Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25918 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25573 u jindika l-projected surplus/deficit ta’ Transport Malta għat-tliet snin li ġejjin, sena b'sena ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Persuni li ħadu promozzjoni jew inbidlilhom ix-xogħol fil-Ministeru
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25570 u jgħid min huma l-persuni fil-Ministeru, awtoritajiet, aġenziji, korporazzjonijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħu li ħadu promozzjoni u/jew inbidlitilhom id-designation tax-xogħol tagħhom mis-sena 2008 sal-lum ? Jista' jindika s-salarju, il-pożizzjoni u l-benefiċċji li kellu/kellha qabel il-promozzjoni u wara l-promozzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar promozzjonijiet fil-Ministeru tiegħi mill-bidu ta' din il-leġislatura.
Anzjani residenti fid-Dar tal-Mellieħa — mistoqsijiet rigward ir-referendum dwar id-divorzju
Question
In vista tar-rapporti fil-gazzetta "Malta Today" li dakinhar tar-referendum dwar id-divorzju kien hemm mill-anqas persuna waħda, identifikata bħala supervisor, li bdiet tistaqsi lill-anzjani residenti fid-Dar tal-Mellieħa dwar il-fehma tagħhom dwar id-divorzju qabel jittieħdu jivvotaw, u in vista tal-fatt li l-Kummissarju Elettorali ġie rapportat li ra abbużi u li intervjena, jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk ġewx identifikati l-persuna/persuni involuti;
b) x'passi ttieħdu fil-konfront tagħhom; u
ċ) jekk hux se ssir investigazzjoni dwar dawn ir-rapporti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena, mill-2004 'l hawn kemm intnefqu b’mod globali flus relatati ma’ spejjeż fuq għamara, pitturi, ornamenti, sufani, purtieri, linef, tapiti, fjuri u pjanti, xogħol ta’ tibjid, xogħol ta’ tikħil, xogħol ta’ tqegħid ta’ madum u rħam, xogħol relatat mal-provista tad-dawl u ta’ l-ilma u xogħol ta’ restawr fuq il-bini minn barra tal-Berġa ta' Kastilja? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż fuq kull item indikat ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi sabiex din l-informazzjoni tinġabar trid issir b’ mod manwali u għaldaqstant tirrikjedi ħafna xogħol. Madankollu jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’infomazzjoni partikolari jista’ jagħmel dan bil-libertà kollha u tingħatalu l-informazzjoni li hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern għall-għoti ta' permessi biex inġenji kbar jinżammu fi btieħi? Jista' jgħid jekk hux qed jirriżulta li qed tinħoloq problema li minħabba nuqqas ta' spazju fejn jinżammu inġenji ta' dan it-tip, qed ikun hemm ipparkjar tagħhom b'mod illegali fit-toroq?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti irregolari li daħlu f'pajjiżna fl-2010? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin? X'kienet l-età tagħhom? Kemm minnhom kienu maskili u kemm minnhom kienu feminili? Jista' jagħti d-dati meta kien reġistrat dħul ta' immigranti irregolari f'pajjiżna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22772, ninsab infurmat illi minn dawk is-47 immigrant irregolari li daħlu f'Malta, kien hemm 28 Somalu li kienu daħlu fit-18 ta' Lulju 2010 u kien hemm ukoll 3 Libjani u 16 Eġizzjani li kienu daħlu fis-17 ta' Settembru 2010.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi u miżuri ttieħdu sabiex ikun sorveljat id-distribuzzjoni tad-dmirijiet tal-membri tal-Korp tal-Pulizija bix-shift b'mod ġust u ekwu u biex ikun żgurat ukoll li dawk id-dmirijiet li jġibu magħhom benefiċċji jew rimunerazzjoni addizzjonali jiġu mqassma b'mod ekwu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi il-membri tal-Korp jaħdmu fuq xift ta’ madwar 46 siegħa fil-ġimgħa u jieħdu ġurnata frank kull tlett ijiem, wara li jkun ħadmu ta’ bil-lejl (9.00pm – 5.00am), l-għada wara nofs inhar (1.00pm – 9.30pm) u l-ġurnata ta’ wara ta’ filgħodu (5.00am – 1.30pm). Ix-xift jinkorpora fih ukoll żewġ sessjonijiet ta’ 4 sigħat fix-xahar ta’ taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija u ma jinbidilx jekk mhux f’każijiet eċċezzjonali. B’hekk il-membri tal-Korp ikollhom ix-xogħol tagħhom imqassam b’mod ġust u anke’ li jkunu jafu kif imisshom jaħdmu sa minn żmien qabel.
