Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22714 Sitting 306 2011-01-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont fuq telephones skonettjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22151 u jgħid x’passi ttieħdu dwar il-każ li ħareġ fl-aħħar rapport annwali tal-Uffiċċju ta’ l-Awditur Ġenerali, jiġifieri li matul l-2009 biss id-Dipartiment tat-Turiżmu ħallas mat-€3,200 fuq linji tat-telefon li kienu ilhom sena u nofs skonettjati? Jista' jgħid jekk giex esegwit dak li talab l-Awditur, jiġifieri li jittieħdu passi kontra l-uffiċjal li kien responsabbli li jara li affarijiet bħal dawn ma jiġrux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, l-Awditur irrikmanda li tittieħed azzjoni biex dawn il-linji jinqatgħu, kif ukoll li l-uffiċjal responsabbli jiġi sanctioned. Ninsab infurmat ukoll li l-linji in kwistjoni ġew maqtugħa u li d-diparttiment qed jgħarbel il-każ bil-għan li jinstabu u jiġu ndirizzati xi djufijiet fil-proċeduri li jistgħu jeżistu. Milli jidher sa issa jirriżulta li peress li l-manutenzjoni tal-linji tat-telefon u ħlas tal-kontijiet huma responsabilita ta’ żewġ dipartimenti differenti jidher li bi svista kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn l-oqsma.

Lukanda Selmun

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħat il-lukanda Selmun ingħalqet b’mod temporanju ? Jekk iva, meta ingħalqet, kemm se ddum magħluqa u x'inhi r-raġuni li għaliha ingħalqet? X'se jsir mill-ħaddiema ta' din il-lukanda matul iż-żmien li din il-lukanda se tkun magħluqa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-lukanda Selmun għalqet fit-3 ta’ Jannar b’mod temporanju sat-28 ta’ Frar 2011. Fil frattemp il-futur ta’ din il-lukanda qiegħed jiġi kkunsidrat fid-dawl tar-riorgannizzjazjoni ta’ l-Air Malta, u l-Kumpaniji sussidjarji tagħha.

Labour Force Survey

Question

Jista l-Ministru jgħid għaliex fi stqarrija maħruga mill-NSO il-Hamis 6 ta' Jannar 2011 dwar Labour Force Survey: Q3/2010, ma kienx hemm breakdown bejn l-impjiegi fis-settur privat u fis-settur pubbliku? Jista' jgħid jekk din hix se tibda tiġri fl-istqarrijiet tal-NSO dwar il-Labour Force Survey minn issa 'il quddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi meta jkun hemm ċaqliq żgħir ‘il fuq jew ċaqliq żgħir ‘l isfel f’xi figuri, dan ikun diffiċli li jinqabad f’sample survey. Fil-fatt dejjem ikun hemm dawk li fl-istatistika jissejħu sampling error u bias. Saħansitra, żieda marġinali tista’ tirriżulta fi tnaqqis marġinali minn stħarriġ, u viċi-versa. Din hija r-raġuni għalfejn l-NSO ħass li m’għandux jibqa’ jagħmel dan il-breakdown mil-Labour Force Survey. Għaldaqstant, għal numru headcount tal-impjiegi fis-settur pubbliku, wieħed għandu jirreferi għall-figuri tal-ETC, fejn jidher ċar li l-impjiegi fis-settur pubbliku qegħdin jonqsu.

Unjoni Ewropea — Għajnuna lis-settur tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru fuq il-bazi li matul in-negozjati għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern kien qal li l-qasam tal-ħalib kellu jingħata appoġġ finanzjarju €19.72 miljun sal-2010 (http://www.meusac.gov.mt/Portals/FME/Documents/AGGSE16e_Agriculture.pdf), jagħti rendikont, sena b' sena mill-2004 sal-2010 kemm tħallsu minn dawn il-flus u kif intużaw? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jkompli jagħti għajnuna minn din is-sena 'il quddiem lis-settur tal-ħalib? Jekk iva, kemm se tkun din l-għajnuna, fuq kemm snin u kif se tingħata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pazjenti mill-Isptar Mater Dei ntbagħtu fid-djar tal-anzjani privati

