Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sajd bil-harpoon u l-Aqualungs

Question

Minħabba li l-Gvern jipprojbixxi s-sajd permezz tal-harpoon u l-aqualungs u qal li din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba li r-regoli ġodda tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu dan it-tip ta' sajd, jista' l-Ministru jgħid kif dan is-sajd għadu jiġi pprattikat f'Ċipru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolament tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (EC) No 1967/2006 tal-21ta' Dicembru 2006 Artiklu 8 paragrafu 4 jghid li ''spearguns'' huma projbiti jekk uzati flimkien ma’ aqualungs jew bil-lejl min inżul ix-xemx sa tlugh ix-xemx. L-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Unjoni f' iStati Membri oħra huwa kompetenza tal-Unjoni.

Arma Ltd — uffiċċju tal-Blata l-Bajda

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Arms Ltd se tibda topera mill-uffiċċji tagħha fi Blata l-Bajda, wara li s-sajf li għadda kien qal li dan se jsir dalwaqt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ tindif u żmantellar tas-sit, tlesta. Il-pjanti kif ukoll id-diżinji tekniċi tal-faċilitajiet kollha li ser jkun hemm bżonn, ġew ippreparati u fuq bażi tagħhom, inħareġ bill of quantity. Il- bill of quantity qiegħda tiġi evalwata mill-periti li tqabbdu mill-ARMS apposta. La darba ssir din l-evalwazzjoni kollha u tiġi approvata l-ispiża, jinbdew ix-xogħolijiet. Sadanittant l-ARMS qiegħda fil-proċess biex tiftaħ numru ta’ uffiċċji f’lokalitajiet biex b’hekk il-kuntatt mal-konsumatur ikun aktar mifrux.

Arms Ltd — Chief Executive Officer

Question

Jista' l-Minsitru jikkonferma jekk iċ-Chief Executive Officer tal-Arms Ltd issa inħatarx ukoll Executive Chairman tal-kumpanija? Dan l-inkarigu iġorr miegħu xi ħlas jew kundizzjonijiet ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tad-Diretturi ta’ ARMS Ltd inbidel. Dan il-Bord issa huwa kompost mis-CEO tal-kumpanija li nħatar Executive Chairman u żewġ diretturi oħra. L-Executive Chairman u żewġ Diretturi tal-kumpanija jitħallsu honorarium ta’ €2,097 fis-sena.

Enemalta — dejn

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22960, jista' l-Ministru jikkonferma li mill-lista li semma ta' nefqiet, jidher li d-dejn tal-Korporazzjoni Enemalta jrid jiżdied bi kważi €400 miljun oħra, jiġifieri jirdoppja? Jista' jikkonferma jekk l-impatt ta dawn in-nefqiet humiex diġà qed jiġu riflessi fuq il-kontijiet tad-dawl? Jekk le, minn meta se jiġu riflessi u kemm se jkun l-impatt f' kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Statistika ta' self employeed

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23200, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess statistika mill-2004 sall-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Labour Force Survey — sampling error

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22563, jista’ l-Ministru jgħid għaliex bl-istess argument li ġab għala tneħħiet it-tabella fil-Labour Force Survey li kienet tiddistingwi bejn impjiegi fis-settur privat u dak pubbliku, għala ma tneħħewx it-tabelli l-oħra fejn hemm numru ta' kategoriji akbar u fejn is-sampling error jista' jkun biss akbar? Għaliex proprju ntgħażel li jitneħħa d-distinzjoni bejn settur privat u dak pubbliku? B' dak li ddikjara l-Ministru x'valur statistiku għandhom ir-riżultati tal-Labour Force Survey ladarba qed jiddikjara li l-National Statistic Office m'għandhiex fiduċja f'din l-istatistika minħabba s-sampling error, u x'qed tagħmel biex tirrettifika dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Labour Force Survey li jsir mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika huwa msejjes fuq Council Regulation (EC) 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998. F’Artiklu 4 tal-istess regola hemm lista twila tad-data li trid tinġabar u l-karatteristiċi tal-istħarriġ innifsu. Hemm ukoll stipulat x’tip ta’ data trid tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) b’mod regolari. Imkien f’Artiklu 4 ma hemm imniżżel li trid issir distinzjoni bejn dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku u dawk li jaħdmu fis-settur privat, u għaldaqstant ittieħdet deċiżjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li minn dis-sena jiġu ppubblikati dawk il-variables li joħorġu mil-lista imsemmija. Dan ma jfissirx li dawk il-variables li jiġu ppubblikati fin-news releases m'għandhomx ukoll margin of error.
Leg 11 PQ #23566 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumpanija A&E Mintoff — kuntratti minn kunsilli lokali f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22791 u jgħid liema kuntratti ngħatat il-kumpanija A&E Mintoff mill-kunsilli lokali f'Għawdex? Minn liema kunsilli ngħataw dawn il-kuntratti, fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, f'liema data ngħata kull kuntratt u kemm kien il-valur ta' kull kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #23567 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentru ta' stħarriġ tal-ICT f'Għawdex

Question

Minħabba li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru għal Għawdex fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet parlamentari separati, talbuni nagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx infetaħ ċentru ta' stħarriġ fl-ICT f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23568 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bir-riforma l-ġdida tat-trasport pubbliku, il-membri tal-Korp tal-Pulizija humiex se jibqgħu jgawdu minn servizz b'xejn meta jagħmlu użu mill-karozzi tal-linja waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom jew jekk humiex se jkollhom jibdew iħallsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din id-domanda ser tingħata f'Mistoqsija Parlamentari numru 23569 f'din is-seduta.

