Legislature:
Category:
Reset
Active:

ħażna taż-żejt f'Malta

Question

Fir-rigward tad-direttiva li titlob li Malta jkollha riserva ta' enerġija (jew ħażna ta' żejt) mill-anqas għal 90 ġurnata, jista' l-Ministru jippreżenta d-dokumenti neċessarji fuq il-Mejda tal-Kamra? Fir-riserva li Malta għandha sabiex tassigura li jkollna ħażna ta' żejt, f'każ li jkun hawn skarsezza jew xi inkwiet ieħor li jiżolana sew mir-riżorsi fuq is-suq u sew minħabba ċirkustanzi oħra, kemm qiegħda tiswa f'terminu kapitali u kurrenti flus lill-poplu Malti sabiex inżommu din il-ħażna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab konvint li l-Onorevoli Interpellant jifhem li kif jindika l-istess isem tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja, dawn ir-regolamenti jaħsbu għal ħażniet minimi għal skop ta’ sigurta. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura sensitivita fir-rigward tas-sigurta tal-istat. Minn naħa l-oħra għas-sodisfazzjon tal-istess Interpellant qiegħed nistiednu biex meta jixtieq noffrilu l-opportunita’ jara din informazzjoni mitluba. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Enemalta.

Organizazzjoni Produtturi Laħam il-Fenek Malti — biċċerija tal-fniek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24233 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-Organizzazzjoni Produtturi Laħam il-Fenek Malti ngħatatx post mill-gvern għall-biċċerija tal-fniek?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif isir normalment, it-talba mill-Organizzazzjoni Produtturi Laħam tal-Fenek Malti biex jingħata post mill-Gvern għall biċċerija tal-fniek tressqet lill-Malta Enterprise għall-kunsiderazzjoni tagħhom iżda ma gietx milqugħa. Għaldaqstant il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali għadu għaddej bl-isforzi biex jara kif jista’ jissodisfa din it-talba. Diġa saru taħdidiet u ġew investigati nimru ta’ siti, iżda fsa llum għad ma nstabx sit adekwat.

Nefqa tal-lubricant għall-impjant il-ġdid

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24232, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-medja tan-nefqa fuq il-lubricant kull sena bejn is-sena 2000 u s-sena 2010? Kemm hu stmat li se tkun in-nefqa bl-impjant il-ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #24755 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Organizazzjoni Produtturi Laħam il-Fenek Malti — biċċerija tal-fniek

Question

Minħabba li l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali irrefereni għall-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment waqt li l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment irrfereni għall-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet parlamentari separati, iżda bqajt mingħajr tweġiba, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 24233 u jgħid jekk jekk l-Organizzazzjoni Produtturi Laħam il-Fenek Malti ngħatatx post mill-gvern għall-biċċerija tal-fniek?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ta l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali f’Mistoqsija Parlamentari numru 24753.

Linear accelerator

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24231, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-bini jista’ jintuża anki mhux bħala sptar immedjatament meta jintemm jintuża l-linear accelerator?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-isptar Boffa u l-apparat ta’ ġewwa fih jieqaf jintuża meta jitlesta ċ-ċentru tal-Onkoloġija l-ġdid fl-Isptar Mater Dei u jsir it-trasferiment tas-servizzi. Infurmat wkoll li l-bini ta’ l-isptar Boffa jista’ jintuża immedjatament la darba jitwaqqaf l-użu tal- linear accelerators.

gym ta’ Tal-Qroqq — estensjoni taċ-changing rooms

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta inbdew ix-xogħlijiet dwar l-estensjoni taċ-changing rooms il-ġodda fil-gym f’Tal-Qroqq? Meta mistennija li jitlestew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ix-xogħol relatat mal-estensjoni taċ- changing rooms il-ġodda fil- Fitness Centre fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq kien pjanat li jsir f’żewg fażijiet. L-ewwel fażi kienet tikkonsisti fil-bini ta’ faċilitajiet sanitarji għall-uzu tal-ispettaturi li jattendu l-attivitajiet organizzati mill-Aquatic Sports Association. Dan ix-xogħol beda f’Novembru 2009 u tlesta f’Ġunju 2010. Ix-xogħol fuq it-tieni fażi li jikkonsisti fl-estensjoni taċ- changing rooms tal- fitness centre li huwa mistenni li jibda fis-sajf li ġej, biex ikun tal-anqas inkonvenjent possibbli fuq dawk li jużaw din il-faċilità, hu ttamat li dan ix-xogħol jitlesta sal-aħħar tas-sena.

