Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kiri tat-tinda temporanja għall-kenn taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża tal-kiri tat-tinda temporanja li kienet qed tintuża fl-aħħar ġimgħat biex toffri kenn għaż-żwiemel tal-karozzini u mingħand min inkriet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-kirja tat-tined imsemmija saret mingħand il-Malta Fairs and Convention Centre. L-ispiża għal-armar u l-kirja għall-ewwel xahar (14 ta' Lulju sal-15 ta' Awwissu 2011) kienet ta' €9,000 (VAT inkluż). Il-kiri tat-tined hija ta' €3,000 għal kull xahar segwenti.

Malta Freeport — konċessjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni preżenti tal-konċessjoni tal-Malta Freeport u jekk għadhiex f'idejn is-CGM-CMA?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Impjieg ta' persuni mal-Gvern

Question

Billi skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bejn Marzu u April 2011, f'xahar wieħed biss, il-Gvern impjega miegħu aktar minn 600 ħaddiem, tista’ l-Ministru tagħti lista dettaljata tax-xogħlijiet li kienu impjegati fihom dawn il-persuni? Tista’ tagħti l-pakkett ta’ renumerazzjoni għal kull każ? Tista’ tispeċifika f’kull każ in-nazzjonalità tal-persuni konċernati mingħajr ma tagħti l-identità tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Young People's Unit fl-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2005 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Young People's Unit — Residenti trasferiti f'swali oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ residenti li mill-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli ġew trasferiti f’waħda mis-swali ta’ dan l-istess sptar mill-1 ta' Jannar, 2005 sal-lum? X’kienu r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #422 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — YOURS

Question

Jista' l-Ministru jagħti data dwar meta s-sezzjoni tal-YOURS se toħrog ‘il barra mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-post li ġie allokat biex jilqa' s-sezzjoni ġdida tal-YOURS ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li hija l-intenzjoni tal-amministrazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin illi s-sezzjoni tal-YOURS tiġi rilokata fis-sit il-ġdid malajr kemm jista' jkun. Infurmat ukoll, madankollu, li l-post li fih se titwaqqaf is-sezzjoni l-ġdida tal-YOURS, li issa se tinkorpora wkoll taqsima għar-residenti femminili, jeħtieġ xogħol strutturali estensiv. Fil-preżent qed isir xogħol fuq id-disinn tal-pjanti bi preparazzjoni għal diskussjonijiet li għandhom isiru mal-MEPA fil-gimgħat li ġejjin. Dawn huma intiżi biex jiġu kkjarifikati l-parametri tal-proġett u biex jiffaċilitaw il-ħruġ tal-permess sabiex ikun jista' jibda x-xogħol.

power station ta’ Delimara — infiq ta' fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista ‘ l-Ministru jagħti rendikont s'issa kemm inagħtaw fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tiġi estiża l-power station ta’ Delimara? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapporti, claims u kopji tal-applikazzjoni (inkluż kull cost benefit analyses) li saru mill-awtoritajiet kompetenti Maltin sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiġġudika l-proposti tal-Gvern Malti u tapprova dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-estensjoni tal-power station ta’ Delimara qed tiġi finanzjata mill-Korporazzjoni Enemelta. Dan il-proġett se jiswa 165 miljun ewro.
Leg 11 PQ #426 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-każ ta' kull kumpanija, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct order? Meta ngħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct order? Meta ngħata?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanniji msemmija. mil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom, qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma kien hemm beda kuntratt jew direct orders mogħtiija lill xi waħda mill-kumpaniji imsemmija fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtha mill-2004 sal-lum? F'kull każ, tista' tgħid kemm huwa l-valur involut? Tista' tgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #432 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li ngħata xogħol lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jintbaghtu separatament mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 11 PQ #434 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjonijiet tal-Gvern Malti fil-Libja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'dawn l-aħħar 25 sena kemm-il żjara għamlu fil-Libja delegazzjonijiet tal-Gvern Malti inkluzi: Presidenti/Prim Ministru/Ministri/Speaker?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena , il-Prim Ministru żar il-Libja għaxar darbiet.Nitlob lill-Onor.Interpellant biex jirreferi lill-uffiċċji rispettivi l-mistoqsija dwar żjarat mill-President u l-Ispeaker. Dwar delegazzjonijiet oħra nitlob lill-Onor.Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministri kkonċernati

