Tista' l-Ministru tgħid min huwa/min huma l-kuntrattur/i li qed jagħmlu xogħol/xogħlijiet fuq dawn il-proġetti f’Għawdex - Villa Rundle, il-bus terminus il-ġdid u l-promenade taż-Żewwieqa? Kemm huwa l-valur ta’ kull biċċa xogħol b’mod separat? Kemm huwa maħsub li se jiġi jiswa b’kollox kull wieħed minn dawn il-proġetti? Xi ħlasijiet saru s'issa lill-kuntrattur/i involuti fuq kull proġett b’mod separat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 26289.

Jista' l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim mas-sidien tal-pompi tal-petrol biex jingħataw żieda fil-commission? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan il-ftehim u kemm tammonta din iż-żieda? Jista' jgħid x'inhuma eżatt il-commitments li s-sidien intrabtu bihom? Jista' l-ftehim imsemmi jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari hija identika kelma b’kelma għall-mistoqsija numru 26286 imressqa mill-Onorevoli Gino Cauchi u mwieġba f’seduta 350.
Għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għaliha.

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol — konsulenza minn kumpaniji ta' avukati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat il-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lil Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol matul is-sena 2010 ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Matul is-sena 2010, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ħalset €22,619.56 lil Aequitas Legal.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — konsulenza minn kumpaniji ta' avukati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat il-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi matul is-sena 2010 ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 24516, inżid ukoll li matul l-istess sena ngħata servizz legali mill-kumpaniji u individwi kif ġej:
Borg Associates €236.00
Dr Anne Marie Bisazza €1.390.84
Jean Pierre Busuttil PL €232.96

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24759 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Taħriġ u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’liema lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex hawn housing estates li ma nbnewx mill-Awtorità tad-Djar u meta nbena kull housing estate? Kemm huwa n-numru ta’ units f’kull housing estate? Kemm minn dawn il-units huma b’kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, housing estate b’housing estate?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

ID Card elettronika — informazzjoni medika, bankarja u informazzjoni sensittiva
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ċittadin hux se jkollu d-dritt li ma jpoġġix informazzjoni medika, bankarja jew informazzjoni sensittiva oħra fl-ID card elettronika tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Kull deċiżjoni li tista tittieħed f'dan ir-rigward - u sa issa ma ttieħdu ebda deċiżjonijiet - ikunu żgur f'rispett sħiħ tad-drittijiet tal-individwu u l-ħarsien sħiħ tal-liġi dwar il-privatezza tad-data. Fi kwalunkwe każ, it-tendenza tkun l-e-ID card tkun information access enable aktar milli information storage device.

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, tal-Awtorità Maltija għall-Istandards u tal-Laboratorju Nazzjonali humiex se jkunu integrati kollha mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex se jżommu l-istess kundizzjonijiet ta’ bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, tal-Awtorità Maltija għall-Istandards u tal-Laboratorju Nazzjonali se jkunu integrati kollha bil-kundizzjonijiet li għandhom illum mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni li għandhom illum mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.

kamra taħt il-Monument tal-Ħelsien — servizz tal-provvista tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li nqata' s-servizz tal-provvista tal-ilma fil-kamra taħt il-Monument tal-Ħelsien u li tintuża minn voluntier għall- manutenzjoni tal-istess monument? Jekk huwa minnu, jistgħu l-awtoritajiet jirrikonsidraw il-pożizzjoni tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25807.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-uffiċini ċentrali ġodda tal-Arms Ltd fil-Blata l-Bajda? Xi spiża saret s'issa fuq dawn ix-xogħlijiet? Meta Arms Ltd se tibda topera minn dawn l-uffiċini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fi ħdan l-uffiċini l-ġodda ġewwa Gattard House, għaddej kif ippjanat.
L-ispiża mħallsa s’issa kienet ta’ €11,054.60. Din il-figura tinkludi l-iżgombrar li sar fil-post, kif ukoll l-ispejjeż tal-perit u l-inġinier. Sar ukoll depożitu ta’ €210,000 lil Kalaxlokk Ltd għax-xogħlijiet li qed isiru.
Huwa maħsub li dawk l-uffiċini li joffru s-servizz lill-pubbliku, se jkunu qed joperaw minn Gattard House sal-aħħar ta’ dan is-sajf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ uffiċini miftuħa f’lokalitajiet differenti sal-lum minn Arms Ltd? Fejn huma dawn l-uffiċini? X’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ? Kemm kienet l-ispiża fuq kull wieħed minn dawn l-uffiċini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ARMS Ltd għandha l-uffiċċji tagħha ġewwa Ħal-Luqa, filwaqt li għandha ieħor ir-Rabat Għawdex. Barra minn hekk, f’dawn l-aħħar ġranet bdiet topera servizz ta’ counter mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Minbarra li għaddej ix-xogħol ġewwa Gatthard House, Blata l-Bajda, biex l-uffiċċji ta’ Ħal Luqa jiġu rilokati għal hemmhekk, ARMS Ltd qed taħdem ukoll biex tiftaħ counters oħra ġewwa kunsilli lokali oħrajn.