Korp tal-Pulizija — riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bir-riforma l-ġdida tat-trasport pubbliku, il-membri tal-Korp tal-Pulizija humiex se jibqgħu jgawdu minn servizz b'xejn meta jagħmlu użu mill-karozzi tal-linja waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom jew jekk humiex se jkollhom jibdew iħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt iffirmat bejn Transport Malta u Arriva Malta Ltd, fir-rigward tar-Riforma tas-servizz tat-Trasport Pubbliku jipprovdi illi l-operatur jista' jitlob prezz ridott jew inkella ma’ jitlob l-ebda ħlas għal użu tat-Trasport Pubbliku lil membri tal –Korp tal-Pulizija jew persuni ingaġġati mal -Armata.

White Rocks — negozjati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22959, tista' l-Ministru tgħid sa meta qed tipprevedi li jkunu konklużi n-negozjati dwar il-White Rocks u min qed imexxi n-negozjati min-naħa tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21644.

Pixkerija — cable ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed issir inkjesta interna wara li nqata' cable ta' lift fil-Pixkerija u persuna korriet gravi? Jista' jgħid jekk fil-Pixkerija hemmx uffiċjal inkarigat mis-saħħa u s-sigurtà?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ufficjali responsabbli għas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol ta' dan il-Ministeru żaru l-faċilita' sabiex jaraw x'wassal għall-inċident. Tajjeb li infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-post minn fejn topera l-Pixkerija huwa suġġett ta' ftehim mal-Koperattiva tas-Sajd li għandha r-responsabbilita' li tieħu ħsieb il-post.

Xiri ta' bnadar bi prezz iktar mid-doppju

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22161, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min kienu l-persuni mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u mis-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru rispettivament, li waslu għall-ftehim imsemmi fl-istess tweġiba?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ftehim sar bejn id-Direttorat tal-Immaniġjar tal-Finanzi tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u s-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru.

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm kienu jammontaw il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li tħallsu minn residenti f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23041.

Fondi Ewropej li tħallsu għal Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22492, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena mill-2004 ‘l hawn taħt: l-EAGGF Guarantee u l-Agricultural Fund for Rural Development ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi bejn is-sena 2004 u l-2010 saru diversi pagamenti ta’ fondi Ewropej lill-benefiċjarji Għawdxin. Mill-2004 sa l-2008 il-pagamenti ta’ fondi Ewropej tħallsu mill-European Agricultural Guidance and Guarantee Fund (EAGGF) biss. Filwaqt li mis-sena 2009, minbarra pagamenti mill-EAGGF saru ħlasijiet ta’ fondi Ewropej li kienu joriġinaw mill-European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD). Parti mill-pagamenti huma iffinazjati totalment minn fondi Ewropej. Iżda hemm miżuri li hemm l-obbligu li jkunu ko-finanzjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-gvern tal-pajjiż. Għaldaqstant, fit-tabelli t’hawn taħt, il-ħlas lill-benefiċjarji Għawdxin jidher maqsum bejn fondi Ewropej u dawk Nazzjonali. Fond: EAGGF Sena Fondi Ewropej € Fondi Nazzjonali € Total € 2004 270,140.62 64,602.18 334,742.80 2005 1,037,209.66 913,475.66 1,950,685.32 2006 1,597,626.84 859,815.43 2,457,442.27 2007 2,466,724.23 1,461,396.01 3,928,120.24 2008 1,390,941.68 679,099.10 2,070,040.78 2009 1,313,339.19 192,242.09 1,505,581.28 2010 1,222,359.24 1,964.37 1,224,323.61 Fond: EAFRD Sena Fondi Ewropej € Fondi Nazzjonali € Total € 2009 1,053,446.72 268,991.59 1,322,438.31 2010 3,458,698.01 1,113,364.33 4,572,062.34 L-Aġenzija għall-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali hi responsabbli għall-ħlasijiet imsemmija hawn fuq.

Konsum tal-elettriku fit-toroq pubbliċi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22476, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Għawdex kull sena mill-2000 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

valur miżjud gross — prezzijiet bażiċi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22475, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur miżjud gross fi prezzijiet bażiċi kull sena mill-2003 sal-2009 f’Malta u f’Għawdex b’mod separat tal-attivitajiet (i) finanzjarji, (ii) ta’ proprjetà immobbli, (iii) ta’ kiri u (iv) ta’ negozju?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-footnote li tinsab fit-tabella li tpoġġit fuq il-Mejda tal-Karmra għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22475.