Pass mark tal-eżamijiet tas-SEC

Question

Tista' l-Ministru tagħti l-pass mark tal-eżamijiet tas-SEC f'kull suġġett mill-2004 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord tal-MATSEC ma jissettjax pass mark għal kull suġġett fil-livell tas-SEC u lanqas ma jistabilixxi min għadda u min m’għaddiex mill-eżami. Il-Bord joħroġ ir-riżultati bħala gradi, minn Grad 1, li huwa l-ogħla grad, sa Grad 7, li huwa l-inqas grad. Il-firxa tal-marki għal kull grad tkun deċiża waqt laqgħa li ssir għal kull suġġett individwali bejn iċ-chairman u/jew eżaminaturi oħra flimkien ma’ uffiċjali tal-MATSEC Support Unit. Din il-laqgħa ssir wara li l-eżaminaturi tas-suġġett jimmarkaw l-iskripts u jiġbru l-marki kollha tal-eżami, li jistgħu jinkludu marki tal-eżami tal-orali, tal- listening comprehension , tal-eżami prattiku jew proġett, u l-eżamijiet tal-kitba. Id-deċiżjoni dwar il-firxa ta’ marki għal kull grad tieħu f’kunsiderazzjoni l-istatistika tal-firxa tal-gradi tul l-aħħar ftit snin, l-evalwazzjoni professjonali tal-eżaminaturi dwar il-livell tal-ħiliet murija mill-kandidati fis-sena partikulari, u d-deskrizzjoni tal-ħiliet mistennija mill-kandidati biex jikkwalifikaw għal Gradi 1, 5 u 7 kif ippublikati fis-sillabu tas-suġġett. Minbarra hekk, fil-livell tas-SEC, il-firxa tal-marki biex wieħed jikkwalifika għal Gradi 4 u 5 tkun differenti għal dawk il-kandidati li jersqu għal karta IIA jew għal karta IIB minbarra l-ewwel karta, li hija komuni għall-kandidati kollha. Dan għaliex il-karta IIA jkun fiha mistoqsijiet itqal minn dawk tal-ewwel karta u l-kandidati jistgħu jikkwalifikaw għal gradi 1 sa 5, waqt li fil-karta IIB il-mistoqsijiet ikunu eħfef minn dawk tal-ewwel karta u għalhekk l-kandidati jistgħu jikkwalifikaw għal gradi 4 sa 7. Minħabba li l-gradi 4 u 5 huma ekwivalenti sew jekk wieħed jiksibhom minn karta IIA (itqal) jew IIB (eħfef), jintużaw metodoloġiji statistiċi biex il-firxa tal-marki ta’ dawn il-gradi minn karti differenti jkunu ekwivalenti. Il-Bord tal-MATSEC huwa tal-opinjoni li l-pubblikazzjoni tal-firxa tal-marki għal gradi partikulari m’hijiex ta’ benefiċċju għall-istudenti għaliex ikun hemm minnhom li jimmiraw għall-iktar marka baxxa waqt li jkun iktar vantaġġjuż għalihom jekk jistinkaw biex juru l-aħjar li jafu fl-eżamijiet u hekk jiksbu l-ogħla grad li jkun jistħoqqilhom.
Leg 11 PQ #28325 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat mill-gwardjani lokali fl-2008, l-2009, l-2010 u l-ewwel tmien xhur tal-2011, sena b’sena? Jista' jgħid kemm kien il-valur tal-flus li kellhom jinġabru minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u kemm fil-fatt inġabru sena b’sena? Jista' jgħid kemm minn dawn il-flus marru għand il-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #28326 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċitazzjonijiet mill-ispeed camera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat mill-ispeed cameras fl-2008, l-2009, l-2010 u l-ewwel tmien xhur tal-2011, sena b’sena? Jista' jgħid kemm kien il-valur tal-flus li kellhom jinġabru minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u kemm fil-fatt inġabru sena b’sena ? Jista' jgħid kemm minn dawn il-flus marru għand il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #28327 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — studju dwar it-trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-opinjoni tiegħu dwar l-aħħar studju ikkummissjonat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-problema tat-trab l-iswed, li sab li s-sors ta’ din il-problema hija l-power station tal-Marsa? Jista' jgħid x’miżuri se jkun qiegħed jieħu fl-immedjat biex tkun indirizzata din il-problema ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward l-identifikazzjoni tas-sors, wieħed ftit jista’ jibqalu dubju li l-Power Station tal-Marsa hija l-kawża prinċipali tat-trab l-iswed ta’ daqs kbir li nstab fil-Fgura u l-madwar. Is-soluzzjoni aħħarija tal-problema hija t-twaqqif tal-power station tal-Marsa. Fil-frattemp il-MEPA qed tiddiskuti mal-operaturi, jiġifieri l-Enemalta, biex tara hemmx aktar soluzzjonijiet intermedjarji li jistgħu jittieħdu u li jgħamlu sens finanzjarju meta wieħed iqis iż-żmien limitat li baqgħalha topera din il-power station.
Leg 11 PQ #28328 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — reazzjoni mill-Enemalta dwar il-problema tat-trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern jaqbilx mal-Korporazzjoni Enemalta li f’reazzjoni għall-aħħar studju ikkummissjonat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-problema tat-trab l-iswed, ċaħdet li s-sors ta’ din il-problema hija l-power station tal-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant g]ar-risposta li tajt g]all-Mistoqsija Parlamentari numru 28327.