza Regolari minn total ta’ 260 li kienu applikaw taħt l-iskema B (dħul bl-eżami - għal min ma kellux O Levels). Din l-iskema m’għadhiex fis-seħħ. Hemm il-ħsieb li terġa’ ssir sejħa għall-applikazzjonijiet fl-2011 għal numru limitat (mhux aktar minn erbgħin) ta’ rekluti ġodda. Dawn ser jeħtieġu li jkolhom minn qabel l-‘O’ levels fil-Matematika, Ingliz u Malti. Gradi ta’ D u E (jew 6 u 7) jiġu meqjusa wkoll.
Leg 11 PQ #184 Sitting 296 2011-01-10 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riżultati tal-eżamijiet tal-iskrivana ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiddaħħlu skrivana ġodda maċ-Ċivil, li r-riżultat tal-eżami intbagħat lil dawk li poġġew għalih f’Lulju li għadda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija Parlamentari diġa’ ngħatat permezz tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet Parlamentari numri 19111, 19351, 21311, 21831. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prassi hi li ma jintbagħat l-ebda riżultat tal-eżami, kuntrarju għal dak li qed jingħad fl-aħħar part ital-mistoqsija.

Kuntratti tal-BWSC — riklami fuq ġurnali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema ġurnali dehru r-riklami intitolati "The truth prevails BWSC contract"? Kemm–il riklam deher fuq kull ġurnal u kemm kienet in-nefqa totali fuq kull wieħed minn dawn il-ġurnali fuq dawn ir-riklami? Jista' jgħid min kien responsabbli għad-disinjar tar-riklami u x’kien il-ħlas mogħti lil min kien responsabbli għal dan d-disinjar ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #186 Sitting 296 2011-01-10 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarzna — grit blasting

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-ġimgħat li għaddew daħlux għand l-Awtorita' ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar ilmenti minn residenti li jgħixu fl-inħawi tat-Tarzna dwar problemi maħluqa lilhom minn xogħol ta’grit blasting li twettaq fit-Tarzna? F’każ li iva, jista' jgħid x’passi ttieħdu? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol hux permess li jsir? Jista' jgħid x’passi ttieħdu biex dan l-inkonvenjent ma jerġax jirrepeti ruħu fiż-żmien li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat lid daħlu numru ta’ lmenti għand il-MEPA dwar problemi kkawżati mill-grit blasting. Il-MEPA ħarġet stop notice u tablet lil Palumbo Shipyards sabiex japplikaw għal permessi ambjentali , sabiex dawn il-problemi jiġu ndirizzati, kif wkoll sabiex jittieħdu miżuri immedjati sabiex jieqaf it-tniġġiż. Ser jiġu diskussi l-metodi illi bihom ser jiġu kkontrollati l-impatti li jirriżultaw mix-xogħolijiet tagħhom kif wkoll jiġu nvestigati teknoloġiji alternattivi. Sa issa, m’ hemmx qafas legali speċifiku li jirrikjedi li xogħol ta’ grit blasting jeħtieġ xi permess mill- MEPA. Madankollu, il-MEPA tista’ timponi l-ħtieġa ta’ permess ambjentali fuq kull attivita li tirriżulta fi tniġġiż.
Leg 11 PQ #187 Sitting 296 2011-01-10 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħal Balzan — CCTV ħdejn l-HSBC Branch

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) meta tneħħiet is-CCTV camera li kienet imwaħħla viċin l-HSBC Branch ta' Ħal Balzan; b) meta sar il-hold up fuq l-HSBC Branch ta' Ħal Balzan; u ċ) min mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan ħareġ l-istruzzjonijiet biex titneħħa din l-istess camera?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari numru W 197.
Leg 11 PQ #188 Sitting 296 2011-01-10 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Approvazzjoni għall-ħruġ mill-ħabs ta' Queiroz

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien it-tabib li eżamina lil Queiroz li mbagħad ħareġ iċ-ċertifikat li fuqu Queiroz inħarġitlu l-approvazzjoni biex jinħeles mill-ħabs u jintbagħat f'pajjiżu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dibattitu li sar f’dan il-Parlament nhar is-6 ta’ Ottubru 1994 in relazzjoni mal-Mozzjoni Nru. 171 tal-istess sena, fejn tirriżulta l-informazzjoni mitluba.

