Tista' l-Ministru tgħid jekk skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, Supply Learning and Support Assistant li ilhom jagħmlu dan ix-xogħol għal iktar minn erba' snin għandhomx ikunu kkunsidrati bħala li jaħdmu fuq bażi indefinita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Supply teachers, supply kindergarten assistants kif ukoll supply learning support assistants li ilhom jaħdmu aktar minn erba’ snin jingħataw kuntratt ta’ xogħol indefinit. Dan huwa stipulat fil-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-gvern u l-Malta Union of Teachers ta’ Mejju 2009.
Fondi mill-Unjoni Ewropea li kienu allokati għal tender
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti t-tender MP 005/2010 u kemm kien il-valur tiegħu? Jista' jikkonferma li l-proċess ta’ dan it-tender ġie kanċellat? Jekk iva, jista' jgħid għalxiex il-process ta’ dan it-tender ġie kanċellat u x’se jsir mill-fondi mill-Unjoni Ewropea li kienu allokati għal dan it-tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-tender MP 005/2010, bl-isem ‘Call for Tenders for the Development and Administration of a Web Portal with a Content Management System for a European Citizens’ Toolkit’, kien jikkonsisti f’ Sejħa għall-Offerti għall-Iżvilupp u Amministrazzjoni ta’ Web Portal b’ Content Management System (CMS) b’ Għodda Internattiva għaċ-Ċittadini Ewropej. Il-Baġit ta’ din is-sejħa kien ta’ €35,000 (VAT inkluża) kif stipulate fid-dokument għas-sejħa tal-offerti (Tender Dossier), Artikolu 17.8.
It-tender ġie kkanċellat minħabba l-fatt li l-proċess għall-għoti tal-kuntratt ma setax jingħalaq sal-aħħar tas-sena 2010 u l-fondi tal-UE riedu jiġu kommessi sal-15 ta’ Diċembru tal-2010.
Hu maħsub li din l-operazzjoni tkun inkorporata f’ waħda mill-operazzjonijiet tal-Joint Communication Plan
għal 2011.
Jien infurmatli din kienet waħda mill-operazzjonijiet taħt sħubija ta’ Ġestjoni
(
Management Partnership
)
bejn il- MEUSAC ( Malta-EU Steering and Action Committee) u l-Kummissjoni Ewropea skond Delegation Agreement iffirmat f’ Marzu tal-2009 fejn il-MEUSAC inħatret bħala Intermediary Body fl-implimentazzjoni ta’ Joint Communication Plan
bejn il-Gvern, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. Dan il-ftehim ta’ 4 snin sar bejn il-MEUSAC U L-Kummissjoni Ewropea (DG Comm) u għandhu baġit speċifiku allokat għalih mill-Kummissjoni Ewropea ta’ €200,000 għal kull sena tal-ftehim.
Is-sejħa ġiet ippublikata fid-29 ta’ Ottubru 2010 permezz ta’ avviż fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 18,664 (f’ paġna 8996) u għalqet fid-19 ta’ Novembru 2010 fl-10.00 a.m. Fil-kaxxa tal-offerti kien hemm sittax (16)-il offerta. Fis-6 ta’ Diċembru, il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni għadda r-Rapport tiegħu lill-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti, skont il-proċedura ġdida introdotta mill-Gvern fl-1 ta’ Ġunju 2010 (Avviż Legali 296 tal-2010. Minħabba l-fatt li l-proċess li l-fondi tal-UE riedu jiġu kimmessi sal 15 ta’ Diċembru tal-2010, ma kienx hemm għażla oħra ħlief li l-proċess jiġi kanċellat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti t-tender MP 005/2010 u kemm kien il-valur tiegħu? Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proċess ta’ dan it-tender ġie kanċellat? Jekk iva jista' jgħid għalxiex il-process ta’ dan it-tender ġie kanċellat u x’se jsir mill-fondi mill-Unjoni Ewropea li kienu allokati għal dan it-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22473.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk fil-preżent il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandux kuntratt għal xiri ta’ bnadar għal użu uffiċjali u f’kaz li iva, ma' min huwa miftiehem dan il-kuntratt? Jista' jqiegħed dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern għandu period contract għal xiri ta' bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropeja mal-Yorkie Clothing Ind Ltd. Dan il-kuntratt japplika wkoll għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt imsemmi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 inxtrawx bnadar għall-użu uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Jekk iva, kemm inxtraw, ta’ liema pajjizi kienu, kemm kienet l-ispiza, mingħand min inxtraw u jekk biex inxtraw dawn il-bnadar kienx hemm sejħa għal offerti jew jekk inxtrawx b’direct order ?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 inxtraw disgħa u sebgħin (79) bandiera. Dawn inxtraw permezz ta' direct order. Id-dettalji huma skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil — first-aid boxes
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx sar xi eżerċizzju biex ikun stabbilit jekk fuq postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil hemmx first-aid boxes? Jekk iva, x’irriżulta minn dan l-eżerċizzju? Jekk le, għaliex u hemmx il-ħsieb li jsir eżerċizzju bħal dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minn eżerċizzju li għadu kif sar, hemm b’ kollox 1027 first aid boxes fis-Servizz Pubbliku
B’referenza għal dak li ħareg fir-rapport tal-Awditur Ġenerali in konnessjoni ma xiri ta’ bnadar mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2009, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid b’liema mod l-ordni għax-xiri ta’ bnadar bi prezz li kien iktar mid-doppju ta’ dak offrut mis-supplier li miegħu kien hemm diġa' kuntratt għax-xiri ta’ bnadar simili, ingħatat lill-Ministeru tiegħu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid min kienet il-persuna mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li tat din l-ordni lill-Ministeru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ix-xiri mingħand supplier ieħor sar għax il-bnadar kellhom ikunu ta' qies partikolari jiġifieri ta' qisien differenti minn dawk tal-kuntratt. Barra minn hekk, il-bnadar kellhom ikunu lesti malajr kemm jista jkun minħabba żjarat f'Malta ta' dinjitarji għolja barranin. Dan sar bi ftehim bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u s-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru.
