Enemalta — uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card
Question
Jista' l-Ministru jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għall-ewwel tmien xhur tal-2011 u jagħti r-raġunijiet wara kull spiża?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Proġett tal-Baċir Nru.1 f'Bormla jgħid, skont il-kuntratt:
a) meta kellu jibda x-xogħol fuq l-parti tat-Triq ta' Santa Tereża Bormla;
b) meta beda x-xogħol fuq l-istess triq u meta huwa proġettat li jispiċċa; u
ċ) kemm kien stmat li kellu jiswa x-xogħol fuq l-istess triq u jekk hux previst li se jkun hemm over spending u fil-każ kemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-parti tat-Triq ta' Sta Tereża f'Bormla kellu jibda f'Mejju 2011. Ix-xogħol beda għal nofs Mejju 2011 u huwa proġettat li jkunu tlestew il-maġġoranza tax-xogħlijiet lejn l-aħħar ta' Novembru 2011,
L-ispejjeż fuq ix-xogħlijiet ta' din it-triq jiffurmaw parti minn spiża akbar fuq ix-xogħlijiet li qegħdin isiru f'Baċir (East Side), l-ispiża totali hija ta' €2.8 miljun.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Manager tal-Amministrazzjoni intbagħat imexxi d-Diviżjoni tal-Gass, meta din id-Diviżjoni (Korporazzjoni Enemalta) se tgħaddi għand il-privat fi ftit xhur oħra? Kif u meta laħaq fil-grad maniġerjali l-individwu li qed jagħmel ix-xogħol tiegħu bħalissa fil-Marsa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Manager tal-Amministrazzjoni ma ħarġitlu l-ebda nomenklatura biex imexxi d-diviżjoni tal-Gas. Dan intbagħat hemmhekk b’mod temporarju, sakemm il-kumpanija privata, tieħu t-tmexxija totali.
M’hemm ħadd fil-grad ta’
Manager
li bħalissa qed jagħmel xogħolu fil-Marsa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25929, 24759 u 27483 li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Taħriġ u issa ġew riferuti lilu u jgħid f’liema lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex hawn housing estates li ma nbnewx mill-Awtorità tad-Djar u meta nbena kull housing estate? Kemm huwa n-numru ta’ units f’kull housing estate? Kemm minn dawn il-units huma b’kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, housing estate b’housing estate?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26732 u 27482 u jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27488 u jgħid hux minnu li nies li jgħixu fl-inħawi ta' San Ġwann t'Għuxa f'Bormla, bis-servizz il-ġdida tal-Arriva, mhux se jibqgħu jkollhom servizz li jieqaf San Ġwann t'Għuxa u minflok se jibdew ikollhom jinżlu fi Pjazza Gavino Gulia?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26401 u jgħid jekk Tecom Investment humiex qegħdin jonoraw fil-ħin il-pagamenti relatati mal-proġett ta' Smart City?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27479.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Fakultà l-ġdida tal-ICT fl-Università ta' Malta? Kemm se jiġi jiswa u meta huwa mistenni li jkun lest ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa għaddej xogħol fuq l-istruttura prinċipali. Huwa stmat li l-proġett se jiswa’ €17-il miljun. Huwa mistenni li x-xogħol ikun lest sal-aħħar tas-sena 2012.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa tal-boll iżjed minn dik imħallsa mal-kuntratti ta' trasferiment ta' proprjetà bħala riżultat ta' stimi magħmula minn periti tal-gvern fl-2008, 2009, 2010 u fl-ewwel sitt xhur tal-2011? Kemm kien id-dħul tal-gvern minn multi relattivi fl-istess perjodi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern mit-taxxa tal-boll iżjed minn dik imħallsa mal-kuntratti ta' trasferiment ta' proprjetà bħala riżultat ta' stimi magħmula minn periti tal-gvern kien ta’ €103,883.55 fl-2008, €1,241,899.06 fl-2009, €1,924,243.66 fl-2010 u €77,879.62 fl-ewwel sitt xhur tal-2011.
