Jista' l-Ministru jindika kemm qed jikkalkula li ġejja tiswa jew kemm ġiet tiswa l-amalgamazzjoni ta' Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jkunx aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu, kull ma nista ngħid hu li ma ġiet tiswa xejn anzi l-probabilità hi li ġew iffrankati flus li potenzjalment kienu jintefqu fis-settur amministrattiv u finanzjarju kif ukoll f’servizzi komuni waqt li s-sinerġija tpoġġi lil Transport Malta f’pożizzjoni aħjar fix-xiri ta’ servizzi.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24888 u 24410 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-snin 2008, 2009 u 2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Papers Laid 1 - PQ 25574.xlsPapers Laid 2 - PQ 25574.xlsPapers Laid 3 - PQ 25574.xls
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk investigax l-asserzjonijiet li saru mill-Onor. Alfred Sant fit-28 ta' Marzu 2011, waqt id-dibattitu parlamentari dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Huwa dmir tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna li jinvestigaw l-allegazzjonijiet, u huwa dmir ta’ min jagħmel allegazzjoni li jressaq l-istess lil dawn l-istituzzjonijiet.
Sptar Mater Dei — receptions - kuntratt ma' kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-kuntratt li l-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha mal-FMS, hemm klawsola li tgħid li kull min irid jagħmel xi reception fl-Isptar Mater Dei bilfors irid juża s-servizzi ta' din l-istess kumpanija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi m’għandha l-ebda kuntratt mal-kumpanija msemmija. Il-Kuntratt għall-catering għall-impjegati u ħaddiema ġewwa l-Isptar Mater Dei huwa mal-konsorzju QCRS - Quality Catering & Retail Services Limited. Il-kumpanija msemmija hija membru fi ħdan dan il-konsorzju.
Bħala punt ta’ kjarifikazzjoni, ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li n-natura ta’ dan il-kuntratt huwa wieħed ta’ service concession u għalhekk il-konsorzju jħallas lill-Gvern concession fee.
Il-Kuntratt msemmi għandu klawsola li tgħid li servizzi ta’ catering ġewwa l-Isptar Mater Dei għandhom jingħataw minn dan il-konsorzju jew minn kuntratturi oħra approvati minn dan l-istess konsorzju.
Sptar Mater Dei — ilmenti mill-istaff lill-management
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu ilmenti mill-istaff lill-management tal-Isptar Mater Dei fuq is-servizz li qed jingħata fil-canteen tal-istess sptar? Jista' jgħid meta tressaq kull ilment, dwar xiex kien kull ilment u x'azzjoni ttieħdet dwar kull ilment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Qormi — Triq Dun Ġwann Cilia - aċċess għat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux pjanijiet li tittieħed azzjoni biex ikun hemm aċċess għat-traffiku fi Triq Għar Ram f'Ħal Qormi u dan bil-għan li r-residenti li jgħixu fil-parti ta' fuq ta' Triq Dun Ġwann Cilia jkollhom aċċess iktar faċli u sigur għar-residenzi tagħhom meta jkunu bil-vetturi tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta m'għandha xejn ippjanat f'dan ir-rigward.
Transport Malta — Chief Officers - pakkett finanżjarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentari li qed jingħataw iċ-Chief Officers u d-Diretturi ta' Transport Malta, filwaqt li jindika min huma dawn l-uffiċjali, l-età tagħhom u l-kwalifiki akkademiċi li għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 16709 u 16367. Rigward it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 16367 kien hemm din il-varjazzjoni, fejn is-Sur Simon Grima laħaq flok s-Sur Martin Attard Montalto u Sur Ivan Sammut flok is-Sur Lino Vassallo.
Ninsab infurmat li l-kwalifiki jvarjaw minn ACCA; BA (Hons); BVQI Certificate of Achievement Lead Auditor; CPA; B.S.C.; MSC, UB.Mechanical Engineer. L-etajiet ivarjaw bejn t-30 u 64 sena.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konferenzi organizzati minn Transport Malta matul l-2008, l-2009 u l-2010 sena b'sena? Jista' jgħid id-dati ta' meta saret kull konferenza, x'kienet it-tema ta' kull konferenza u kemm kien hemm parteċipanti? Jista' jgħid kull fejn kienet organizzata kull konferenza u kemm kienet l-ispiża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22422, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li fl-2010 mietu b'suwiċidju jew permezz ta' overdose sa tliet xhur qabel id-data tal-mewt tagħhom, kienu qed iservu sentenza ta' priġunerija fil-ħabs ta' Kordin? Jista' jgħid jekk minn dawk li mietu b'suwiċidju kienx hemm min kien reġistrat bħala drug addict?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22422, ninsab infurmat illi kien hemm persuna li mietet fis-27 ta' Marzu 2010 kawża ta' overdose li tlett xhur qabel kienet qed iservi sentenza ta' priġunerija u kien hemm persuna oħra li fit-23 ta' Frar 2010 neħħa ħajtu ġewwa l-Faċilita' Kottettiva ta' Kordin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru annullamenti, kemm tal-Istat u kemm tal-Knisja bejn l-1990 u l-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-annulamenti reġistrati fir-Reġistru Pubbliku bejn l-1990 u l-2010.
