Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu bereġ ġodda f'Malta u f'Għawdex u fejn saru xogħlijiet ta' titjib f'Ċentri tas-Saħħa u bereġ madwar Malta u Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-bereġ ġodda li nfetħu f’dawn l-aħħar snin f’Malta huma:
· Tal-Birgu
· Tal-Kalkara
· Ta’ Pembroke
· Tal-Iklin
· Taż-Zurrieq
Bereġ u Ċentri tas-Saħħa f’Malta fejn saru xogħolijiet ta' titjib jinkludu:
· Il-Berġa ta’ B’Buġia
· Il-Berġa ta’ Haż-Żebbuġ (Malta)
· Il-Berġa ta’ Ħaż-Żabbar
· Il-Berġa ta’ Ħal-Kirkop
· Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid
· Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
· Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
· Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana
· Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-għodda elettronċi ġodda li ddaħħlu fis-servizzi tas-saħħa fl-2011? Jista' jgħid jekk iddaħħlux servizzi kliniċi elettorniċi ġodda għat-tobba biex ikollhom aċċess aħjar għall-istejjer mediċi biex il-pazjent jingħata kura aħjar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' kemm daħħal il-gvern miż-żieda fuq it-taxxa tas-sisa fuq is-sigaretti u t-tabakk, fuq iż-żieda fit-taxxa tal-birra u l-ispirti? Jista' jagħti rendikont ta' kif u fejn intnefqu dawn il-flus?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-dħul minn dawn it-taxxi jmur fil-Fond Konsolidat tal-Gvern, li minnu jittieħdu l-Fondi għan-nefqa tal-Gvern.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew allokati flats lill-Isptar Monte Karmeli taħt l-iskema supportive housing tal-Awtorità tad-Djar? Kemm pazjenti tal-Isptar Monte Karmeli marru f'dawn il-flats?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema tas-supportive housing allokat tliet flats lill-Isptar Monte Karmeli. Dawn jinsabu f’B’Kara, M’Xlokk u Mġarr. Dawn il-flats fihom 2 u 3 ikmamar tas-sodda. L-Awtorità tad-Djar m’għandiex informazzjoni kemm-il pazjenti ta’ Isptar Monte Karmeli qegħdin jagħmlu użu minn dawn il-flats.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati flats lill-Isptar Monte Karmeli taħt l-iskema supportive housing tal-Awtorità tad-Djar? Kemm pazjenti tal-Isptar Monte Karmeli marru f'dawn il-flats?
Response (CASSAR, JOSEPH)
B’riżultat ta’ ftehim milħuq bejn is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità u l-Awtorita' tad-Djar, l-Isptar Monte Carmeli ngħata 3 appartamenti mill-Awtorita' tad-Djar taħt l-iskema tas-supportive housing. S’issa ibbenefikaw 4 pazjenti minn din l-iskema filwaqt li 5 pazjenti oħra għandhom jibdew jibbenefikaw minn din l-iskema minn Novembru ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' tisbiħ u meta huwa stmat li se jkun lest dan ix-xogħol:
a) f'Baċir Nru 1 u l-bini storiku tal-madwar;
b) fil-Forti ta' Sant' Iermu;
ċ) fil-Pixkerija u;
d) fl-Isptar Boffa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti (a),(b), (ċ) u (d) msemmija huma parti mill-pjan ta’ twettiq tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) imwaqqfa fi ħdan il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Għar-rigward tal-proġett tal-pixkerija il-permessi meħtieġa mill-MEPA inħarġu, qed tiġi ffinalizzata is-sejħa għall-offerti biex tinħareġ fi żmien qasir. Ix-xogħol hu ppjanat li jinbeda fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-water park ġewwa Buġibba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permessi għal dan il-proġett ħareġ fit-30 ta’ Awwissu li għadda u għalhekk dan il-proġett għadu fil-fażi niżjali tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Park tal-Familja fil-Mellieħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbel l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-proġett imsemmi huwa wieħed tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Madankollu dan il-Ministeru qiegħed jgħin fit-twettieq ta’ dan il-proġett. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu dwar f’hiex wasal il-proġett lill-Ministru responsabbli.