Malta International Airport — kopja tal-kuntratt għal tmexxija u konċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-kuntratt għal tmexxija u konċessjoni tal-Malta International Airport?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan il-kuntratt ġa ġie imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u ġie diskuss fil-Parlament fis-seduti numru 769, 770 u 771 ta’ nhar it-8 u 9 ta’ Lulju 2002. PL5171 laid in S768 of the 05.07.02 (Deed of Sale and Emphyteusis) Malta International airport p.l.c. PL5323 laid in S782 of the 16.09.02 (Documentation re Malta International Airport (MIA) Privatisation agreement)

bejgħ tal-lukanda Selmun — sejħa għall-interess

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa għall-interess li saru s’issa, inkluż kundizzjonijiet għall-bejgħ tal-Lukanda Selmun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji taż-żewġ sejħiet għall-offerti inkluż il-kundizzjonijiet għal-bejgħ tal-Lukanda Selmun li nħarġu fis-27 ta’ Novembru 2009 taħt Avviż Nru 183, u fil-05 ta’ Marzu 2010 taħt Avviż Nru 49 rispettivament.
Leg 11 PQ #24424 Sitting 331 2011-03-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

xogħol tan-nar — riżultati tat-testijiet tal-Licence A

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati tat-testijiet tal-Licence A tax-xogħol tan-nar li saru xi xhur ilu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-testijiet tal-Licence A tax-xogħol tan-nar saru f'Jannar ta' din is-sena u infurmat ukoll illi r-riżultati mistennija joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin.

ICT — impjiegi ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid bejn l-2008 u l-2010 kemm inħolqu impjiegi ġodda relatati mal-ICT f’Malta u f’Għawdex rispettivament, sena b’sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ftuħ tal-Permanent Residents’ Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu li jerġa’ jiftaħ il-Permanent Residents’ Scheme? Jekk iva, meta se jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej proċess ta' reviżjoni ta’ l-iskema biex din terġa' tkun konformi ma’ l-għanijiet oriġinali li għalihom kienet twaqqfet, jiġifieri li pajjiżna jħajjar persuni b'ċertu livell ta' dħul lejn pajjiħna. Dan iħalli benefiċċji diretti lil setturi differenti ta’ l-ekonomija ta' pajjiżna. Din ma kienet qatt intiża bħala skema li tinkoraġġixxi l-bejgħ tal-proprjetà, iżda hija skema biex tattira dawn il-persuni lejn pajjiżna. Ix-xiri ta' proprjetà huwa biss wieħed mill-kundizzjonijiet biex persuna tibbenefika minn din l-iskema. Persuni li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea jgawdu mil-libertajiet li tipprovdilhom l-istess Unjoni, u għalhekk ma jeħtieġux din l-iskema biex jixtru proprjetà f'pajjiżna. L-informazzjoni li għandu l-Ministeru hija li kien hemm numru ta' każijiet fejn l-iskema ġiet reklamata b'mod "inkorrett", li kien qed iwassal biex numri ta' persuni jaċċessaw l-iskema u jsiru bi dritt residenti ta' pajjiżna, u b'hekk ikollhom aċċess għall-istess benefiċċji li jgawdu minnhom il-Maltin kif ukoll ċittadini tal-Unjoni Ewropea li huma residenti f'pajjiżna, inkluż għal servizzi tas-saħħa, li jirrappreżentaw piż kbir għat-taxpayer lokali. Il-Gvern iltaqa' ma' rappreżentanti tas-settur tal-proprjetà, kif ukoll ma’ tal-Kamra tal-Kummerċ, ħa nota tal-proposti li saru, u se jkun qed jippreżenta l-iskema riveduta fil-ġimgħat li għaddejjin.

Good Causes Fund — lista tal-benefiċarji

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika lista tal-benefiċarji tal-Good Causes Fund, xahar b’ xahar, għal kull sena bejn l-2007 u l-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorervoli Interpellant jirreferi għal dawk li huma snin 2007, 2008 u 2009 għar-rapporti annwali li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-bidu ta’ kull sena. Għal dak li hu rapport ta’ l-2010, dan ser ikun qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #24416 Sitting 330 2011-03-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kirijiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

B'referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 23816, jista' l-Prim Ministru jgħid b'mod separat fiex kienet tikkonsisti kull kirja li saret u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Gabbani ta' Bieb il-Belt

Question

B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 22267 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gabbani ta’ Bieb il-Belt li kellhom il-kirja tagħhom imġedda sat-30 ta’ Gunju 2011 hux se jingħataw post alternattiv jew kumpens? F’każ li se jiġu offruti post alternattiv, fejn se jkun dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14770.

paving madwar Dock 1 — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fi ħlasijiet ta’ perizja u spejjeż relatati għal proġett ta’ paving madwar Dock 1? Jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’sejħa għall-offerti jew direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħlasijiet li saru sa nofs Frar 2011, fuq perizja u spejjeż relattivi fuq il-proġett ta' paving madwar Dock 1 kien ta' €524,092 eskluż il-VAT. Infurmat ukoll li l-periti magħżula għall-proġett ta' embellishment f'Dockyard, Pjazza Gavino Gulia, Bormla huma Architecture Projects, l-istess periti li għamlu id-disinji għan-nom tal-konsorzjum Romegas għall-applikazzjoni tal-permessi. Għaldaqtant, il-periti ġew magħżula b' direct order għax id-disinji huma tagħhom.

