Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ moniteraġġ jinżamm min-naħa tal-gvern dwar l-immigranti irregolari li jinstabu jsofru mit-TB, mill-HIV, mill-Hepatatis B u mill-Hepatitis C?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta persuna tinstab li għandha TB, isir assessjar jekk hijiex infettiva. Jekk din tkun infettiva tinżamm ġo kamra apposta fl-Isptar Mater Dei. Il-każijiet kollha ta TB jingħataw t-trattament li hemm bzonn. Fil-kaz ta-TB l-individwu jiġi sorveljat ta' kuljum biex jiġi zgurat li jkun qed jieħu b'mod regolari it-trattament meħtieġ. Persuni li jkunu f’kuntatt ma’ persuna infettiva jiġu iċċekjati u jingħataw trattament skont il-bżonn.
Każijiet ta Hiv, Hep B u Heb C jingħataw it-trattament li hemm bżonn u jingħataw informazzjoni dwar trasmissjoni ta dan il-mard biex ma jgħadduhiex lil ħaddiehor.
Persuni refuġjati — nies bi protezzjoni umanitarja temporanja
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn sal-aħħar t’April 2011, persuni refuġjati, nies bi protezzjoni umanitarja temporanja u nies li qed ifittxu ażil, li qed jaħdmu f’pajjizna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont l-informazzjoni li għandha Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni refuġjati, nies bi protezzjoni umanitarja temporanja u nies li qed ifittxu ażil li kienu qed jaħdmu f’pajjiżna fl-aħħar t’April 2011 kien ta’ 795.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ immigranti illegali li kienu għadhom Malta fi closed centres u f’open centres, b’mod separat, fl-aħħar t’April 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' immigranti li kienu daħlu f'Malta irregolarment u li kienu għadhom f'Malta fiċ-Ċentri Magħluqa u fiċ-Ċentri Miftuħa sal-aħħar t'April 2011 kien ta' 1048 u 2294 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena, każi li fihom ġew rapportati bħala nieqsa immigranti irregolari li kienu miżmuma fil-faċilitajiet li hawn madwar il-pajjiż u li fihom jinżammu dawn l-immigranti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' każijiet li fihom ġew rapportati bħala nieqsa immigranti irregolari li kienu miżmuma fil-faċilitajiet ta' detenzjoni li hawn madwar il-pajjiż u li fihom jinżammu dawn l-immigranti huwa kif inhu elenkat hawn taħt:
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pulizija intalbet tinvestiga abbużi fil-proviżjoni tad-dawl u l-ilma f’binja li tinsab fit-Triq Victor Denaro, fl-Imsida ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x’passi ttieħdu sal-lum u jekk hemmx il-ħsieb li jittieħdu passi ulterjuri fil-futur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi dan il-każ għadu qed jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Korporazzjoni Enemalta lestietx ir-reorganizational plan b’rabta mal-għeluq tal-Power Station tal-Marsa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk il-unions kenux informati bih u x’tip ta’ reazzjonijiet daħlu s'issa? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu mhux lest, jista' jgħid sa meta se jkun lest dan ir-reorganizational plan, min qed jaħdem fuq it-tħejjija tiegħu u min kien ikkonsultat s'issa ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant illi ir-reorganisational plan għadu qiegħed isir. Fil-proċess, kull stakeholder jiġi inkluż fid-diskussjoni relevanti. L-għan tal-Korporazzjoni huwa li tkompli taġġorna lilha nfisha għall-ħtiġijiet tal-lum, biex topera b’mod aktar effiċjenti u li tilħaq l-aspetattivi tal-konsumatur. Dan l-istudju jirrikjedi informazzjoni u pjan li jinvolvi kull dipartiment fil-korporazzjoni u aktar dettalji ma jkunx prudenti li jingħataw f’dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid min stabbilixxa ċ-ċifra ta' €25 miljun bħala spiża li trid tintnefaq fuq upgrading ta' pompi tal-petrol? Jista' jgħid kif ġiet stabbilità din iċ-ċifra u jekk din ġietx kollaborata ma' stimi oħra? Jista' jgħid x'ġara mill-fond li kien twaqqaf mill-Korporazzjoni Enemalta biex suppost jagħmel tajjeb għal din l-ispiża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari hija identika kelma b’kelma għall-mistoqsija numru 26287 imressqa mill-Onorevoli Gino Cauchi u mwieġba f’seduta 350.
Għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għaliha
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-operatur tal-open top buses f’Ghawdex għandux dritt li jkollu venda fil-port tal-Imġarr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta ta' trasport għat-turisti f'Għawdex li ġiet stabbilita minn Transport Malta, għandha l-punt ta' tluq u ritorn tagħha fl-Imġarr, f'Għawdex u għalhekk kull operatur awtorizzat minn Transport Malta biex jagħti servizzi regolari lill-passiġġieri fuq din ir-rotta għandu d-dritt li jagħmel użu minn dan il-punt ta' tluq u ritorn.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex se jinbidel il-meter tat-taxis f’Għawdex meta dan kien diġà inbidel erba' snin biss ilu ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kemm it-taxis ta' Malta, kif ukoll dawk t'Għawdex irid jinbidlilhom it-taximeter u dan sabiex ikun konformi mal-provedimenti tar-Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi (Avviż Legali 369 tal-2010, kif emendat); kif ukoll mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal Tagħmir Periferali għat-Taxis li ġew ippublikati skont l-istess Regolamenti, li fost oħrajn jistabbilixxu li t-taximeter għandu jkollu apparat li jippermetti l-istampar ta’ riċevuti fiskali, kif ukoll il-kapaċità li jinterfaċċa mal-apparat li jissorvelja; kollha funzjonijiet li t-taximeters preżenti m’għandhomx il-kapaċità li jagħmlu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni tal-gvern li taxi tinbidel wara 15-il sena, hijiex deċiżjoni tal-gvern waħdu jew jekk hijiex marbuta ma' regolamenti tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-obbligu li vettura tal-għamla taxi ma tiġġeddiliex il-liċenzja tagħha jekk din tkun laħqet ħmistax-il sena mid-data tal-manifattura tagħha joħroġ mir-regolament 23 subinċiż 3 tar-Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi (Avviż Legali 369 tal-2010, kif emendat), li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2010 wara konsultazzjoni wiesgħa mas-settur u mal-pubbliku. Din id-deċiżjoni, għalkemm ma toħroġ minn ebda obbligu tal-Unjoni Ewropea, hija intiża sabiex il-flotta tat-taxis f'Malta tinżamm ta' età baxxa, kemm fl-aħjar interess tal-kwalità tas-servizz li jingħata, kif ukoll biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet u b’hekk jiġi mħares l-ambjent f’pajjiżna.
Għoti ta' permessi għall-inġenji — nuqqas ta' spazju
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-gvern għall-għoti ta’ permessi biex inġenji kbar jinżammu fi btieħi? Jista' jgħid jekk hux qed jirriżulta li qed tinħoloq problema li minħabba nuqqas ta’ spazju fejn jinżammu inġenji ta’ dan it-tip, qed ikun hemm ipparkjar tagħhom b’mod illegali fit-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, l-Ministeru tiegħi mhux responsabbli għall-ħruġ ta’ permessi biex inġenji kbar jinżammu fi btieħi u għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Fir-rigward ta’ vetturi pparkjati b’mod illegali fit-toroq, ninsab infurmat li Transport Malta ma jirriżultalhiex li hemm xi pparkjar illegali iżda jekk l-Onorevoli Interpellant huwa konsapevoli ta’ xi pparkjar illegali, nitolbu jinforma b’dan lill-Pulizija biex jitteħdu l-passi neċessarji.
