Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' pagamenti li tħallsu lil Arriva mis-sena 2011 sal-lum, filwaqt li jagħti deskrizzjoni tal-pagament, id-data tal-invoice, invoice number, id-data tal-pagament u l-ammont li tħallas? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' flus li tħallsu lil Arriva li huma over and above dak li hemm indikat fil-kuntratt, filwaqt li jagħti deskrizzjioni tal-pagament, id-data tal-invoice, invoice number, id-data tal-pagament, l-persuna li approvat il-pagament u l-ammont li tħallas filwaqt li jindika wkoll l-ammont li l-Arriva huwa kontrattwat li jitħallsu kull sena u x'inhu l-ammont ipproġettat, li jitħallas fis-sentejn li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-shelter għaż-żwiemel li sar fi Triq Marsamxett, Valletta, għadu mhux jintuża għal dan il-għan? X'qed iżomm milli jsir dan? Min hu responsabbli sabiex jara li dan ix-shelter jintuza' kif imwiegħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xelter għaż-żwiemel li tqiegħed fi Triq Marsamxett, Valletta huwa wieħed minn numru ta' xelters li qed jinbnew madwar il-Belt Valletta u nħawi oħra madwar Malta fejn il-karozzini għandhom stands jew vened awtoriżżati minn fejn joperaw. L-għan ewlieni ta’ dawn ix-xelters huwa sabiex jiġi provdut kenn mix-xemx u xorb għaż-żwiemel waqt il-ħidma tagħhom u dawn saru wara numru ta’ talbiet u wara konsultazzjoni sħiħa mar-rappreżentanti tal-operaturi tal-karozzini, kif ukoll mal-għaqdiet favur id-drittijiet tal-annimali.
Għalkemm fil-preżent m’hemm ebda provediment fir-regolamenti li jaqgħu taħt dan id-dekasteru li jobbliga lill-kuċċiera tal-karozzini sabiex dawn jagħmlu użu minn dawn ix-xelters, huwa mistenni li dawn ix-xelters jiġu wżati mill-kuċċiera, speċjalment meta wieħed iqis li kemm huma, kif ukoll l-għaqdiet favur id-drittijiet tal-annimali kienu ilhom snin jilmentaw minn nuqqas ta’ xelters għaż-żwiemel.
Madanakollu, l-Awtorità mhix infurmata li x-xelter in kwistjoni mhux qed jintuża għall-għan imsemmi hawn fuq.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm żmien jinżammu r-rekords jew data, jew jekk jiġux deleted il-liċenzji li għandhom x’jaqsmu mal-catering (bars,snack bars,restaurants eċċ.)? Huwa minnu li meta jitħallsu l-liċenzji awtomatikament din twaqqa’ ta’ qabilha, jekk dik li taqa’ jinżammux ir-rekords tagħhom jew data?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ma telimina l-ebda rekord jew data li għandha x’taqsam ma’ ħruġ ta’ kwalunkwe liċenzi. Meta liċenza tiġi mġedda, l-informazzjoni li tappartjeni l-istess liċenza, bħal per eżempju kundizzjonijiet tal-liċenza, mhux biss jibqgħu jinżammu bħala rekord iżda jidhru wkoll fuq il-liċenza mġedda.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kuntratti tax-xogħol lil nies li ġew ingaġġati mal-Public Broadcasting Services f'dawn l-aħħar xahrejn sarux konformi mal-liġijiet tax-xogħol, inkluż il-probationary periods?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntratti tax-xogħol lil nies li ġew ingaġġati mal-Public Broadcasting Services f’dawn l-aħħar xahrejn saru konformi mal-liġijiet tax-xogħol, inkluż il-probationary periods.