Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett Piano — ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus s’issa fuq il-Progett Piano kollu kemm hu? Kemm hemm kontijiet pendenti bħalissa għal dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25048.
Leg 11 PQ #25048 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett Piano — ħlasijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus s’issa fuq il-Progett Piano kollu kemm hu? Kemm hemm kontijiet pendenti bħalissa għal dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar risposta tal-Ministru Gatt f’ Mistoqsija Parlamentari nru.25445.

kamra taħt il-Monument tal-Ħelsien — servizz tal-provvista tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li nqata' s-servizz tal-provvista tal-ilma fil-kamra taħt il-Monument tal-Ħelsien u li tintuża minn voluntier għall- manutenzjoni tal-istess monument? Jekk huwa minnu, jistgħu l-awtoritajiet jirrikonsidraw il-pożizzjoni tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #25050 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — proġett tal-Biċċerija ġdida

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta l-proġett tal-Biċċerija ġdida f’Għawdex skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l-kuntrattur, u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-proġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhi l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proġett tal-Biċċerija f'Għawdex ma jinvolvix grant agreement ta' fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-proġett huwa amministrat mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp. Dwar partijiet oħra tal-mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25178/11.
Leg 11 PQ #25051 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Busietta Gardens — applikazzjoni ta' żvilupp pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 24237 u 24757 u jgħid jekk fl-aħħar snin saritx xi applikazzjoni għal xogħol ta’ estensjoni fil-post magħruf bħala Busietta Gardens? Hemm applikazzjonijiet ta’ żvilupp pendenti marbuta ma' dan il-post jew xi stop notices ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li f'dawn l-ahhar snin ma saritx applikazzjoni ghal-estensjoni tal-bini. L-Applikazzjoni PA 1230/07 ghada pendenti u qed titlob il-bdil fl-uzu minn mhazen ghal-appartamenti. Hemm xi permessi ohrajn ta' zvilupp li ghadhom validi. Sal-lum, ma jirrizultax li hemm xi azzjoni t'infurzar jew stop notices operattivi, ghajr ghal Avviz tat-Twettiq ECF 265/04 dwar zvilupp zghir ta' twahhil ta' aircondition unit mal-faccata ta' wiehed mill-appartamenti. Dan il-kaz ghadu pendenti.

Air Malta — titjira

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li fl-24 ta' Marzu, wara li kien hemm ħsarat li ma ppermettewx lill-Prim Ministru jmur Brussell għas-Summit tal-Unjoni Ewropea permezz ta' jet privat, intuża ajruplan kummerċjali tal-Air Malta biex iwassal lill-Prim Ministru u lil min kien qed jakkumpanjah? Min qed jassumi r-responsabbilità ta' din id-deċiżjoni? Kemm kien hemm passiġġieri abbord din it-titjira hi u sejra? Kemm kien hemm passiġġiera fuq it-titjira hi u ġejja? Kemm kien jesa' passiġġieri l-ajruplan li ntuża? Kemm swiet flus two-way din it-titjira? Kemm iċċargjat flus l-Air Malta għal din it-titjira? Min se jħallas għal din it-titjira? Fil-każ li parti minn dawn il-flus se jitħallsu mill-Unjoni Ewropea, kemm hi din il-parti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Unjoni Ewropea se tħallas l-ispiża ta’ €30,000 ta’ din it-titjira lejn Brussel mitluba nhar il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011. Infurmat li l-Air Malta ċċarġjat it-tariffa li tintalab għat-titjiriet charter għal destinazzjonijiet simili għal din it-titjira li fiha kien hemm 4 persuni u ma kienx hemm passiġġieri fuq it-titjira ta’ ritorn.