Rappreżentant Permanenti fi Brussel — Servizz ta' ajruplan privat
Question
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma jekk ir-Rappreżentant Permanenti fi Brussel użax is-servizz ta’ ajruplan privat biex wasal Malta mil-Libja nhar it-30 ta’ Novembru 2010? Kemm sewa dan is-servizz? Min ħallas għalih?
postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil — first-aid boxes
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar xi eżerċizzju biex ikun stabbilit jekk fuq postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil hemmx first-aid boxes? Jekk iva, x’irriżulta minn dan l-eżerċizzju? Jekk le, għaliex u hemmx il-ħsieb li jsir eżerċizzju bħal dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Rappreżentant Permanenti fi Brussel — Servizz ta' ajruplan privat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk ir-Rappreżentant Permanenti fi Brussel użax is-servizz ta’ ajruplan privat biex wasal Malta mil-Libja nhar it-30 ta’ Novembru 2010? Kemm sewa dan is-servizz? Min ħallas għalih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
. Ninforma l-Onorevoli Interpellant li r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea kien parti mid-delegazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru li attendiet għas-Summit bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea (29 u 30 ta’ Novembru) fi Tripoli, Libja. Ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea ivvjaġġa, kif kien skedat, flimkien mad-delegazzjoni minn u lejn Malta. L-ispejjeż għal dan il-vjaġġ huma koperti mill-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21910 u jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2008 u llum, sena b'sena, lill-kumpanija Lighthouse Communications Ltd? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-2008, il-kumpanija Lighthouse tħallset is-somma ta’ €42,797.76 għal xogħol ta’ relazzjonijiet pubbliċi, diżinn/produzzjoni ta’ reklamar għall-gazzetti, radju, it-televiżjoni u l-Internet, għall-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u għal numru ta’ dipartimenti li jaqgħu taħtu. Il-kumpanija tħallset ukoll €23,399.57 bħala recharging ta’ reklamar għal fuq il-mezzi tax-xandir. Dan sar b’direct order.
F’Diċembru 2008 ħarġet
expression of interest
fuq il-Gazzetta tal-Gvern Numru 18353 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li fiha l-Ministeru talab l-offerti għal tipi differenti ta’ produzzjoni (awdjo, viżwali, elettronika) għas-servizzi meħtieġa mid-Dipartimenti kollha tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, b’mod partikolari d-Dipartiment tat-Taxxi Interni, id-Dipartiment tal-VAT, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, id-Dipartiment tad-Dwana, l-Awtorità Maltija għall-Istandard u d-Dipartiment tal-Artijiet.
Għal din is-sejħa, il-kumpanija Lighthouse Communications Ltd kienet l-unika waħda li ressqet l-offerti tagħha. Ix-xogħol li ngħata sussegwentement lil din il-kumpanija, tħallas abbażi tal-
quotations
li kienu ġew stipulati fl-offerta mitfugħa.
Għall-2009, il-kumpanija Lighthouse tħallset is-somma ta’ €161,914.51 għal xogħol ta’ relazzjonijiet pubbliċi, diżinn/produzzjoni ta’ reklamar għall-gazzetti, radju, it-televiżjoni u l-Internet kif ukoll organizzazzjoni ta’ avvenimenti għall-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u għad-Dipartiment tal-VAT, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, id-Dipartiment tad-Dwana, l-Awtorità Maltija għall-Istandard u d-Dipartiment tal-Artijiet.
Il-kumpanija tħallset ukoll €19,233.63 bħala
recharging
ta’ reklamar għal fuq il-mezzi tax-xandir.