Question

Jista l-Ministru jgħid fir-rigward tal-kriżi ta' spazju għall-pazjenti li nħolqot matul l-ewwel jiem tas-sena u li wasslet biex pazjenti jintbagħtu mill-Isptar Mater Dei fi sptarijiet u djar tal-anzjani privati : X'kien l-ammont totali ta' pazjenti li ġew trasferiti u f'liema djar tal-anzjani privati ttieħdu? Kemm-il pazjent ittieħed f'kull waħda minn dawn id-djar b'mod separat? X'inhuma l-ispejjeż relatati għal kull pazjent li ġie trasferit? B'liema mod intgħażlu dawn id-djar tal-anzjani?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ammont totali ta’ pazjenti li ġew trasferiti kienu 18, 14 ittieħdu Casa Arkati u 4 ttieħdu Villa Messina. L-anzjani ġew trasferiti ġo djar li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita għandu Private Public Partership agreement magħhom u skont id-dipendenza u l-bżonnijiet kliniċi tal-anzjan. Għal dawn is-sodod il-Gvern iħallas rati varji skont id-dipendenza tal-persuna.

Użu mill-ġdid tal-Isptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-rigward tal-kriżi ta' spazju għall-pazjenti li nħolqot matul l-ewwel jiem tas-sena u li wasslet biex pazjenti jintbagħtu minn Sptar Mater Dei fi sptarijiet u djar tal-anzjani privati, il-Gvern hux qed jikkunsidra li jerġa' juża partijiet oħra mill-Isptar San Luqa, minbarra l-Isptar Karen Grech?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta hi fin-negattiv.

direct orders b’rabta mar-riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat b’rabta mar-Riforma tat-Trasport Pubbliku? Min kienu l-kumpaniji li ngħataw dawn id-direct orders, x’kien ix-xogħol relatat ma' kull waħda minn dawn id-direct orders u kemm kien il-valur ta’ kull wieħed minn dawn id-direct orders?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi kien hemm (5) ħames kumpaniji li ngħataw direct orders marbutin mar-riforma tat-trasport pubbliku. Dawn huma: · Halcrow Group Ltd , liema kumpanija pprovdiet assistenza teknika fil-preparazzjoni u l-evalwazzjoni tat-tender tat-trasport pubbliku. Il-valur ta’ din l-assistenza teknika jammonta għal Euro 202,052.85 għas-sena 2010, Euro 51,716 għas-sena 2009 u Euro 127,970 għas-sena 2008. · Aequitas Legal, liema kumpanija pprovdiet assistenza legali fil-preparazzjoni u l-evalwazzjoni tat-tender tat-trasport pubbliku. Il-valur għal din l-assistenza legali jammonta għal Euro 62,658.00 għas-sena 2010 u Euro 21,059 għas-sena 2009. Aequitas Legal tħallset ukoll is-somma ta’ Euro 120,000 għal assistenza legali dwar ir-regolamenti ġodda tat-taxis. · Pricewaterhouse Coopers, liema kumpanija pprovdiet assistenza fil-preparazzjoni u l-evalwazzjoni tat-tender tat-trasport pubbliku. Il-valur ta’ din l-assistenza jammonta għal Euro 59,892.08 għas-sena 2010 u Euro 52,736 għas-sena 2009. · Studio 7 tħallas s-somma ta’ Euro 22,795.16 għal servizz ta’ reklamar dwar ir-riforma tat-Trasport Pubbliku. · Rank Xerox tħallset is-somma ta’ Euro 7,080.00 għal servizz ta’ printing ta’ ktejjeb dwar in-network tat-trasport b’tal-linja f’Għawdex.
Leg 11 PQ #22154 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' bnadar

Question

B’referenza għal dak li ħareg fir-rapport tal-Awditur Ġenerali in konnessjoni ma xiri ta’ bnadar mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2009, jista' l-Prim Ministru jgħid b’liema mod l-ordni għax-xiri ta’ bnadar bi prezz li kien iktar mid-doppju ta’ dak offrut mis-supplier li miegħu kien hemm diġa' kuntratt għax-xiri ta’ bnadar simli, ingħatat mill-uffiċċju tiegħu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Jista' jgħid min kienet il-persuna mill-uffiċċju tiegħu li tat din l-ordni lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li ta l-Viċi Prim Ministru f’ Mistoqsija Parlamentari 22161.

