Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23038 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Gvern — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22498 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji ta’ kemm hemm impjegati fis-Servizz Publiku jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Gvern, maqsumin bejn Malta u Għawdex sena b’ sena, minn Diċembru tas-sena 2010, jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23039 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija 22504 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena mill-2004 ‘l hawn taħt: a) il-Post-Accession Structural Funds (04/06); b) il-Post-Accession Cohesion Funds (04/06); ċ) Structural Funds (07/13); d) Cohesions Funds (07/13); u e) il-Grant Funds? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22792 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Santa Martha Day Centre - użu ta' toilet privat għall-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-ħaddiema tas-Santa Martha Day Centre f'Għawdex tneħħielhom id-dritt għall-użu ta' toilet privat għalihom kif inhu xieraq li jsir f'ċirkustanzi simili?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15387.

Arms Ltd — software tal-kontijiet konformi mal-Avviż Legali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kontijiet tad-dawl u ilma maħruġa mis-software li qed jitħaddem mill-Arms Ltd jikkonformaw kompletament mal-Avviż Legali relevanti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22777.

pubblikazzjoni tal-kuntratt tal-ismart meters

Question

In vista tad-dikjarazzjoni li għamel il-Prim Ministru waqt id-dibattitu tal-Mozzjoni dwar Arms Ltd, jista' l-Ministru jgħid meta se jkun ippubblikat il-kuntratt dwar l-ismart meters?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, wara li l-Korporazzjonijiet talbu lill-IBM għall-permess neċessarju biex jiġi ppubblikat il-kuntratt riferut, dawn irrifjutaw minħabba li dan huwa ta’ natura kunfidenzjali kummerċjalment. Għaldaqstant, il-kumpanija intalbet li tikkompila rapport dwar l-implimentazzjoni tas-sistema, u tal-effett li din kellha fuq l-i stakeholders . Dan ir-rapport ġie kkumpilat u tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22795 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

pubblikazzjoni tal-kuntratt tal-ismart meters

Question

In vista tad-dikjarazzjoni li saret waqt id-dibattitu tal-Mozzjoni dwar Arms Ltd, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jkun ippubblikat il-kuntratt dwar l-ismart meters?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nireferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 22794 mill-Onor.Tonio Fenech.

BWSC — każijiet ta' korruzzjoni - parir tal-Avukat Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-parir tal-Avukat Ġenerali rigward il-multa ta' 10% lill-BWSC fir-rigward tan-nuqqas ta' dikjarazzjoni fir-rigward tal- involviment tagħha u ta s-sub-contractors tagħha f' każijiet ta' korruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22797. Għandu jingħad li l-parir mill-Avukat Generali għadu ma ngħatax lill-Gvern.
Leg 11 PQ #22797 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

BWSC — każijiet ta' korruzzjoni - parir tal-Avukat Ġenerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-parir tal-Avukat Ġenerali rigward il-multa ta' 10% lill-BWSC fir-rigward tan-nuqqas ta' dikjarazzjoni fir-rigward tal- involviment tagħha u tas-sub-contractors tagħha f'każijiet ta' korruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li għandhi noqgħod nippublika pariri tal-Avukat Ġenerali mogħtija lil Gvern Malti li jistgħu jkunu fl-interess Nazzjonali.

Kumpaniji ġodda tal-ICT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm–il kumpanija ġdida tal-ICT twaqqfet fl-2008, 2009 u 2010 ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura mill-NSO, in-numru ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' intrapriżi f'attivitajiet relatati mal-ICT fl-2008 u l-2009 kien ta' 161 u 181 rispettivament. L-informazzjoni rigward l-2010 għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #22716 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Concerto di Natale — mistiedna maltin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu d-dinjitarji Maltin mistiedna għall-Concerto di Natale li xxandar fuq l-istazzjoni Rai 2?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ebda dinjitarju Malti ma ġie mistieden għall-Kunċert tal-Millied min-naħa tal-Gvern Malta peress li l-għan tal-kunċert kien wieħed filantropiku u għalhekk ma ħarġux inviti. L-attendenza kienet bil-ħlas.

Studenti barranin li jistudjaw ICT

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inġabu studenti barranin biex jistudjaw l-ICT f’Malta fl-2008, 2009 u 2010 ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja li twaqqaf fis-sena 2009, ma ġab ebda studenti barranin biex jistudjaw l-ICT f’Malta.
Leg 11 PQ #22718 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — ċentru ta' stħarriġ fl-ICT

