San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Titjir ta' ajruplani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ħadd 14 t'Ottubru għal ħabta tat-8:45 kien hemm tliet ajruplani jittajru f'altezza għoja waqt li jħallu trail ta' exhaust qawwija warajhom b'linja twila li jibqa' għal ħin twil fl-arja li dehru fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u Mellieħa kif ukoll kien hemm episodju ieħor fl-10:00am u fil-11:30am? Jista' jagħti idenfikazzjoni ta' dawn l-ajruplani u ta' liema għamla huma li qed jittajru fl-ispazju tal-arja ta' Malta u jekk dan it-trail tal-exhaust huwiex ta' detriment għat-tniġġis tal-arja u jekk hux qed isir xi moniteraġġ tagħhom mill-avjazzjoni ċivili?
Response (MARCO, MARIO DE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Rigward l-emissjonijiet mill-ajruplani, meta jkunu fil-għoli ħafna, għandhom effett minimu fuq il-kwalita' tal-arja li tiġi mkejjla fl-aktar parti baxxa tal-atmosfera.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36981 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36979 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Skola Sekondarja Ħaż-Żebbuġ — studenti mill-iskola sekondarja tal-Marsa
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk daħlux għand il-Ministeru, ilmenti dwar l-istat tal-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa? Jekk iva, x'tip ta' ilmenti waslu u x'passi ttieħdu biex jiġu indirizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Kulleġġ San Ġorġ Preca ma rċieva l-ebda lment dwar l-istat tal-iskola sekondarja f’Ħaż-Żebbuġ.
Skola Sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ — interactive whiteboards
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa hemmx interactive whiteboards?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent fl-Iskola tas-Subien ta’ Ħaż Żebbuġ hemm 10 interactive whiteboards.
Tista' l-Ministru tikkonferma li fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa, il-labs tal-Fiżika huma taħt l-art?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-laboratorji tal-Fiżika jinsabu fil-livell tat-triq.
Skola Sekondarja Ħaż-Żebbuġ — Aċċess għall-persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa, hemmx aċċess għall-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskola sekondarja ta’ Ħaż-Żebbuġ hemm l-istess possibilità ta’ aċċessibiltà li kien hemm fl-iskola tal-Marsa, iġifieri li tista’ titpoġġa rampa li diġà hi eżistenti sabiex jidħlu fl-iskola.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — salarju ta' ħaddiema li ġie rivedut darbtejn
Question
Jista' l-Ministru, għal kull dekasteru, jipprovdi lista ta' nies li s-salarju (jeskludi l-performance bonus) tagħhom ġie revedut mill-anqas darbtejn mis-sena 2007 sal-lum? Jista' jinkludi ż-żieda fis-salarju, il-pożizzjoni l-ġdida, id-data ta' meta dan seħħ, min kienu dawk il-persuna/persuni li approvaw u kienu parti minn dan il-proċess filwaqt li jindika jekk kienx hemm call for application?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Rigward il-MITA ninsab infurmat li kull sentejn isir eżerċizzju fejn is-salarji tal-impjegati kollha jiġu evalwati mill-Management u jingħataw rakkomandazzjonijiet rispettivi lill-Kap Eżekuttiv tal-MITA u l-Bord tad-Diretturi.
Dawn ir-rakomandazzjonijiet jirriflettu iċ-ċaqlieq fil-pagi fl-industrija tal-ICT, tibdil li jkun meħtieg fid-dmirijiet marbuta mall-pożizzjonijiet rispettivi, kif wkoll l-esperjenza tal-impjegati fuq livel individwali.
Gżira Home — Raġunijiet tal-għeluq ta' dar tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux se tingħalaq id-dar residenzjali tal-anzjani tal-Gżira? F'każ li se tingħalaq, jista' jagħti r-raġunijiet għala se tingħalaq? Jista' jgħid fejn se jmorru l-anzjani li hemm sal-lum f'din id-dar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37168.
Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — interview għal grad ta' District Manager
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-interview għal grad ta' District Manager fid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali li sar f'Settembru 2012 fejn kienu ġew magħżula erba' persuni kienx hemm xi membru tal-bord li kellu xi forma ta' konflitt ta' interess? Huwa minnu li wieħed mill-membri tal-bord tal-għażla jaf sew lil wieħed mill-magħżula tant li kien jaħdem fl-uffiċċju tiegħu u saħansitra kien xhud fit-tieġ tiegħu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Ononorevoli Interpellant li għal pożizzjoni ta' District Managers ġew magħżula 16-il persuna. Ninfurmah ukoll li tali proċess ta' għażla huwa regolat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36984 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36983 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Peress li l-biodiesel huwa fuel magħmul minn żejt tal-ikel riċiklat u għalhekk il-prezz tiegħu żgur mhux relatat direttament mal-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt li ġej minn fossil fuels bħad-diesel normali, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-prezz tal-biodiesel li huwa ta' inqas ħsara għall-ambjent jogħla kull meta jogħla il-prezz tad-diesel normali? Ma jidhirlux li iżjed nies jistgħu jkunu nkorraġiti jużaw il-biodiesel jekk il-prezz tiegħu jirrifletti il-benefiċċji ambjentali tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li skond l-obligazzjonijiet rikjesti fil-Legal Notice 278/07 u sussegwement l-emendi 426/07; 33/10 u 68/11, il-Korporazzjoni Enemalta tixtri Bio Diesel skond standard internazzjonali biex wara tħaltu mad-Diesel normali. Dawn ir-regolamenti jirrekjedu li għas-sena 2012, 2.5% ta’ l-enerġija użata għat-transport irid ikun Bio Fuel. Dan il-persentaġġ jibqa’ jiżdied sena wara sena biex tintlaħaq l-10% sas-sena 2020.
L-Onorevoli Interpellant jidher li qed jirreferi għal Bio Diesel li jinbiegħ fil-petrol stations u li jikkonsisti f’100% Bio Diesel. Dan il-prodott mhux wieħed mill-prodotti li tbiegħ il-Korporazzjoni Enemalta għaldaqstant ma hiex involuta fil-prezz ta’ dan il-prodott.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm diretturi ġenerali f'Għawdex, min huma, kemm għandhom dipartimenti/uffiċini taħthom, kemm huwa l-istaff compliment li jaqa' taħt ir-responabilità ta' kull direttur ġenerali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu żewġ Diretturi Ġenerali li huma Direttur Ġenerali (Operations) u Direttur Ġenerali (Strategy and Support).
Id-Direttur Ġenerali (Operations) hu responsabbli għad-Direttorat tal-Customer Services, dak tal-Proġetti u Żvilupp u dak għas-Servizzi Korporattivi kif ukoll għall-Back Office Unit, għar-Reġistru tal-Artijiet, għar-Reġistru Pubbliku u għall-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. In-numru ta’ impjegati f’dan id-Direttorat Ġenerali jammonta għal 2,424.
Id-Direttur Ġenerali (Strategy and Support) hu responsabbli għad-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku, dak tal-Eko Għawdex u Żvilupp Reġjonali kif ukoll dak tal-EU Affairs. In-numru ta’ impjegati f’dan id-Direttorat Ġenerali jammonta għal 187.
Jista l-Ministru jghid kemm telqu nies minn ma l-Airmalta bis-somma jew b'post alternattiv s'issa? Kemm ġew impjegati nies part-time? Kemm gew impjegati nies full-time? Kemm-il promotion ingħatat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux se tingħalaq id-dar residenzjali tal-anzjani fil-Gżira - il-Gżira Home? F'każ li se tingħalaq, jista' jagħti r-raġunijiet għala se tingħalaq? Jista' jgħid fejn se jmorru l-anzjani li hemm sal-lum f’din id-dar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li eventwalment, id-dar residenzjali tal-anzjani fil-Gżira se tingħalaq peress li din id-dar għandha bżonn xogħlijiet estensivi. Ir-residenti kollha ta’ din id-dar qed jiġu offruti postijiet alternattivi fi djar oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu f'home tal-anzjani tal-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Waiting list tal-Anzjani tammonta għall-1,165 għad-djar tal-anzjani u 716 għal San Vinċenz. Ta’ min jgħid li f’din il-leġiżlatura il-Gvern żied is-sodod tal-anzjani b’madwar 900 sodda ġdida.
Jista' l-Ministru jagħti lista tas-safar kollu li saru fid-dekasteru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2009 sal-lum? Għal kull safra, jista' jgħid min kienet il-persuna/i li pparteċipaw, il-pożizzjoni tal-persuna, dekasteru/dipartiment, l-iskop, destinazzjoni, kemm ħadu allowance kull persuna, spejjeż oħra relatati mal-vjaġġ, jekk il-vjaġġ hux relatat ma' working group/training/project meeting relatat mal-Unjoni Ewropea, u jekk il-lukanda kenitx mħallsa minn qabel? Jista' jgħid jekk kienx hemm breakfast imħallas minn qabel u jekk kienx hemm lunch/dinner mħallas minn qabel, jekk hux re-imbursed mil-Unjoni Ewropea filwaqt li jindika wkoll kemm damet is-safra? Jista' l-Ministru jagħti lista għal kull individwu li siefer fuq xogħol uffiċjali? Jista' jindika t-total ta’ allowance li ħa flimkien wkoll it-total ta’ ġranet li kien fuq safar? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena, mis-sena 2009 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.