Valur Miżjud Gross

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur miżjud gross fi prezzijiet bażiċi kull sena mill-2003 sal-2009 f’Malta u f’Għawdex b’mod separat tal-attivitajiet (i) finanzjarji, (ii) ta’ proprjetà immobbli, (iii) ta’ kiri u (iv) ta’ negozju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22507 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

persuni li qagħdu f'akkomodazzjoni kollettiva f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ persuni residenti Malta u ta’ turisti barranin flimkien li qagħdu f’akkomodazzjoni kollettiva f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jagħti ukoll għall-istess perjodu kemm kien in-numru ta’ persuni residenti Malta u turisti barranin li qagħdu fl-istess akkomodazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tista’ tiġi miksuba mil-websajt tal-Uffiċju tal-Istatistika permezz ta’ dan il-link: http://www.nso.gov.mt/statodc/document view.aspx?id=2855&allEditions=true
Leg 11 PQ #22508 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Akkomodazzjoni Kollettiva f'Malta u Għawdex — tul medju ta' jiem

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu t-tul medju ta’ jiem li residenti Maltin u turisti barranin flimkien qattgħu f’akkomodazzjoni kollettiva f’Malta u Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Jista’ jgħid ukoll kemm hu t-tul medju ta’ jiem li residenti Maltin u turisti barranin qattgħu f’akkomodazzjoni kollettiva fl-istess perjodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tista’ tiġi miksuba mil-websajt tal-Uffiċju tal-Istatistika permezz ta’ dan il-link: http://www.nso.gov.mt/statodc/document view.aspx?id=2855&allEditions=true
Leg 11 PQ #22509 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

laqgħat u konferenzi internazzjonali li nġabu Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa/konferenza internazzjonali nġabet Malta minn entitajiet governattivi u parastatali kull sena mill-2003 ‘l hawn? Liema kienu dawn il-laqgħat/konferenzi? Kemm kien in-numru ta’ parteċipanti barranin f’kull laqgħa/konferenza? Kemm minn dawn il-laqgħat/konferenzi nżammu f’Għawdex u f’liema snin saru? Kemm kien in-numru ta’ parteċipanti barranin f’kull waħda minn dawn il-laqgħat/konferenzi f’Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.Interpellant teħtieġ ħafna ħin u riżorsi biex tinġabar. Għaldaqstant ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba. Madanakollu, niġbed l-attenzzjoni għal skema li daħħal il-Gvern fl-2009 sabiex jgħin biex jinġiebu konferenzi mis-Settur Pubbliku lejn pajjiżna.

Enemalta — audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema snin finanzjarji jkopru l-aħħar audited accounts ippubblikati tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista’ jgħid meta se jkunu ippubblikati l-audited accounts li jmiss tal-Korporazzjoni Enemalta u liema snin finanzjarji se jkunu jkopru? Jista’ jgħid x’qed iwassal biex il-Korporazzjoni Enemalta qed iddum żmien twil biex tippubblika l-audited accounts tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar audited accounts ippublikati huma tas-sena 2008. L- Audited Accounts għas-sena 2009 qegħdin fil-fażi finali biex jingħalqu. Id-Dewmien huwa riżultat tas-sistema li kellha l-Korporazzjoni Enemalta fir-rigward tal- billing system . Din il- legacy system kienet fqira ħafna fir-rigward tar-rapportaġġ u verifikar tar- Revenue tal-Korporazzjoni Enemalta. L- Audit 2009 huwa l-aħħar Audit li għandu dipendenza fuq din is-sistema. Huwa pproġġetat illi s-sitwazzjoni għar-rigward ta’ Audit tal-Korporazzjoni Enemalta għandha tmur għall-aħjar wara finalizazzjoni ta’ dan l- Audit .