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx infetaħ ċentru ta’ stħarriġ fl-ICT f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #22719 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Salarji tal-Korp tal-Pulizija — lejliet il-milied u lejlet il-bidu ta' sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f’salarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu xogħol fil-lejl ta' lejlet il-Milied u f'lejlet il-bidu tas-sena l-ġdida?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kemm matul il-lejl ta' lejlet il-Milied kif ukoll f'lejliet il-bidu tas-sena s-salarji mħallsa kienu dawk normali li kull membru tal-Korp huwa ntitolat li jitħallas.
Leg 11 PQ #22791 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumpanija A&E Mintoff — kuntratti minn kunsilli lokali f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kuntratti ngħatat il-kumpanija A&E Mintoff mill-kunsilli lokali f'Għawdex? Minn liema kunsilli ngħataw dawn il-kuntratti, fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, f'liema data ngħata kull kuntratt u kemm kien il-valur ta' kull kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil — first-aid boxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar xi eżerċizzju biex ikun stabbilit jekk fuq postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil hemmx first-aid boxes? Jekk iva, x’irriżulta minn dan l-eżerċizzju? Jekk le, għaliex u hemmx il-ħsieb li jsir eżerċizzju bħal dan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol (OHSA) tagħmel diversi spezzjonijiet f’dipartimenti tal-gvern, biex ikun żgurat il-ħarsien tal-liġijiet kollha ta’ saħħa u sigurta fuq il-post tax-xogħol. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, tingħata attenzjoni partikolari lil hekk imsejħa management systems, li jinkludu (iżda mhux biss) l-iżvilupp ta’ policy dipartimentali dwar saħħa u sigurta, l-appuntar ta’ persuni kompetenti biex jgħinu lil min iħaddem fil-miżuri li jkunu jridu jittieħdu, l-appuntar ta’ rappreżentanti tal-ħaddiema li jridu jiġu kkonsultati dwar kull aspett tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, u l-organiżżar tal-eżerċizzji ta’ evalwar ta’ riskji fuq ix-xogħol. Meta f’post tax-xogħol jkun hemm dawn is-sistemi msemmija, jkunu identifikati dawk il-miżuri li jkunu jridu jittieħdu, inkluż miżuri bħal ma hu l-provvediment ta’ first aid boxes.

holidays tal-Milied u s-Sena l-Ġdida għall-iskejjel tal-Gvern u skejjel oħra

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta bdew u meta spiċċaw il-holidays tal-Milied u s-Sena l-Ġdida li għadhom kemm għaddew, għall-iskejjel tal-Gvern u għall-iskejjel l-oħra, waħda waħda, kemm dawk privati kif ukoll dawk tal-Knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

SR Technics — investimenti

Question

In vista tal-fatt li kemm il-Ministru u anke l-Prim Ministru kienu indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar l-investiment tal-SR Technics u kemm-il darba rreferew għalih fil-Parlament, jista' l-Ministru jikkonferma: Jekk il-pjani għadhomx li jinbena hanger ieħor biex SR Technics jibdew joperaw minnu minflok il-post minn fejn qed joperaw bħalissa u li huwa tal-kumpanija Medavia; Kemm ġew impjegati b'kollox persuni fil-proġett s'issa; u Kemm se jiġu impjegati aktar fit-tliet snin li ġejjin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt bejn il-Malta Enterprise mal-SRT għadu in vigore. L-SRT infurmaw lill-Malta Enterprise li waqt li għadhom permessi għall-proġett, ix-xogħolijiet tal-hangar alternattiv jibda la darba s-suq tal-avjazzjoni internazzjonali jerġa’ jibda jirkupra. Naturalment, diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat huma kontinwi. Nikkoreġi lill-Interpellant, għall-fatt li l- hangar li qed topera minnu l-SRT huwa ġewwa is-Safi Aviation Park li huwa proprjetà tal-Malta Industrial Limited. Rigward l-impjieg, l-SRT Technics bħalissa timpjega 146 impjegati full-time .

Smart City — informazzjoni dwar kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid, wara t-tlestija ta' l-ewwel fażi ta' Smart City, kemm hemm kumpaniji joperaw bħalissa fi Smart City, min huma, f’liema settur joperaw u kemm huma l-ħaddiema li kull waħda minn dawn il-kumpaniji timpjega fi Smart City? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-kumpaniji kienu diġà qed joperaw f'Malta u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema qabel ma ċċaqalqu lejn Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Minħabba li SmartCity (Malta) hi azjenda privata, l-Onor. Interpellant jista’ jekk irid jikkunsidra jagħmel dawn il-mistosqijiet lilha direttament.

persuni li jbatu minn keratoconus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 22165 u jgħid jekk persuni li jbatu minn keratoconus jingħatawx trattament permezz ta’ intervent fl-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li jekk pazjent bil-keratoconus ikollu bżonn trapjant tal-cornea, dan it-trattament ikun jista’ jsir fl-Isptar Mater Dei.
Leg 11 PQ #22713 Sitting 306 2011-01-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' bnadar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22154 u ċioe: B’referenza għal dak li ħareg fir-rapport tal-Awditur Ġenerali in konnessjoni ma xiri ta’ bnadar mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2009, jista' l-Prim Ministru jgħid b’liema mod l-ordni għax-xiri ta’ bnadar bi prezz li kien iktar mid-doppju ta’ dak offrut mis-supplier li miegħu kien hemm diġa' kuntratt għax-xiri ta’ bnadar simli, ingħatatx mill-uffiċċju tiegħu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Jista' jgħid min kienet il-persuna mill-uffiċċju tiegħu li tat din l-ordni lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 22154.