Ta' min jinnota li annulamenti reliġjużi jridu jiġu ratifikati mill-Qorti tal-Appell qabel ma jkunu jistgħu jiġu reġistrati fir-Reġistru Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel fl-2008, 2009 u 2010 sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi tabella li tinkludi l-ammont ta’ flus miġbura f’sisa fuq bejgħ ta’ petrol u diesel qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli tingħata informazzjoni f’dak li jirrigwardja ġbir ta’ VAT peress li d-dikjarazzjonijiet minn persuni reġistrati li jbigħu petrol u diesel jinkludu VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel fl-ewwel tliet xhur tal-2009 u fl-ewwel tliet xhur ta' 2010 b'mod rispettiv?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25559.
L-informazzjoni dwar is-Sisa miġbura fl-ewwel xhur ta’ l-2009 u l-2010 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Single mothers u persuni bla xogħol — assistenza soċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iż-żieda fin-nefqa fuq assistenza soċjali matul l-2010 u kemm minn din iż-żieda fin-nefqa kienet fuq benefiċċji għal single mothers u kemm minn din iż-żieda kienet dovuta għal persuni bla xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul is-sena 2010, iż-żieda fin-nefqa fuq assistenza soċjali kienet ta’ €6.6 miljuni. Nitlob lil Onor Interpellant jikkunsidra ukoll l-informazzjoni mogħtija fit tweġiba għal mistoqsija Numru 25251.
Iż-żieda fin-nefqa fuq assistenza soċjali għal
single mothers
fl-2010 kienet ta’ madwar €1,184,664 filwaqt li n-nefqa fuq assistenza soċjali għal persuni bla xogħol (kemm dawk li qed jirreġistraw kif ukoll dawk li jiddikjaraw li ma jifilħux jaħdmu) kienet ta’ ftit anqas minn €4.8 miljuni.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kif kienu komposti l-bordijiet kollha tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn kemm ilha mwaqqfa? Min kienu l-membri ta' kull bord u f'isem min kien kull membru fuq il-bord?
MEPA — Għajnsielem - Belvedere: Triq il-Ħamri - azzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ttiedħdet min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul iż-żmien dwar l-abbużi li twettqu fi proprjetà pubblika li tinsab fi Triq il-Ħamri fl-inħawi tal-Belveder f'Għajnsielem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi filwaqt li l-uffiċjali tal-infurzar kienu qed isegwu mill-qrib żvilupp li kien għaddej biswit il-belveder pubbliku, ma rriżultax li kien hemm xi abbużi li jirrigwardjaw kunsiderazzjonijiet ta' ippjanar fl-area pubblika tal-belvedere ta' Triq il-ħamri. L-iżviluppatur tal-lukanda ta' maġenb il-belvedere irrestrinġa l-aċċess għall-area ta' maġenb il-construction site,. L-Awtorita’ intervjeniet intervjeniet sabiex tordna lil dan l-iżviluppatur ineħħi xi planki u ġebel li kien poġġa fuq din il-parti tal-belveder u li kienu qed ikerrħu l-inħawi u kif jidhru.
Stqarrija tas-Sotto Segretarju tal-Iżvilupp Ekonomiku Taljan fuq l-interconnector
Question
Fid-dawl tal-istqarrija tas-Sotto Segretarju tal-Iżvilupp Ekonomiku Taljan, Stefano Saglia, li l-Italja tista' ma tħallix l-interconnector jiġi magħqud ma' Sqallija, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ftehim li ġie ffirmat bejn iż-żewġ pajjiżi u li jżomm lill-Italja milli tieħu deċiżjoni unilaterali ta' dan it-tip?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta għandha ftehim ma’ Terna, li hija ukoll konsulenta f’dan il-proġett. Dan il-proġett ġie appoġġjat kemm mill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku Taljan kif ukoll mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni f’Malta f’din l-applikazzjoni għall-fondi Ewropej.
Dan barra l-fatt li l-Ministru Frattini ftit wara stqarr li l-pożizzjoni tas-Sig. Scalia mhix il-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Taljan.
Permessi għall-connection tal-interconnector minn awtoritajiet taljani
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-awtoritajiet Taljani ħarġux jew le, il-permessi għall-connection tal-interconnector fi Sqallija? Jekk le, jaħseb il-Ministru li huwa għaqli li ngħataw il-kuntratti u nbdew ix-xogħlijiet fuq dawn il-kuntratti mingħajr ma għadhom ħarġu l-permessi kollha neċessarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proċess għall-ħruġ ta’ permessi neċessarji għadu għaddej. Il-Korporazzjoni Enemalta għamlet numru ta’ laqgħat mal-Awtoritajiet ġewwa Sqallija, biex flimkien jidentifikaw l-aħjar soluzjonijiet sabiex dan il-proċess jiġi implimentat kif stipulat. Dan anke wara l-impenn li wrew kemm l-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-istess Gvern Taljan lejn dan il-proġett.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24774 u jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onoervoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet 14257, 15954, 16711 u 24890, ngħarrfu li n-numri ta' membri fuq dawn il-Bordijiet ma nbidilx għalkemm matul iż-żmien kien hemm bdil biss ta' numru ta' persuni li jservu fuq il-bordijiet.