Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC — konsulenza minn kumpaniji ta' avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat il-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2010, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħallset l-ammont ta’ €2,620.30 lill-kumpanija Ganado Sammut Advocates għal servizz ta’ konsulenza legali.

Enemalta — konsulenza minn kumpaniji ta' avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat il-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Sedqa — konsulenza minn kumpaniji ta' avukati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu b’mod separat il-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lill-Aġenzija Sedqa matul is-sena 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali għandha kuntratt għal servizz ta’ avukati (li kien ingħata b’tender) mal-kumpanija Ganado Sammut and Associates. L-aġenzija Sedqa li tagħmel parti mill-Fondazzjoni taqa’ taħt l-istess kuntratt li għandha l-Fondazzjoni u fis-sena 2010 ħallset total ta’ €13,609.02 għal dan is-servizz.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-snin 2008, 2009 u 2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jghid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25574.

Enemalta — taħriġ ta' ħaddiema mal-kumpanija BWSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta s'issa bagħtitx l-inġiniera u l-ħaddiema tagħha għal taħriġ mal-kumpanija BWSC dwar it-tħaddim tal-estensjoni tal-power station f’Delimara, skont kif stipulat fil-kuntratt iffirmat mal-istess Korporazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu l-inġiniera u l-ħaddiema mibgħuta għal dan it-taħriġ? Meta intbagħtu? Kemm dam dan it-taħriġ? Fejn sar dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti każ b’każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ taħriġ lill-inġiniera u l-ħaddiema mal-kuntrattur dwar it-tħaddim tal-estensjoni tal-power station ġewwa Delimara għaddej kif stipulate. Il-Korporazzjoni tħoss li mhux prudenti tagħti dettalji ta’ min qed jagħmel it-taħriġ.
Leg 11 PQ #25915 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta' konsulenti — servizzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ konsulenti jew kumpanniji ta’ konsulenti, lokali jew barranin, li l-uffiċċju tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f’kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Ministeru għandhu bżonn jiġbor din l-informazzjoni mingħand id-dipartimenti u l-Entitajiet kolha li jaqgħu taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.

Lista ta' konsulenti — servizzi u ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6444.

Lista ta' konsulenti — servizzi u ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Lista ta' konsulenti — servizzi u ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Qasam tal-manifattura — tnaqqis tal-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ imprendituri fil-qasam tal-manifattura li naqqsu l-impjegati tagħhom matul l-2008, 2009 u 2010, sena b’sena b’mod separat? Tista' tgħid minn liema settur kienu ġejjin? Kemm kienu l-impjiegi involuti settur b’settur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24410 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-snin 2008, 2009 u 2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25574.
Leg 11 PQ #25808 Sitting 354 2011-05-31 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — ħaddiema seconded

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu mal-Gvern li ġew seconded mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hemmx persuni jaħdmu mal-Gvern li ġew seconded mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-2008 sal-lum.

Air Malta — ħaddiema seconded

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu mal-Gvern li ġew seconded mal-Air Malta mill-2008 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi m’hemmx ħaddiema li ġew seconded mal-Airmalta mill-2008 sal-lum.

Sptar Mater Dei — Crisis Intervention Team

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Crisis Intervention Team fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'inhu l-rwol ta' dan it-tim? Jista' jgħid kemm huma l-membri ta' dan it-tim u x'inhu l-grad tagħhom? Jista' jagħti l-ismijiet tal-impjegati f'dan it-tim? Jista' jgħid minn fejn qed jopera dan it-tim? Jista' jgħid kemm-il każ tratta dan it-tim?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat hekk: 1. Il- Crisis Intervention Team beda jopera b’servizz limitat fis-6 ta’ Dicembru 2010. 2. Il- Crisis Intervention Team joffri servizz ta’ l-ewwel għajnuna u support mhux fit-tul għal pazjenti, kif ukoll il-familjari tagħhom, li jkunu għaddejin minn emerġenza psikjatrika. Dawn in-nies ikunu esperjenzaw deterjorament konsiderevoli fl-istat mentali tagħhom, u jistgħu ikunu f’periklu imminenti li jiddaħħlu għall-kura ġewwa sptar jew facilità psikjatrika. L-għan tat- team huwa li, permezz ta’ kura intensiva għal massimu ta’ 3 ġimgħat, kemm jista jkun jiġi evitat il-bżonn li pazjent jiddaħħal l-isptar għall-kura. Madanakollu, jekk persuna xorta jinħtiġilha tiddaħħal l-isptar, it- team jiffaċilita dan biex isir bl-aktar mod dinjituż għall-pazjent. 3. Il- Crisis Intervention Team huwa magħmul minn 8 persuni li jokkupaw dawn il-karigi. 4 Registered Mental Nurses 1 Staff Nurse 2 Psikologi (10 siegħat kull wieħed kull ġimgħa) 1 Social Worker 4. Il- Crisis Intervention Team qiegħed jopera mill-Isptar Mater Dei minn klinika biswit id-Dipartiment tal-Emerġenza u s- Psychiatric Out Patients rispettivament. Minn hawn isiru assessments u follow-ups tal-pazjenti. 5. Sa nofs Mejju il- Crisis Intervention Team ittratta 203 pazjent.