Spiżjar tal-Għażla Tiegħek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdiet topera s-sistema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek? Jista’ jgħid liema huma l-lokalitajiet li bħalissa fihom qed jopera l- Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek u jgħid ukoll f’liema xahar u sena beda jopera l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista’ jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom għadha ma bdietx topera l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek u jista’ jagħti data meta huwa maħsub li jibda jopera l- Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista’ jagħti data meta huwa maħsub li l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek jkun infirex mal-pajjiż kollu? Jista’ jgħid kemm kien hemm pazjenti li kienu koperti mill-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek f’Diċembru 2008, f’Diċembru 2009 u f’Diċembru 2010 b’mod separat? Jista jgħid kemm kienet l-ispiża biex titħaddem l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek fis-sena 2008, 2009 u 2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Ara dokument numru 6388 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta Nru. 307 tal-31 ta’ Jannar, 2011)

Sptar Mater Dei — servizzi klerikali

Question

Jista l-Ministru jikkonferma jekk jeżistix xi tip ta’ ftehim biex il-kumpanija privata G4S tipprovdi lill-Isptar Mater Dei servizzi klerikali jew xi ħaġa simili? Meta ġie ffirmat dan il-ftehim u għal kemm żmien sar? Kemm sewa s'issa dan il-ftehim? Skont dan l-istess ftehim, kemm kien in-numru ta' impjegati li din il-kumpanija pprovdiet lill-isptar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-aħħar ta’ Awwissu tal-2009, ġie ffirmat kuntratt bejn il-gvern u l-kumpanija G4S għal perjodu ta’ tliet snin, biex din il-kumpanija tipprovdi servizzi klerikali fl-isptar Mater Dei. Sal-aħħar ta’ Ottubru 2010, dan il-kuntratt sewa €2,135,532 inkluż il-VAT. F’dan il-perjodu, il-kumpanija pprovdit 103 impjegat b’ekwivalenza ta’ impjieg sħiħ (WTE – Whole Time Equivalent).

Employment Aid programme

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta daħlet fis-seħħ l-iskema tal-Employment Aid Programme? Tista’ tgħid kemm ġew impjegati nies f’Malta u Għawdex b’mod separat kull sena taħt dan il-programm? Kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom kienu ilhom: inqas minn xahar jirreġistraw għax-xogħol? xahar jew aktar, iżda inqas minn xahrejn, jirreġistraw għax-xogħol? xahrejn jew aktar, iżda anqas minn tliet xhur, jirreġistraw għax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22502 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul gross mit-turiżmu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul gross mit-turiżmu f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Uffiċju Nazzjonali ta-Istatistika m’ għandux informazzjoni dwar id-dħul gross mit-turiżmu f’Malta u f’Għawdex b’ mod separat.
Leg 11 PQ #22503 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

persuni li jaħdmu fis-settur turistiku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fis-settur turistiku f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum? Jista’ jaqsamhom skont is-sotto-setturi bħalma huma lukandi, ristoranti, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tista tiġi miksuba mill-websajt tal-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika permezz ta’ dan il-link: http://www.nso.gov.mt/statdoc/document view.aspx?id=2864&allEditions=true Għal statistika fuq ‘ Gainfully Occupied in Hotels and Restaurants’ wieħed għandhu jirreferi għan-Nace code 55 fit-tabelli li tirreferi għal: Tabella 1 : Impjieg full time (total pg.3) Tabella 2 :Impjieg full time (maqsum f’kategoriji pg.5) Tabella 3 : Impjieg part time (total pg.8) Tabella 4 : Impjieg part time (maqsum f’ kategoriji pg. 9)
Leg 11 PQ #22504 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena mill-2004 ‘l hawn taħt: a) il-Post-Accession Structural Funds (04/06); b) il-Post-Accession Cohesion Funds (04/06); ċ) Structural Funds (07/13); d) Cohesions Funds (07/13); u e) il-Grant Funds? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22505 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta' sodod f'akkomodazzjoni kollettiva f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet ir-rata netta totali tal-użu tas-sodod f’akkomodazzjoni kollettiva f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 ‘l hawn? Jista’ jagħti ukoll għall-istess perjodu r-rata netta tal-użu tas-sodod fl-istess akkomodazzjoni minn residenti ta’ Malta u minn residenti ta’ pajjiżi barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tista’ tiġi miksuba mill-websajt tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika permezz ta’ dan il-link: http://www.nso.gov.mt/statdoc/document view.aspx?id=2855&allEditions=true