Jista' l-Ministru jispjega ż-żieda enormi fid-dħul tal-VAT fi Frar 2011? Din hija marbuta ma' bidla fil-proċeduri? Jekk iva, x'se jkun l-impatt fuq iċ-ċifri meta nqabblu d-dħul ma' dak tal-2010 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ż-żieda qawwija fid-dħul tal-VAT fi Frar 2011 seħħet peress li d-Dipartiment tal-VAT mexxa l-perjodu ta’ taxxa ta’ madwar 3,000 persuna reġistrata biex dan il-perjodu jkun jikkorrispondi mal-perjodu Calendar Quarter.
Dan iċ-ċaqliq fil-perjodi ta’ taxxa sar bl-iskop li jsaħħaħ l-inforzar fuq persuni li jagħmlu akkwisti intra-komunitarji.
Dan ser ifisser li dan id-dħul qawwi se jibda jkun rapportat fi Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa stmat li hemm ħaddiema Maltin jaħdmu fil-Libja? Kemm huwa stmat li hawn ħaddiema li x-xogħol tagħhom jiddependi fuq negozju mal-Libja?
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-pakkett finanzjarju li għandu ċ-Chief Executive Officer ġdid tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dr. Ian Stafrace inħatar CEO tal-MEPA b’kuntratt definit ta’ tliet snin b’seħħ minn l-14 ta’ Marzu 2011.
Il-pakkett finanzjarju ta’ CEO tal-MEPA jkopri paga bażika ta’ €65,000 għall-ewwel sena li tiżdied għal €70,000 għat-tieni u t-tielet sena. Il-pakkett jinkludi wkoll €5000 bħala
allowance
għall-karozza u €1980
fuel allowance,
assikurazzjoni fuq il-ħajja u s-saħħa, telefon ċellulari, linja tat-telefon fir-residenza u aċċess għall-Internet mid-dar.
L-ewwel sena tal-kuntratt hija fuq bażi ta’
probation.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-membri tal-Forzi Armati jitħallsux bl-istess rata ta’ fost il-ġimgħa meta jkunu xoghol nhar ta’ Ħadd u b’rata inqas meta jkunu xogħol f’xi festa pubblika? Jekk fl-affermattiv, x’inhi r-raġuni għal dan ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor.Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta li ngħatat f’Mistoqsija Parlamentari numru 24787 li hija simili għall-mistoqsija li qed jagħmel l-Onor. Membru.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24421, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkunu r-rati li se jħallsu l-anzjani u x'inhi d-differenza mis-sitwazzjoni preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rati huma skont din it-tabella:-
Rati għall-Anzjani
Sagħtejn
€0.30
Ġurnata
€0.50
Sebat’ ijiem
€2.30
Daqxejn diffiċli biex wieħed jagħmel paragun tal-prezzijiet ma’ dawk kif sejrin ikunu fis-sistema l-ġdida minħabba li preżentament, l-passiġġier irid iħallas għal kull vjaġġ li jieħu. Fil-preżent, in-noll hu 0.46c return iżda bis-servizz il-ġdid, in-nollijiet se jkunu applikabbli għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, persuna li tixtri biljett ta’ sagħtejn jew aktar tkun tista' tuża s-servizz għal aktar minn darba tul dak il-perjodu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji minn barra fir-Reġistru Pubbliku bejn l-1980 u l-2010, kull sena separatament, u minn liema pajjiż? Jista' jgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx barrani u jekk iva, minn liema pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ma tinżammx.
Residenti f'Wied il-Għajn — inkonvenjent minn ilma tax-xita
Question
Xi snin ilu ngħata t-tarmak lil Triq l-Aħmar, Wied il-Għajn. Minn dak iż-żmien ir-residenti ta' Triq il-Kannella, Wied il-Għajn ilhom isofru inkonvenjent għax l-ilma tax-xita minn Triq l-Aħmar jinżel għal ġo Triq il-Kannella u jibqa' dieħel fil-garaxxijiet ta' din l-istess triq. Is-sitwazzjoni
tant hija gravi li r-residenti jkollom jagħmlu filata ġebel quddiem ir-rampa tal-istess garaxxijiet biex iżommu l-ilma milli jidħol ġewwa. Jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jitneħħa kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta eżaminat il-każ u jirriżulta li t-triq inbniet skont il-livelli u l-alignments uffiċjali stabbiliti mill-MEPA. Jirriżulta wkoll illi faċċata ta' din it-triq, li hi fit-telgħa, hemm numru ta' semi basements li nbnew wara li kienet saret it-triq u nbnew mhux skont il-livelli uffiċjali.