Id-dħul tal-Gvern minn multi relattivi fl-istess perjodi kien ta’ €51,275.11 fl-2008, €446,444.75 fl-2009, €583,668.80 fl-2010 u €21,068.08 fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa intitolat li jieħu l-pilloli tal-cholesterol mingħajr ħlas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċini tal-kolesterol ’statins’ jistgħu jingħataw lil dawk il-pazjenti li għandhom Skeda V għal dawn il-kundizzjonijiet: mard iskemiku tal-qalb, sindromu nefrotiku, indeboliment kroniku renali u pressjoni għolja. Pazjenti li għandhom id-Dijabete Mellitus jistgħu jieħdu dawn il-mediċini permezz tal-kartuna r-roża. Għall-kundizzjonijiet kollha msemmija dejjem irid japplika konsulent awtorizzat skont il-protokolli tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li enrolled nurses li jkunu rriżenjaw minn mal-gvern u li jagħmlu talba biex jiġu reinstated qed ikollhom it-talba tagħhom rifjutata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjonijiet għal reinstatement ta’ enrolled nurses jiġu ikkunsidrati jekk kemm il-darba fil-passat l-applikanti jkunu ħadmu bħala enrolled nurses mad-Dipartiment tas-Saħħa, f’liema każ dawn jerġgħu jiġu impjegati.
Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li nies li jgħixu fl-inħawi ta' San Ġwann t'Għuxa f'Bormla, bis-servizz il-ġdida tal-Arriva, mhux se jibqgħu jkollhom servizz li jieqaf San Ġwann t'Għuxa u minflok se jibdew ikollhom jinżlu fi Pjazza Gavino Gulia?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
policy tal-Air Malta dwar impjegati li jaħdmu part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Air Malta dwar impjiegi part-time ta’ impjegati tagħha ma’ aġenziji oħra tal-gvern? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li għandhom permess mill-Air Malta biex ikollhom impjieg part-time ta’ dan it-tip u fil-futur se jibqgħu jingħataw permessi simili?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-policy tal-Air Malta dwar l-impjieg part-time hi l-istess bħal impjieg mal-gvern jew privat. L-impjegati li jridu jaħdmu part-time għandhom bżonn permess mill-kumpanija. Il-permess jingħata skont kriterji stabbiliti. Bħalissa l-Air Malta m’għandhiex impjegati tagħha ma’ aġenziji oħra tal-gvern fuq bażi part-time.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26725, 27267 u 25915 u jagħti lista ta’ konsulenti jew kumpaniji ta’ konsulenti, lokali jew barranin, li l-uffiċċju tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f’kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ konsulenti jew kumpaniji ta’ konsulenti li dan il-Ministeru għamel użu minnhom matul l-2010 u fejn applikabbli indikazzjoni ta’ direct order jew le fix tas-servizz.
proġett ta' Smart City — Tecom Investment - pagamenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet 27177 u 26401 u jgħid jekk Tecom Investment humiex qegħdin jonoraw fil-ħin il-pagamenti relatati mal-proġett ta' Smart City?
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni mal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-impożizzjoni ta' VAT fuq binjiet ġodda, u jekk deċiżjonijiet minn pajjiżi oħra li jibdew jimponuha jimpinġux fuq il-pożizzjoni ta' Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud il-provvista ta’ bini u art għall-bini hi normalment provvista taxxabbli. Madankollu artikolu 387 tad-Direttiva jipprovdi li f’Malta tali provvista hi eżenti bla kreditu bis-saħħa tad-deroga li l-gvern kien innegozja mad-dħul ta’ Malta fil-Komunità Ewropeja.
Din id-deroga tibqa’ tgħodd sakemm ikun għad hemm stati membri oħra li japplikaw eżenzjoni simili.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 26732 u jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25929 u 24759 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Taħriġ u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’liema lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex hawn housing estates li ma nbnewx mill-Awtorità tad-Djar u meta nbena kull housing estate? Kemm huwa n-numru ta’ units f’kull housing estate? Kemm minn dawn il-units huma b’kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, housing estate b’housing estate?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Fid-dawl tal-fatt li xhur sħaħ ilu f’din il-Kamra, l-Ministru, meta mistoqsi x'passi ħa l-gvern biex jimponi multa fuq il-BWSC peress li din ħbiet dettalji meta ma ddikjaratx li l-kumpaniji li kienu se jaħdmu għaliha kienu involuti f'każi ta' korruzzjoni, kien wieġeb li l-Avukat Ġenerali intalab għall-opinjoni fuq din il-materja, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kien il-parir mogħti mill-istess Avukat Ġenerali u x’passi ttieħdu fuq il-bażi ta’ dan il-parir?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21656.