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta’ nies (grad ta’ manager 'il fuq) li ġew ngaġġati mad-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar tliet snin, filwaqt li jinkludi l-pożizzjoni offruta, tip ta’ kuntratt (definit jew indefinit), livel ta’ edukazzjoni, numru ta’ snin il-kuntratt huwa validu (fil-kaz ta’ kuntratt definit), salarju u benefiċċji oħra offruti? Jista' jindika ukoll jekk hemmx pjan li jiġu ngaġġati aktar nies fit-tliet snin li ġejjin? Jekk fl-afferimattiv, taħt liema dekasteru u x’pożizzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru, għal kull dekasteru, jipprovdi lista ta’ nies lis-salarju (jeskludi il-performance bonus) tagħhom ġie revedut mil-anqas darbtejn mis-sena 2007 sal-lum? Jista' jinkludi ż-żieda fis-salarju, il-pożizzjoni l-ġdida, id-data ta’ meta dan seħħ, min kienu dawk il-persuna/i li approvaw u kienu parti min dan il-proċess, filwaqt li jindika jekk kienx hemm call for application?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika għal kull dekasteru, l-ammont finanzjarju li tħallas bħala performance bonus f’dawn l-aħħar 12 il-xahar? Kemm kien hemm persuni li ħadu performance bonus? Kemm kien l-għola u l-anqas persentaġġ li ngħata bħal performance bonus?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentri li qed jingħataw liċ-Chairman u lis-CEO ta’ kull dekasteru? Jista' jindika wkoll x’kien l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiiċċji supplimentari li kienu jingħataw liċ-Chairman’s u lis-CEO’s preċedent? Jista' jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-Chairmen u lis-CEO’s preċedent b’relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-benefiċċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kenitx b’mod volontarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-snin 2004 sa Diċembru 2010.
Għall-informazzjoni tas-sena 2011, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari nru 33415.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36145 u jgħid kemm ġew jiswew l-eternal flames li hemm biżwit il-Monument tal-Gwerra? Jista' jgħid kemm hu stmat li huwa l-konsum ta’ gass f’kilogrammi kull jum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern ħaseb sabiex għall anniversarju importanti tas-70 sena mill-Għoti tal-George Cross lil pajjiżna, jerġa' jagħti d-dinjità li tixraq lil dan il-monument nazzjonali.
Infurmat li l-upgrade kollu tal-Monument tal-Gwerra sewa s-somma ta’ €91,477.79. Ovvjament l-Eternal Flames kienu parti minn dan ix-xogħol ta’ upgrading li ta dehra isbaħ u iktar mistħoqqa lil dan il-Monument li jfakkar il-vittmi taż-żewġ gwerer dinjija.
Barra dan, infurmat ukoll li l-konsum fil-ġimgħa tal-
eternal flames
huwa ta’ 270 kgs skont kif indikat fl-estimi li saru mill-inġinier ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu quddiem Transport Malta bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li sewwieqa Maltin u Għawdxin sofrew fil-vetturi tagħhom minħabba l-istat ħażin tat-toroq f’pajjiżna? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-deċiżjoni ta’ Transport Malta ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu ħabsin taħt l-effett tad-droga din is-sena, xahar b'xahar b'mod separat? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? F'liema diviżjoni jew sezzjoni nstabet id-droga f'kull każ? Jista' jgħid kemm kien hemm priġunieri li rrifjutaw li jagħmlu t-test tal-urina?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija skont kif elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. In-notamenti jispjegaw il-figuri relattivi u huma korretti sal-5 ta’ Ottubru 2012.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jippruvaw idaħħlu xi ħaġa projbità fil-ħabs din is-sena, xahar b'xahar, b'mod separat u x'kienu l-affarijiet li ppruvaw idaħħlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif elenkata fit-tabella ta’ hawn taħt:
Xahar
Numru
Oġġetti misjuba
2012
ta’ persuni
Jannar
1
Telefon celullari
Frar
0
Marzu
0
April
5
Drogi X 5
Mejju
0
Ġunju
0
Lulju
3
Drogi X 2 u Alkool
Awwissu
1
Drogi
Settembru
1
Drogi