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22501, tista’ l-Ministru tgħid: a) kemm mill-104 li kienu ilhom inqas minn xahar jirreġistraw għax-xogħol kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex; b) kemm mid-59 li kienu ilhom xahar jew aktar, iżda inqas minn xahrejn jirreġistraw għax-xogħol kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex; ċ) kemm mit-38 li kienu ilhom xahrejn jew aktar, iżda anqas minn tliet xhur jirreġistraw għax-xogħol kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex; u d) kemm mill-171 li kienu ilhom iktar minn tliet xhur jirreġistraw għax-xogħol kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

47 kienu ilhom inqas minn xahar jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex . F’Għawdex, 14 kienu ilhom xahar jew aktar, iżda inqas minn xahrejn jirreġistraw għax-xogħol. 8 kienu ilhom xahrejn jew aktar, iżda inqas minn tliet xhur jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex 46 kienu ilhom iktar minn tliet xhur jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex

MIA — hangar ġdid għall-Sr Technic

Question

Minħabba l-fatt li kif ħabbar il-Ministru tal-Finanzi stess, SR Technic mhux se jibnu hangar ġdid għalissa, jista’ l-Ministru jgħid x’effett dan se jkollu fuq il-ftehim approvat minn din il-Kamra għal trasferiment ta’ art u kirjiet bejn Malta International Airport u Malta Industrial Parks? Jista’ l-Ministru jgħid jekk b’xi mod bħalissa l-Istat qed jikkumpensa lil MIA għal art li jidher li għalissa mhux se tiġi użata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fatt li l-SRT se tipposponi l-bidu tax-xogħlijiet relattivi għall-bini tal-hangar il-ġdid mhux se jkollu ebda impatt fuq il-ftehim ta’ trasferiment approvat mill-Kamra u lanqas fuq il-kuntratt ta’ kiri illi hemm viġenti bejn l-MIA u l-MIP. L-MIP mhix qed tikkumpensa lill-MIA għal fatt illi l-art mhix se tiġi użata minnufih.

Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol — persuni li tilfu l-impjieg

Question

Tista' l-Ministru tgħid - a) kemm daħlu appelli minn persuni li qed jirreġistraw jew oħrajn li tilfu l-impjieg u ġew impoġġija fuq part 2 f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b’sena; b) kemm-il seduta saret mill-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol biex tisma' l-appelli; ċ) kemm kien in-numru ta' ħaddiema kull sena li jgħinu fix-xogħol tal-Awtorità u x'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema; u d) x'inhu jsir mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sabiex dawk il-persuni li minħabba problemi ta' età, saħħa, soċjali u nuqqas t'esperjenza jinstabilhom xogħol adattat u mhux sempliċiment jitneħħew minn part 1 ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ appelli minn persuni li qed jirreġistraw jew oħrajn li tilfu l-impjieg u ġew impoġġija fuq part 2 f’dawn l-aħħar tliet snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numru ta’ seduti matul l-2008 kienu ħamsin (50), fl-2009 wieħed u tletin (31) u fl-2010 tlieta u erbgħin (43). In-numru ta’ impjegati fl-2008 kien 7 (4 Klerikali , 2 Minor staff u 1 I.P.S.L.) fl-2009 kien 7 (4 Klerikali , 2 Minor staff u 1 I.P.S.L.) fl-2010 kien 5 (3 Klerikali , 1 Minor staff u 1 I.P.S.L.) Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig għandha diversi programmi ta’ skemi u taħriġ sabiex tgħin lil dawk li jkunu qed ifittxu xogħol. Fost dawn l-iskemi hemm l-iskema “ Work Trial Scheme” li propju hija intenzjonata sabiex tgħin lil dawk li m’għandhomx esperjenża ta’ xogħol. Barra minn dan għandna wkoll skema “ Employment Aid Programme” li hija skema ko finanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew li toffri sussudju fuq il-Paga u l-Bolla tal-imgħallem meta dan jimpjega nies żvantaġġjati bħal persuni li għandhom iktar minn 50 sena, persuni b’Diżabilita, persuni li ilhom barra mid-dinja tax-xogħol fost oħrajn. Programm ieħor huwa l-Youth Employment Programme li jagħti parir u diversi servizzi lil dawk iż-żgħażagħ li jkunu waqfu mill-istudju tagħhom. Il-Korporazzjoni għandha wkoll sezzjoni għall-persuni b’Diżabilita’ u kif ukoll persuni li għandhom problemi soċjali u persuni li ilhom ma jaħdmu għal bosta snin. Għal dawn tal- aħħar ġie introdotta skema “Community Work Scheme” fejn persuni li ilhom ma jaħdmu jagħmlu 30 siegħa fil-ġimgħa xogħol fil-Komunita’ għal perjodu ta’ ġimgħat. Skema oħra hija l-Bridging the Gap Scheme li toffri esperjenża ta’ xogħol lill-persuni b’Diżabilita u persuni bi problemi soċjali. Barra minn dan il-Korporazzjoni toffri firxa wiesa’ ta’ taħriġ, apprentistat, traineeships u skemi ta’ sussidju fuq taħriġ bħal ma hija t-Training Aid Framework u Training Subsidy Scheme. Iktar informazzzjoni dettaljata tinsab fuq il-Website tal- Korporazzjoni www.etc.gov.mt