Qatla tal-Majjal fil-Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qatla tal-majjal fil-biċċerija tal-gvern, ġimgħa b’ġimgħa matul ix-xahar ta’ Marzu għas-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Makkinarju fil-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm–il darba sar tibdil fil-makkinarju fil-biċċerija tal-gvern bejn l-2004 u llum? Jista jagħti d-dati ta’ kull meta sar dan it-tibdil, jgħid x’kien it-tibdil li sar u jagħti raġuni għaliex sar dan it-tibdil? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża kull darba li sar xi tibdil u lil min ingħata x-xogħol neċċessarju li kellu jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #25043 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proċess ta' bdil tal-karti tal-identità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għadx għandu l-mira li l-proċess tal-eżerċizzju tal-bdil tal-karti tal-identità jibda fl-aħħar kwart tal-2011? Jista jagħti elenku dettaljat tax-xogħol li sar s'issa f’dan ir-rigward? Min qed imexxi x-xogħol f’dan il-proċess min-naħa tal-gvern? X’kien s'issa r-rwol tal-Kummissjoni Elettorali? Jista' jagħti garanzija li l-eżerċizzju biex il-karti tal-identità kollha jinbidlu se jkun tlesta qabel tmiem l-2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Gvern għad għandu l-mira li l-proċess tal-eżerċizzju tal-bdil tal-karti tal-identita’ jibda fl-aħħar kwart tat-2011. Ix-xogħol f’dan il-proċess minn naħa tal-Gvern qiegħed jitmexxa mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Ix-xogħol li sar s’issa kien jikkonsisti prinċipalment rigward id-disinn tal-karta tal-identita’, fatturi ta’ sigurta’, l-istruttura li biha ċ-ċittadin ikun jista’ jieħu l-aqwa benefiċċji tal-użu tal-karta tal-identita’ w affarijiet oħra ta’ natura teknika u legali. F’dan il-proċess il-Kummissjoni Elettorali ġiet ikkonsultata u ngħatat ukoll preżentazzjoni dwar il-proġett tal-karta tal-identita’. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 17405 fis-seduta 227 li ngħatat fil-25 ta’ Mejju 2010.

MITA — ftehim fuq sistema ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19442, jista' l-Ministru jgħid jekk id-diskussjonijiet bejn il-Malta Information Technology Agency u l-kuntrattur imsemmi f’din it-tweġiba dwar is-sistema l-ġdida li ssemmiet fl-istess tweġiba ġewx fi tmiemhom u fiex tikkonsisti s-sistema ġdida msemmija fit-tweġiba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet inkwistjoni fil-fatt tlestew. Is-sistema ġdida tikkonsisti f'numru ta' komponenti li jinkludu sistema għall-reġistrazzjoni taċ-ċittadini, sistema għall-ħruġ taċ-ċertifikati diġitali (li tissejjaħ Public Key Infrastructure) u sistema għall-produzzjoni u l-personalizazzjoni tal-karti tal-identità.

Karti tal-identità elettroniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għall-mistoqsija parlamentari 10658 kien wieġeb li l-karti tal-identità elettroniċi kienu se jinħarġu sa nofs l-2010, iżda dan baqa' ma seħħx?

Response (GATT, AUSTIN)

Għal darb’ oħra nerġa nispjega li l-Ministeru tiegħi hu responsabbli għall-iżvilupp tal-proċess elettroniku ġdid li jintuża biex, fost oħrajn, jinħarġu eID's u mhux għal-ħruġ tal-Karti tal-Identità nniffsu. Id-dewmien kien kaġunat mill-bżonn li jiġu kalibrati l-pass ta' żvilupp ma riżorsi disponnibli. Nikkonferma li l-Ministeru tiegħi applika għall-fondi għal ko-finanzjament taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali sabiex tkun żviluppata s-sistema l-ġdida għall-Karti tal-identita` il-ġodda. Din l-applikazzjoni ġiet aċċettata sena wara li ġiet ippreżentata. Wara li issa ġew approvati l-finanzjamenti mill-Unjoni Ewropea, beda l-iżvilupp tas-sistema elettronika mid- De La Rue li kien ħa l-kuntratt tan-NIDMS
Leg 11 PQ #6443 Sitting 339 2011-04-13 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #17222 Sitting 339 2011-04-13 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tender jew direct order ta' kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16936 u jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ma ngħatat l-ebda tender lill-M.A & A Services matul iż-żmien imsemmi. Il-kumpanija kienet magħżula mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tipprovdi ħames airconditioners u spare part li ammontaw għal €3,942 wara li nġabru kwotazzjonijiet skont ir-Regolamenti Finanzjarji. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru u s-Sovrintendenza tal-Partimonju Kulturali talbu l-kumpanija biex tagħmel tiswijiet u servicing fuq airconditioners li nxtraw qabel l-2009. Ix-xogħol li sar kien jammonta għal €1,038 u €1,341 rispettivament.
Leg 11 PQ #19268 Sitting 339 2011-04-13 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista' ta' konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 19115, 18865, 18514, 18085, 17707, 17386 u 16952 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 19268 nhar it-13 ta’ Lulju 2010, Seduta 254, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba dwar il-MEPA.