Delimara — ġarr ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-arranġamenti li kellhom isiru biex jiġi esportat l-iskart li se jibda jipproduċi l-impjant il-ġdid f'Delimara meta jibda jopera? Fejn se jiġi esportat? Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa l-ġarr u d-depożitar ta' dan l-iskart barra mill-pajjiż?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tender biex tipprovdi s-servizzi ġiet ippubblikata u l-proċess għadu għaddej. Minħabba dan, mhux prudenti li jintqalu d-dettalji mitluba.

BWSC — parir mogħti mill-Avukat Ġenerali

Question

Fid-dawl tal-fatt li xhur sħaħ ilu f’din il-Kamra, l-Ministru, meta mistoqsi x'passi ħa l-gvern biex jimponi multa fuq il-BWSC peress li din ħbiet dettalji meta ma ddikjaratx li l-kumpaniji li kienu se jaħdmu għaliha kienu involuti f'każi ta' korruzzjoni, kien wieġeb li l-Avukat Ġenerali intalab għall-opinjoni fuq din il-materja, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kien il-parir mogħti mill-istess Avukat Ġenerali u x’passi ttieħdu fuq il-bażi ta’ dan il-parir?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #25802 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — scanned drawings ta' permessi preċedenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħda titlob li fuq siti fejn issir applikazzjoni ġdida, u jkun hemm permessi preċedenti, jiġu scanned drawings tal-permessi preċedenti anke ta' daqs A1, u dan minkejja li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha records ta' permessi u pjanti approvati fil-files? Għaliex qed isir hekk? Jista' jikkonferma li dan kollu qed joħloq spejjeż ġodda u żejda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħda titlob li fuq siti fejn issir applikazzjoni ġdida, u jkun hemm permessi preċedenti, jittellgħu skanjati, fuq is-sistema tal-informatika ta' l-istess Awtorità, il-pjanti tal-permessi preċedenti anke ta' daqs A1 sabiex ikun hemm l-informazzjoni kompluta meħtieġa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni. Dan sabiex jiġi faċilitat il-proċess tal-applikazzjoni għal benefiċċju kemm tal-applikant kif ukoll tal-Awtorità. Din tapplika għall-permessi li mhumiex diġa fuq is-sistema elettronika, ċioe' għal applikazzjonijiet li ġew sottomessi qabel l-1 ta' Jannar 2007. Ninforma wkoll li qabel ma daħlet fis-seħħ is-sistema elettronika kien jintalab kopja ta' permessi preċedenti u l-pjanti approvati.
Leg 11 PQ #25803 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Detention Services — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-ħaddiema tad-Detention Services mhux se jibqgħu kkunsidrati bħala każwali temporanji?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema ingaġġjati mis-Servizz ta’ Detenzjoni huma regolati mill-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-applikazzjonijiet li taħtha ġew ingaġġjati u mil-liġijiet ġenerali applikabbli dwar impjieg u xogħol. Infurmat ukoll li qed jittieħdu passi biex ikun assigurat li, f’kull waqt, il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema jkunu konsistenti ma' dawn il-Liġijiet.

Taxxa tad-Dħul — Skema Reduction of Penalties and Interest

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar każ ta' persuna li bbenefikat mill-iskema Reduction of Penalties and Interest tat-taxxa tad-dħul?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 25198.