Thesmartisland Island — Inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-185 inizjattiva mniżżla f’thesmartisland strategy 2008 – 2010, ġew konklużi jew għadhom ma bdewx jitwettqu? Jista' jgħid f’dawk l-inizjattivi fejn il-miri mhux jintlaħqu, għaliex qed jiġri dan għal kull inizjattiva? X’kienu r-riżultati f’dan il-perjodu għal kull inizjattiva (2008-2010) u x’miżuri qed jittieħdu biex tiġi ndirizzata din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba. Ta' min ifakkar li peress li l-istrateġija The Smart Island kienet twassal sal-2010, bħalissa qed tkun imfassla strateġija ġdida li ovvjament ser tieħu inkunsiderazzjoni xi twettaq s'issa fil-waqt li l-miri jkunu aġġornati fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti. Din l-istrateġija l-ġdida għandha tkun lesta sal-aħħar tal-2011.

popolazzjoni li tuża l-internet regolarment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija bħalissa r-rata tal-popolazzjoni li tuża l-internet regolarment u li hija ICT-literate?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istatistika rraportata mill-Eurostat fir-rapport intitolat "Internet Usage in 2010 - Households and End-Users", tindika li 60% tal-popolazzjoni tuża l-internet tal-inqas darba kull ġimgħa. Statistika dwar l-ICT literacy per se ma' teżistix. Madanakollu, 62% tal-popolazzjoni użat l-internet fit-tlett xhur ta' qabel ma' sar dan l-istudju. Din il-figura tista' tagħti indikazzjoni tal-livell ta' ICT literacy fil-pajjiż.

Strateġija ġdida fil-qasam tal-ICT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jkun qed joħroġ bi strateġija ġdida fil-qasam tal-ICT għas-snin 2011 - 2013?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena l-Gvern ser jippublika Strateġija Nazzjonali ta' l-ICT li tgħaqqad il-viżjoni 2015 tal-Gvern, mal-Agenda Diġitali 2020 ta' l-Unjoni Ewropeja. Ix-xogħol fuq din l-istrateġija inbeda u l-għan hu li l-istrateġija tkun pubblikata sal-aħħar tal-2011.
Leg 11 PQ #197 Sitting 296 2011-01-10 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Balzan — CCTV ħdejn l-HSBC Branch

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: a) meta tneħħiet is-CCTV camera li kienet imwaħħla viċin l-HSBC Branch ta' Ħal Balzan; b) meta sar il-hold up fuq l-HSBC Branch ta' Ħal Balzan; u ċ) min mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan ħareġ l-istruzzjonijiet biex titneħħa din l-istess camera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-CCTV camera li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet ilha ma tiffunzjona sewwa minn tal-anqas sa mis-sena 2006. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan informa b’dan lill-Kumitat Konġunt responsabbli għaliha. Minkejja tentattivi biex din titħaddem b’mod effettiv il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan lmenta li s-CCTV camera msemmija qatt ma tat ir-riżultati mistennija meta kien meħtieġ. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan f’laqgħa li saret fl-10 ta’ Ottubru 2007 iddeċieda li jikteb lill-Kumitat Konġunt sabiex din titneħħa. Ninsab infurmat illi kien sar hold up fuq il-fergħa ta’ l-HSBC ġewwa Ħal Balzan nhar it-30 ta’ Novembru 2007. Peress li dan il-każ mhux konkluż, kif wkoll hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti Kriminali kontra żewġ persuni, ma nħossx li huwa opportun li jingħata aktar tagħrif.

Investigazzjoni dwar tariffi li jinżammu mill-banek

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji bagħtitx rapport lid-Dipartiment konċernat rigward investigazzjoni dwar tariffi li qed jinżammu mill-banek (bank charges)? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità kienet għamlet eżerċizzju fl-2007 fejn stħarrġet id-dħul min numru ta’ tariffi applikati miż-żewġ banek il-kbar f’Malta (cioè HSBC Bank Malta plc u l-Bank of Valletta plc). Ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport kien jinkludi fih figuri sas-sena 2006. Wara li fil-2008, l-Awtorità kienet iffirmat “Memorandum of Understanding” mad-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ tagħrif dwar aspetti li jikkonċernaw iż-żewġ naħat, l-Awtorità kienet iltaqgħet diversi drabi mad-Diviżjoni rigward prattiċi bankarji lokali kif ukoll dwar tariffi applikati mill-banek lokali għal trasferimenti ta’ fondi minn bank għall-iehor kif ukoll dwar tariffi applikati mill-banek meta dawn jipproċessaw transazzjonijiet bil-“cards”. F’April 2008, inghatat kopja tar-Rapport tal MFSA lid Divizjoni imsemmija.

inhaler Atimos Modulite

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-inhaler Atimos Modulite ilu għal perjodu ta' żmien out of stock? Jekk iva, jista' jagħti raġuni għal dan u jgħid meta se jerġa' jkun hawn provista regolari tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-supplier li miegħu il-Gvern għandu ordni pendenti għal din il-mediċina, għandu problemi mal-fornitur minn barra u qiegħed jara kif sejjer isolvi din il-problema biex ikun jista’ jissuplixxi din il-mediċina.