Immigranti irregolari — TB, HIV, Hepatatits B u Hepatitis C
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ immigranti rregolari li fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena instabu li kienu qed isofru mit-TB, mill-HIV, mill-Hepatatits B u mill-Hepatitis C separatament ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont in-notifikazzjonijiet mibghuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ immigranti irregolari li nstabu jsofru mit-TB, mill-HIV, mill-Epatite B u Epatite C għas-snin imsemmija hija hekk:
2004
2005
2006
2007
2008
2009
2010
HIV
1
6
9
9
15
8
9
Tuberkulożi
10
15
15
24
38
31
24
Epatite B
-
-
3
1
4
9
4
Epatite C
-
2
1
-
1
2
3
Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur — operat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn fejn se tkun qed topera l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li sa kemm jinstab post alternattiv id-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, u l-Awtorità Maltija għall-Istandards sejrin jopperaw mill-post li jinsabu fih illum. Nisperaw li fl-inqas żmien possibli jinstab post adekwat biex l-awtorità topera minn post wieħed.

Aircraft Maintenance Technician Course — on job training
Question
B'referenza għall-kors tal-MCAST Aircraft Maintenance Technician Course, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid jekk tafx li dan kien l-ewwel kors ta’ din ix-xorta li sar full-time u filwaqt li lill-istudenti fil-korsijiet għall-istess kwalifiki li saru part-time qed jinstabilhom on job training, lill-istudenti tal-kors full-time ma nstabilhomx? Taf li mingħajr dan l-on job training l-istudenti ma jistgħux jieħdu l-liċenzja ta’ Aircraft Maintenance CAT B 1.1 Technician li għalih għamlu l-kors u li jekk dan it-training ma jiġix provdut l-istudenti jkunu ħlew sentejn? Tista’ tispjega għaliex intnefqu fondi mill-Unjoni Ewropea fuq kors li jidher li m'hu se jwassalhom imkien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja dwar it-taħriġ fl-avjazzjoni (EC2042/2003 Part-66 klawsola 66.A.30 (a), 2) jispeċifikaw li sabiex iġġib liċenzja B1.1 mingħand l-awtorita’ kompetenti tal-istat membru, l-applikant jeħtieġlu numru ta’ snin ta’ taħriġ.
(i) Ħames snin esperjenza prattika fuq ajruplani jekk l-applikant ma jkollu l-ebda taħriġ tekniku relevanti, jew
(ii) Tliet snin esperjenza prattika fuq ajruplani jekk l-applikant jkun irċieva taħriġ ikkonsidrat relevant mill-awtorità kompetenti, jew
(iii) Sentejn esperjenza prattika fuq ajruplani jekk l-applikant jkun segwa kors approvat taħt Part -147 mill-awtorità kompetenti
Fil-każ ta l-istudenti
full-time
fuq il-korsijiet B1.1 u B2, dawn ikunu ħadu taħriġ ikkunsidrat relevanti mill-awtorità kompetenti u għaldaqstant ikun jeħtiġilhom tliet snin esperjenza prattika. Meta l-MCAST joffri dan il-kors bl-esperjenza prattika ta’ sena, dan jieħu tliet snin u mhux sentejn u xorta waħda kull applikant ikollu juri tliet snin esperjenza bħala total qabel ikun eliġibli għall-liċenzja.
Għaldaqstant huwa ċar li l-ebda kors kemm jekk huwa taħt apprendistat kif ukoll jekk le, ma jwassal direttament għall-eliġibiltà tal-liċenza qabel mal-istudent effettivament jibda jaħdem. Il-Kulleġġ qatt ma kellu r-responsabbiltà li jsib xogħol għall-istudenti li jtemmu l-kors tagħhom.
Għalhekk, m’huwiex korrett li jintqal li dawn l-istudenti segwew kors li ma jwassal imkien. Kuntrarjament, hekk kif spjegat hawn fuq, dan il-kors huwa parti integrali mir-rekwiżiti għall-ksib tal-liċenzja msemmija.

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu multi għal rimi illegali ta' skart f'Għawdex bejn l-2004 u l-2010, sena b'sena b'mod separat? Jista' jagħti d-dati meta seħħ kull każ? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti l-ksur tal-liġi f'kull każ? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' kull multa? Jista' jagħti l-ismijiet tal-kumpaniji/individwi involuti f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li tajt f’ Mistoqsija Parlamentari 26290.
Tista' l-Ministru tgħid minn fejn qed tinġieb il-materja prima għall-proġett ta' Villa Rundle? Xi kemm huwa maħsub li jkun il-valur sħiħ ta' din il-materja prima għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 26288.