Għall-2010, il-kumpanija Lighthouse tħallset is-somma ta’ €92,551.16 għal xogħol ta’ relazzjonijiet pubbliċi, diżinn/produzzjoni ta’ reklamar għall-gazzetti, radju, it-televiżjoni u l-Internet, kif ukoll organizzazzjoni ta’ avvenimenti għall-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u għal numru ta’ dipartimenti li jaqgħu taħtu. Il-kumpanija tħallset ukoll €39,076.54 bħala
recharging
ta’ reklamar għal fuq il-mezzi tax-xandir.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' bnadar
Question
B’referenza għal dak li ħareg fir-rapport tal-Awditur Ġenerali in konnessjoni ma xiri ta’ bnadar mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2009, jista' l-Prim Ministru jgħid b’liema mod l-ordni għax-xiri ta’ bnadar bi prezz li kien iktar mid-doppju ta’ dak offrut mis-supplier li miegħu kien hemm diġa' kuntratt għax-xiri ta’ bnadar simli, ingħatatx mill-uffiċċju tiegħu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Jista' jgħid min kienet il-persuna mill-uffiċċju tiegħu li tat din l-ordni lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21907, jista l-Ministru jispeċifika x’inhuma d-diffikultajiet tekniċi li għad iridu jiġu kjarifikati għar-rigward t’Għawdex? Meta huwa l-ħsieb li jkunu kjarifkati dawn id-diffikultajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-diffikultajiet tekniċi kienu rigward min kien eliġibbli għal dan il-post.
Issa din id-diffikulta ġiet solvuta u n-nies eliġibbli se jiġu msejħa għall-intervista.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' bnadar
Question
B’referenza għal dak li ħareg fir-rapport tal-Awditur Ġenerali in konnessjoni ma xiri ta’ bnadar mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2009, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hu personalment jaqbilx li nxtraw bnadar għall-Ministeru tiegħu bi prezz li kien iktar mid-doppju ta’ dak offrut mis-supplier li miegħu kien hemm diġa' kuntratt għax-xiri ta’ bnadar simili?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi inxtraw bnadar bi prezz aktar għoli minn dak tas-supplier li miegħu kien hemm kuntatt, f'każ ta' urġenza fi żjarat f'Malta ta' dinjitarji għolja barranin u meta l-bnadar kellhom ikunu ta' qies partikolari jiġifieri ta' qisien differenti minn dawk tal-kuntratt.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21,908, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar fis-sena 1999 bejn il-Gvern ta’ Malta u Eureka Services Limited in konnessjoni mal-prestazzjoni ta’ servizzi ta’ riċerka minn Eureka Services Limited lill-Gvern ta’ Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ftehim kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-7 ta' Diċembru 2000, Seduta 453.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21628, it-tabella turi li bejn tmiem l-2005 u sa Novembru 2010, jiġifieri fi spazju ta' ħames snin, id-dejn tal-Korporazzjoni Enemalta rdoppja minn €279 miljun għall-€557 miljun, jiġifieri żieda ta' kważi €280 miljun, li skont tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21102 hi €50 miljun aktar mill-ammont kemm ġiet tiswa il-power station ta' Delimara (€230 miljun), jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' nefqa ta' natura kapitali għamlet l-Korporazzjoni Enemalta f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm kien dan l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22960.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li titwaqqaf Special Purpose Vehicle bħala strument finanzjarju fir-rigward tad-djun tal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, min qed jagħti konsulenza f’dan ir-rigward, kif intgħażel u kemm qed jitħallas?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta tikonferma li qed tikkunsidra li twaqqaf Special Purpose Vehicle bħala strument finanzjarju fir-rigward tad-djun.
Il-konsulenti huma, Dr Pierre Attard, PriceWaterHouseCoopers u Ganado and Associates. Dawn ġew maħtura b’direct order.
Sa issa tħallsu dawn l-ammonti:
Dr Pierre Attard € 7,421.64
PriceWaterHouseCoopers € 85,075.82
Ganado & Associates € 111,255.25
__________
€ 203,752.71
__________
rampa għall-aċċess ta' persuni b'diżabilità — użu għall-annimali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20151, jista' l-Ministru jgħid kif rampa ppjanata għall-aċċess ta' persuni b'diżabilità qed tintuża biex jiddaħħlu annimali fl-isptar? Ma jidhirlux li t-tip ta' madum u materjal fil-bini taċ-ċentru qatt ma kien qiegħed jikkonsidra żwiemel? Jista' jikkonferma illi l-aċċess minn wara għaċ-ċentru kien ippjanat biex joħroġ iż-żibel u annimali li tkun saritilhom xi awtopsja wara li jkunu mietu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant l-kmamar fejn ikunu kkurati l-annimali ma kienux maħsuba biex jilqgħu fihom żwiemel, peress li dan iċ-Ċentru kien maħsub primarjament biex jilqa fih annimali domestiċi.
Dan ma jfissirx li ma tistax tingħata kura fuq żwiemel fl-ispazju li hemm riżervat għaż-żwiemel, fuq in-naħa ta’ wara taċ-Ċentru. Jien infurmat li żwiemel ta’ daqs żgħir jistgħu jiddaħħlu wkoll fiċ-Ċentru mir-rampa li hemm fuq quddiem tal-binja u li hi magħmula minn madum apposta non-slip. Din ir-rampa minn dejjem kienet maħsuba biex toffri aċċess universali.