Barra minn hekk, id-Distretti u Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija huma taħt inkarigu ta’ Assistanti Kummissarji, li fost id-doveri l-oħra, għandhom id-dmir li jaraw illi t-tqassim tax-xogħol fost il-membri tal-Korp, taħt il-kmand tagħhom, isir b’mod ġust u ekwu. Hemm ukoll il-Maġġuri li huma direttament inkarigati mit-tqassim tax-xogħol tal-ġurnata u huma wkoll fid-dmir u d-dover li x-xogħol jitqassam sew fost il-membri tal-Korp.
Malta Police Association — ħlasijiet lill-ex membri tal-korp
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim dwar ħlasijiet li qed ikun diskuss mal-Malta Police Association, hux se jkun japplika ukoll għal ex-membri tal-korp? Jekk le, dawn l-ex membri tal-korp kif se jingħataw dak li huwa tagħhom bi dritt?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26114 u ninsab infurmat li għar-rigward l-ex-membri saru rappreżentazzjonijiet mill-Għaqda Pulizija Pensjonanti.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 25568 u jagħti lista ta' konferenzi organizzati minn Transport Malta matul l-2008, l-2009 u l-2010 sena b'sena? Jista' jgħid id-dati ta' meta saret kull konferenza, x'kienet it-tema ta' kull konferenza u kemm kien hemm parteċipanti? Jista' jgħid kull fejn kienet organizzata kull konferenza u kemm kienet l-ispiża?
Response (GATT, AUSTIN)
Transport Malta bdiet topera fis-sena 2010. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — benefiċċju ta' karozza jew car/fuel allowance
Question
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 25571 u jgħid min huma l-persuni fil-Ministeru, awtoritajiet, aġenziji, korporazzjonijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħu li jgawdu mill-benefiċċju ta’ karozza jew car/fuel allowance ? Jista' jagħti l-mudell ta’ kull karozza, meta nxtrat, il-valur ta' kemm inxtrat u kemm intnefaq flus fuq fuel fuq kull karozza f'dawn l-aħħar disa' xhur? Jista', fil-każ tal-car allowance, jgħid kemm huwa l-ammont ta’ dan l-allowance ? Jista jgħid kemm kienet in-nefqa f’maintenance fuq kull karozza f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti d-deskrizzjoni tax-xogħol ta’ maintenance li sar u f’liema data sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-MCAST ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-MCAST għas-sena 2009.
L-Audited Accounts tal-2010 se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-assi finanzjarji li l-Air Malta għandha ffriżati fil-Libya? Jista' jgħid jekk hemmx xi pjan biex jiġu irkuprati dawn l-assi? Jista' jgħid jekk din l-issue tqajmitx mal-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, x’reazzjoni ngħatat mill-Unjoni Ewropea? Jekk le, għaliex ma nħassx il-bżonn li titqajjem mal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iktar lista aġġornata tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairmen, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallas kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari identika, numru 25309 imressqa mill-istess Interpellant u li ngħatat xahar biss ilu, nhar il-11 ta’ Mejju 2011.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni tal-gvern li taxi tinbidel wara 15-il sena, hijiex marbuta ma' deċiżjoni tal-gvern waħdu, jew jekk hijiex marbuta ma' regolamenti tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.26122.