Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — survey fuq kwalità tal-ikel tal-canteen

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21423 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-survey li sar fost l-impjegati tal-Isptar Mater Dei dwar il-kwalità tal-ikel fil-canteen tal-istaff tal-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li filwaqt li wieħed japprezza l-inizjattiva għal eżerċizzju biex ikun evalwat is-servizz tal-catering ipprovdut fl-isptar Mater Dei, bil-għan li dan jitjieb fil-kwalita’ għall-benefiċċju tal-istaff u ta’ dawk li jżuru l-isptar, ma’ dan kollu il-mod li bih sar dan l-eżerċizzju jħalli dubbji serji fuq il-validità u l-korrettezza tar-riżultati li r-rapport fuq dan is-survey wasal għalihom. Fatturi mportanti fil-kumpilazzjoni ta’ studji simili, bħal per eżempju, l-anonimita’, ir-reviżjoni tas- survey innifsu wara li jinħargu r-riżultati tal- pilot survey , il-metodu tal-analiżi tar-riżultati, l-għażla tal-parteċipanti, dawn kollha jirriżultaw li ma sarux b’mod xjentifiku. Ta’ min wieħed ifaħħar l-inizjattiva tal- management bil-għan li jitjieb is-servizz għall-aħjar sodisfazzjon tal-klijenti, però, minħabba n-nuqqasijiet determinanti fil-mod kif sar is- survey , ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jenħtieg li jkunu riveduti.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 24690. Il-ħlas: Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi Chairman - xejn Spettur - 1164.69 euro per annum Membri - xejn Tsunami Relief Fund Chairman - xejn Membri - xejn Kumitat ta' Inkjesta dwar Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija Chairman - 465.87 euro kull każ deċiż Membri - 232.94 euro kull każ deċiż Segretarju - 232.94 euro kull każ deċiż

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #24772 Sitting 335 2011-04-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Aġenzija Appoġġ — Servizzi mogħtija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru telefonati lill-Aġenzija Appoġġ fuq il-linja 179 sena b’sena bejn l-2005 u l-2010 u x’tip ta’ problemi kienu jitrattaw dawn it-telefonati ? Kemm kienu l-persuni li fuq il-bażi ta’ dawn it-telefonati, ingħataw appuntament ma’ professjonisti tal-Appoġġ stess u kemm kienu l-persuni li kienu riferuti għal appuntament fis-settur privat? Xi kriterji jintużaw biex persuna tkun riferuta lis-settur privat u xi kriterji jintużaw biex jintgħażel min jagħti s-servizz fis-settur privat ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ — psikologi u psikjatri reġistrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-psikologi u l-psikjatri reġistrati u kwalifikati li bħalissa huma impjegati full-time u part-time b’mod separat mal-Aġenzija Appoġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Aġenzija Appoġġ timpjega 2 psikologi fuq bażi full-time, 4 psikologi fuq bażi part-time u psikoterapista fuq bażi part-time. L-Aġenzija m’għandha l-ebda psikjatra jaħdem magħha.

Aġenzija Appoġġ — psikoterapisti tal-familja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-psikoterapisti tal-familja reġistrati u kwalifikati li bħalissa huma impjegati full-time u part-time b’mod separat mal-Aġenzija Appoġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Aġenzija Appoġġ timpjega family therapist full-time li bħalissa qed taħdem fuq bażi ta’ reduced hours , family therapist fuq bażi ta’ part-time u family therapy worker fuq bażi ta’ part-time . Fil-preżent hemm ukoll pożizzjoni ta’ family therapist li qegħda fil-proċess li timtela.

Aġenzija Appoġġ — social workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma s-social workers reġistrati u kwalifikati li bħalissa huma impjegati full-time u part-time b’mod separat mal-Aġenzija Appoġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fi ħdan l-Appoġġ hemm total ta’ 122 social worker li jaħdmu fuq bażi full time u 14-il social worker li jaħdmu fuq bażi part-time . Minn dawn hemm 83 li għandhom is- social work warrant li jaħdmu fuq bażi fulltime u 6 li għandhom il- warrant u li jaħdmu part-time . Is- social workers jingħataw il- warrant wara li jkunu ilhom jaħdmu sentejn bħala social workers .
Leg 11 PQ #24767 Sitting 334 2011-04-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdxin — emigrazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-Għawdxin li bejn l-2005 u l-2010, sena b’sena, talbu l-assistenza tal-gvern biex jemigraw lejn l-Istati Uniti, l-Kanada u l-Awstralja b’mod separat ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #24768 Sitting 334 2011-04-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant. *Vide PL 6937 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 336 nhar l-Erbgħa, 6 ta’ April 2011.
Leg 11 PQ #24757 Sitting 333 2011-03-29 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Busietta Gardens — applikazzjoni ta' żvilupp pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija 24237 u jgħid jekk fl-aħħar snin saritx xi applikazzjoni għal xogħol ta’ estensjoni fil-post magħruf bħala Busietta Gardens? Hemm applikazzjonijiet ta’ żvilupp pendenti marbuta ma' dan il-post jew xi stop notices ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Leg 11 PQ #24758 Sitting 333 2011-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

entitajiet li ma jaqgħu taħt l-ebda ministeru

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ dawk l-awtoritaijiet, entitajiet u bordijiet kollha li possibilment ma jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ebda Ministru? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fid-dawl tal-fatt li x-xogħol kollu amministrattiv tal-Gvern ikun assenjat taħt ir-responsabbiltà tal-Ministri, ma nistax nifhem kif jista' jkun hemm xi entitajiet jew bordijiet li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tiegħi jew ta' xi Ministru ieħor.

Awtorità tad-Djar — housing estates

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24236, tista' l-Ministru tgħid f’liema lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex hawn housing estates li ma nbnewx mill-Awtorità tad-Djar u meta inbena kull housing estate? Kemm huwa n-numru ta’ units f’kull housing estate? Kemm minn dawn il-units huma b’kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, housing estate b’housing estate ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ lill-Ministru responsabbli mill-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

Transport Malta — ismijiet ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-202 triq li se jsir xogħol fuqhom minn Transport Malta skont stqarrija tad-DOI datata 15 ta’ Marzu, lokalità b’lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24717.

Enemalta — diviżjoni tal-petroleum

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern li jipprivatizza d-diviżjoni tal-Petroleum tal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk dan il-proċess għadu ma giex fi tmiemu, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx data ta’ meta huwa maħsub li jigi fi tmiemu? X’se jigri mill-ħaddiema li jaħdmu f’din id-diviżjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-negozjati għadhom għaddejin. Mhux fil-bogħod dawn in-negozjati għandhom ikunu konklużi. Kif jintlaħaq dan il-ftehim il-ħaddiema tal-petroleum operations tal-Enemalta għandhom jiġu trasferiti lill-konċessjonarju mal-operat.

ICT — twaqqif ta' kumpaniji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-2008 u l-2010 kemm twaqqfu kumpaniji ġodda tal-ICT f’Malta u f’Għawdex rispettivament, sena b’sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni għas-sena 2010 għadha mhix miġbura.