Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija l-priġunieri ġew imħarġa f’dawn is-suġġetti:
Malti Bażiku, Ingliż Bażiku, Ingliż SEC, Matematika Bażika, Empowerment Skills, Matematika SEC, Malti SEC, English MATSEC, Philosophy MATSEC, Computer Studies SEC, Filosofija, Taljan, Taljan SEC, Franċiż SEC, Spanjol Bażiku, Kompjuter Bażiku, Kompjuter Intermedju, Thinking Skills, Studji Soċjali, Kitarra, Arti, Chess, E.C.D.L Core. , Accounts, Culinary Arts, Electrician Licence A, Store Keeping, Basic Sales, Food-handling B, Life Skills, Pottery, Yoga u Beauty Technician
Apparti minn dawn il-korsijiet li jiġu offruti ġewwa l-Faċilità, diversi residenti attendew u għadhom jattendu korsijiet barra mill-ħabs, għand l-ETC, l-ITS, l-MCAST u anke l-Università. Fost il-korsijet li attendew/qed jattendu insibu
Stone-Masonry and Brick- laying
(ETC),
Auto Spray-painting
(ETC),
Furniture Spray-painting
(ETC),
Woodwork
(ETC),
Foundation Certificate in Business
(MCAST),
Foundation Certificate in Hospitality Trades
(ITS),
Certificate in Food Preparation
(ITS),
B.A. Anthropology
(UoM),
B.A. Communications
(UoM).
L-attendenza medja għal dan il-perjodu u ċ-ċertifikati miksuba kienu hekk:
Sena
Attendenza Medja
Ċertifikati f’ MQF level 3 jew ogħla
Suġġetti
2008
55
2
Ingliż, Malti
2009
74
3
Ingliż u Arti
2010
92
5
Accounts, Arti, ECDL Core
2011
93
6
ECDL Core
2012
97*
13
Ingliż, Matematika, Franċiż, ECDL Core, ECDL Advanced, Freight and Shipping
* Sa l-aħħar ta’ Ġunju 2012
Minn dawn il-figuri jidher ċar li ġewwa l-Faċilità, qed jiġu offruti firxa wiesgħa ta’ suġġetti, l-attendenza hija sodisfaċenti u hija saħansitra ogħla mill-medja nazzjonali għall-parteċipazzjoni f’korsijiet għall-adulti.
Il-kwalità tat-taħriġ ukoll qed titjieb matul iż-żmien kif jixhdu il-figuri taċ-ċertifikati miksuba mir-residenti tal-Faċilità.
Apparti dawn iċ-ċertifikati f’livell 3 jew ogħla tal-MQF diversi residenti kisbu ċertifikati fl-ewwel jew it-tieni livell. Mill-2010 ‘l hawn 99 resident kisbu ċertifikati f’dawn il-livelli.
Rigward in-numru ta’ studenti li qed jiġu mħarrġa f’korsijiet ta’ livell 3, bħalissa hemm disa’ pero dan ser jiżdied fil-jiem li ġejjin hekk kif il-klassijiet ta’ l-Ingliż, Matematika u Franċiż, (li għadhom kif kisbu suċċess ta’ mija fil-mija fl-eżamijiet tas-SEC) jerġgħu jiftħu.
Ġewwa l-Faċilità, kull suġġett li jiġi mgħallem fl-iskejjel sekondarji u anke oħrajn jiġu offruti lir-residenti sakemm ikun hemm domanda għalihom u sakemm ikun prattikabbli.
Fil-YOURS ir-residenti ta’ din id-Diviżjoni għandhom klassijiet fl-Ingliż, Malti, Kompjuter, Ċess, Gitarra, Life-Skills u Sport. L-attendenza medja hija ta’ madwar 20. Wieħed irid iżomm f’moħħu pero li ħafna sentenzi hawn ikunu qosra, u b’hekk it-
turnover
huwa għoli u l-konsistenza fil-gruppi hija baxxa.
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tagħti ħafna sapport lill-iskola tal-Faċilità u dan dejjem qed jiżdied aktar ma’ l-korporazzjoni tinduna kemm l-impenn tar-residenti huwa għoli fil-korsijiet tagħhom li jiġi mixħud minn numru dejjem jiżdied ta' ċertifikati akkwistati. In-numru ta’ residenti li qed jitħajjru għall-korsijiet ta’ l-ETC kemm ġewwa l-Faċilità kif ukoll ġewwa Ħal-Far dejjem qed jiżdied ukoll.
Rigward finanzi, il-baġit ta’ l-iskola din is-sena żdied b’10%. Barra minn hekk f’qasir żmien l-iskola ser tibbenifika minn proġett iffinanzjat mill-
European Social Fund
b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid. Dan il-proġett għandu finanzjament ta’ kważi kwart ta’ miljun ewro mifrux fuq tlett snin. Dan il-finanzjament akkwistat mill-Unjoni Ewropeja ċertament ser ikollu impatt pożittiv kemm fuq il-kwantita u l-kwalita ta’ l-edukazzjoni offruti ġewwa l-ħabs. Konsegwentament dan għandu jkollu impatt pożittiv fuq il-parteċipazzjoni minn-naħa tar-residenti.