Jien infurmat ukoll li f'każijiet bħal dan Transport Malta ma tistax toffri rimedju.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-lista ta’ awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment huma kif qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tal-Enitajiet tinkludi wkoll id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq dawn l-istess Entitajiet.
Sptar Mater Dei — kuntratt tal-staff canteen, visitor's canteen u vending machines
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-staff canteen, visitors' canteen u vending machines tal-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm struzzjonijiet speċifiċi permezz tad-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti li kuntratti pubbliċi ma jistgħux jiġu żvelati sakemm ma jkunx hemm il-kunsens tal-partijiet kollha konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ immigranti bi status legali f’pajjiżna li ġew ripatrijati sena b’sena matul l-2006, l-2007, l-2008, l-2009, l-2010 u l-ewwel xahrejn tal-2011, lejn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, lejn l-Istati Uniti u lejn pajjiżi oħra? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin l-immigranti ripatrijati, kemm kien hemm minnhom irġiel, nisa jew tfal u x’kienet l-età tagħhom ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi immigranti jiġu ripatrijati lura lejn pajjiżhom għax jinsabu illegalment f’Malta. Dan mhux il-każ għal dawk li għandhom status legali f’pajjiżna, u għaldaqstant m’hemmx lok li dan iseħħ. Fir-rigward ta’ ri-sistemazzjoni jew ri-allokazzjoni ta’ persuni li jgawdu minn protezzjoni internazzjonali, kien hemm diversi eżerċizzji ma’ pajjiżi oħra fosthom Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.
Mill-2006 sas-16 ta’ Marzu 2011, mal-1030 persuna bi protezzjoni u familjari tagħhom marru lejn dawk il-pajjiżi. Dawn kienu jikkonsistu f’603 raġel, 206 mara, 126 minuri subien u 95 minuri bniet. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella dettalajata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ immigranti bi status legali f’pajjiżna li huwa maħsub li jiġu ripatrijati matul l-2011? F’liema pajjiżi se jkunu ripatrijati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija preċedenti, numru 24886, immigranti jiġu ripatrijati lura lejn pajjiżhom għax jinsabu illegalment f'Malta. Għalhekk qed nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal ri-allokazzjoni u mhux ripatrijazzjoni. Għal matul l-2011 se inkomplu bil-programm ta’ ri–allokazzjoni mal-Istati Uniti. In-numru totali li jistgħu jmorru jiddependi minn ħafna fatturi li mhumiex taħt il-kontroll tal-gvern, madanakollu nistennew li jkun fuq l-istess livell tas-sena l-oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24410 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-snin 2008, 2009 u 2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Tweġiba
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24242 u jgħid min kienu c-chairmen tal-BICC sa minn meta twaqqaf, x’kien it-terminu taż-żmien ta’ kull wieħed/waħda minnhom u x’kien il-pakkett finanzjarju tagħhom ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f'Casa Arkati fil-Mosta li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home? Kemm hi l-ispiża li qed joħroġ bħalissa l-gvern kull xahar għal dawn ir-residenti? Jista' jagħti ukoll din l-ispiża għas-snin 2008, 2009 u 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f'Villa Messina fir-Rabat li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home? Kemm hi l-ispiża li qed joħroġ bħalissa l-gvern kull xahar għal dawn ir-residenti? Jista' jagħti ukoll din l-ispiża għas-snin 2008, 2009 u 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq residenti f'Roseville f'Ħ'Attard li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home matul l-2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża tal-Gvern fuq residenti biex jinżammu ġewwa d-Dar Roseville minn Awwissu sa Diċembru 2010 kienet € 346,693.00.