Żwieġ bil-knisja u bir-reġistru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li żżewġu bir-reġistru biss, jew bil-Knisja u bir-reġistru bejn l-1975 u l-2010, sena b'sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-Reġistru Pubbliku ilu jżomm statistika uffiċjali dwar reġistrazzjoni ta' żwiġijiet mis-sena 1991. Għaldaqstant qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika mill-1991 sal-2010.

Ċirkewwa — xogħol fuq l-istruttura

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol fuq l-istruttura li ttellgħat fil-jiem li għaddew fuq il-moll taċ-Ċirkewwa? Kif ingħata dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta’ kuntratt jew b’direct order? Jekk permezz ta’ kuntratt min kienu dawk kollha li tefgħu l-offerta tagħhom u x’kien il-valur ta’ kull offerta, u kemm kienet l-ispiza fuq ix-xogħol li sar fuq din l-istruttura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-istruttura li ttellgħet fil-jiem li għaddew fuq il-moll taċ-Ċirkewwa qiegħed isir minn Casapinta Design Group. Dan ix-xogħol, li jinvolvi l-kiri ta' struttura ta’ 30m x 15m għall-kenn tal-passiġġieri, ngħata wara li twaqqfu żewġ proċessi ta’ tenders pubbliċi li kellhom jiġu kkanċellati u wara proċess ta' kwotazzjoni kif spjegat iktar ‘il quddiem. Fl-ewwel tender l-offerti kienu kollha għola mill-valur massimu ta' tender dipartimentali u l-offerti ma setgħux jiġu kkunsidrati. Fit-tieni tender kien hemm appell li wara li nstema', t- tender ġie kkanċellat f'Novembru 2010. Peress li ż-żmien kien qiegħed jagħfas u l-kuntratt għax-xogħlijiet prinċipali fuq it-terminal il-ġdid fiċ-Ċirkewwa kien se jingħata, Transport Malta talbet, permezz tal-Ministeru tal-Finanzi u Ekonomija biex il-kumpaniji kollha li kienu tefgħu offerta fit- tenders preċedenti (dawn kienu jammontaw għal tliet kumpaniji) jiġu mitluba biex jikkwotaw għax-xogħol biex dan imbagħad jingħata lill-kumpanija bl-orħos offerta. It-talba ġiet approvata u Transport Malta stiednet lit-tliet kumpaniji konċernati biex jikkwotaw. Is-sejħa għalqet fil-15 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultat kien hekk: 240 Ltd - Ma' tefax offerta HMK International Ltd -- €162,840 Casapinta Design Group -- €141,600 Dawn l-ammonti jinkludu l-VAT. Il-kuntratt ingħata lil Casapinta Design Group f'Jannar li għadda. Għadu ma sar l-ebda pagament fuq dan il-kuntratt.

Aħbarijiet ta' TVM — numru ta' items

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ items politiċi fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2008, l-2009 u l-2010, sena b’sena b’mod separat, li kienu jikkoncernaw lill-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, lill-Prim Ministru bħala Kap tal-PN, lill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, lill-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari, lill-Assistenti Parlamentari u lill-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Numru ta' Intervisti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ intervisti mal-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Prim Ministru bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, mal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, mal-Ministri u mas-Segretarji Parlamentari, mal-Assistenti Parlamentari u mal-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista, li kienu mxandra fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2008, l-2009 u l-2010, sena b’sena b’mod separat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tnaqqis mill-pensjoni lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm fil-każ tal-infringement notice mill-Unjoni Ewropea dwar it-tnaqqis mill-pensjoni lokali jekk individwu jkollu ukoll pensjoni tas-servizz Ingliz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

S ’issa l-Kummissjoni Ewropea bagħtet Ittra ta’ Notifika Formali lil Gvern Malti dwar il-mod ta’ kif dawn il-pensjonijiet huma ikkunsidrati fil-kalkolu tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali Maltija. Il-Gvern Malti kien ngħata sal-aħħar ta’ Jannar 2011 biex ikun jista’ jwieġeb lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-każ u fil-fatt il-Gvern diġà bagħat it-tweġiba u spjega ta’ kif qed jaderixxi mar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropeja f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni qegħda bħalissa tikkonsidra it-tweġiba tal-Gvern Malti fil-kuntest tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurta’ soċjali sabiex tiddeċiedi dwar il-każ.