Paving madwar Dock 1

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed isir ix-xogħol ta’ paving madwar Dock 1 qabel ma jsir l-istess proġett ta’ Dock 1? Jista’ jassigura li mhux se jsiru ħsarat fuq il-paving u street furniture li qed isir, ladarba jibdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Dock 1?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li x-xogħol ta' paving li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa separat mill-proġett tar-restawr tal-bini li hemm biswit id-Dock 1. Infurmat ukoll li x-xogħol fuq dan ir-restawr jista' jsir mingħajr ma' ssir ħsara fuq il-paving u street furniture li se jsiru madwar id-Dock 1.

ħażna taż-żejt f'Malta

Question

Fir-rigward tad-direttiva li titlob li Malta jkollha riserva ta' enerġija (jew ħażna ta' żejt) mill-anqas għal 90 ġurnata, jista' l-Ministru jippreżenta d-dokumenti neċessarji fuq il-Mejda tal-Kamra? Fir-riserva li Malta għandha sabiex tassigura li jkollna ħażna ta' żejt, f'każ li jkun hawn skarsezza jew xi inkwiet ieħor li jiżolana sew mir-riżorsi fuq is-suq u sew minħabba ċirkostanzi oħra, kemm qiegħda tiswa f'terminu kapitali u kurrenti flus lill-poplu Malti sabiex inżommu din il-ħażna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel parti tal-mistoqsija taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Ninforma lill-Onorevoli Membru illi fl-2010, bejn Jannar u Lulju, ma kienx hemm spiża li hija speċifikament relatata mal-ħażniet ta’ riserva tal-HFO. Filwaqt li minn Awwissu sa Diċembru Enemalta ħallset total ta 'USD 168,200.00 li huwa maqsum kif ġej: - Awissu 2010 - 60,000.00 USD Settembru 2010 - 60,000.00 USD Ottubru 2010 - 17,400.00 USD Novembru 2010 - 14,000.00 USD Diċembru 2010 - 16,800.00 USD Għall-ħazna ta’ riserva tal-‘Gasoil’, fis-sena 2010 il-kuntratti ma kinux jispeċifikaw spiża relata mal-ħażniet ta’ riserva, għalhekk ir-riżerva kienet inkluża fil-prezz.
Leg 11 PQ #24409 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — żieda fl-ammonti ta' ċitazzjonijiet mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li saru laqgħat maħsuba sabiex jinstabu metodi li jwasslu għal żieda fl-ammonti ta’ ċitazzjonijiet mogħtija mill-membri tal-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jikkonferma li anke tressqet il-proposta li pulizija li jagħtu l-ikbar ammont ta’ ċitazzjonijiet jingħataw award bħala policeman of the month?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-laqgħat fil-Kwartieri Ġeneral tal-Pulizija jsiru b’mod regolari u ta’ sikwit. F’dawn il-laqgħat jigu diskuss kif l-operat tal-Korp jista’ jitejjeb b’mod ġenerali. Sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni aħjar tal-operat ta’ kull membru tal-Korp, jintalbu wkoll returns li fihom jiġu rrapurtati l-infurzar tal-liġijiet li jkun sar matul ix-xahar preċedenti. B’dan il-mod ikun jista' jiġi mkejjel aħjar ix-xogħol li jsir mill-Korp b’mod ġenerali kif ukoll mill-membri tiegħu fil-konfront tad-delinkwenza u l-kriminalita' u l-illegalita li trid tibqa' tiġi kkumbattuta kull jum bir-riżorsi kollha li hemm għad-dispożizzjoni. Għandu jingħad ukoll illi l-Korp tal-Pulizija matul dawn l-aħħar snin, sabiex jinċentiva u jirrikonoxxi l-ħidma t-tajba tal-membri tiegħu, introduċa sistema ta’ għoti ta’ ċertifikati ta’ mertu lil dawk il-membri tal-Korp li jiddistingwu ruħhom fil-qadi tad-doveri tagħhom.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-snin 2008, 2009 u 2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jghid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.