Madankollu, l-involviment ta’ dan il-Ministeru jinkonċerna:
Il-ħruġ ta’ sejħa għal offerti għal xogħol ta’ fattura għal bini ta’ ġibjun u bini ieħor
Fuq dan il-progett hemm wkoll haddiema mid-Direttorat tal-PARKS allokati fuq bini ta’ ħitan tas-sejjieħ. Minħabba l-fatt li dan il-progett jinvolvi l-bini ta’ ammont konsiderevoli ta’ ħitan tas-sejjieħ f’dan il-progett, kellhom ukoll jiġu ngaggati żewg kuntratturi oħra fuq il-bini ta’ dawn il-ħitan tas-sejjieħ, li bħalissa jinsabu għaddejin b’dan ix-xogħol
Barra dan, hemm ukoll grupp ta’ ħaddiema mid-distrett tal-Mellieha li għamlu u qed jagħmlu diversi xogħolijiet fuq dan il-progett fosthom: xogħol ta’ taħmil, bini ta’ ħitan tal-franka, pedamenti tal-konkos, etc.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm intnefqu flus mill-fond ta' €3 miljun allokati biex imorru għall-ħlasijiet tal-esproprju tal-artijiet tal-Home Ownership Scheme? Kemm intnefqu flus mill-fond tas-€6 miljun għal esproprji oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-flus fil-fond ta’ €3 miljuni allokati biex isiru ħlasijiet għall-esproprju ta’ artijiet tal-Home Ownership Scheme ġew eżawriti kollha. Mill-fond għall-espropriji oħra għad fadal bilanċ ta’ madwar €1,270,000. Dawn il-fondi se jiġu utilizzati fil-ġimgħat li ġejjin biex jitħallsu s-sidien ta’ artijiet esproprijati fejn hemm ordni mill-Qorti jew mill-Bord tal-Arbitraġġ biex isir il-ħlas tal-kumpens.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar biex ninċentivaw il-ġbir tal-iskart riċiklabbli matul l-2011? X'kien ir-riżultat tal-evalwazzjoni biex il-boroż li fihom jintremma l-iskart imħallat ikunu apposta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li llum il-ġurnata l-Ministeru tiegħi huwa biss wieħed mill-istakeholders fil-ġbir ta’ skart riċiklabbli. Ta’ min ifakkar li parti kbira minn dan ix-xoghol illum għadda f’idejn il-Kunsilli Lokali u ż-żewg skemi awtorizzati li joperaw fil-gżejjer tagħna.
Apparti mix-xogħol li qed iwettqu l-iskemi, matul l-2011 il-WasteServ ukoll kompliet bix-xogħol tagħha f’dan il-qasam. Ta’ min jinnota li sabiex ikun aktar inkoraġġit is-separazzjoni tal-iskart, r-rata għad-depożitu ta’ skart separat tnaqqset għal €0.50 għal kull tunellata (eskluza l-VAT) kontra dik għad-depożitu ta’ skart imħallat li hija ta’ €20 ghal kull tunellata (eskluza l-VAT).
Għalkemm matul is-sena li għaddiet kienet offruta għajnuna għall-implimentazzjoni tal-proġett pilota għall-ġbir ta’ karta b’mod separat liż-żewġt skemi eżistenti, skema waħda biss s’issa diġa’ bdiet dan il-ġbir f’diversi lokalitajiet.
Il-WasteServ kompliet ukoll bl-operat fiċ-ċentri għall-iskart goff fejn jinġabar għadd kbir ta’ materjal għar-riċiklaġġ.
Kompliet ukoll il-kampanja edukattiva li kienet tinkludi żjarat fil-faċilita’ ta’ Sant’ Antnin. Bħalissa il-kampanja ma tiffukax biss fuq is-separazzjoni tal-iskart, iżda twesset biex iddaħal ukoll prinċipju ieħor importanti li huwa t-tnaqqis tal-iskart. F’dan il-qasam il-WasteServ wasslet il-kampanja tagħha permezz tal-programm Skola Sajf 2011 u għal darba oħra f’Novembru ser tkun qed tiġi organizzata l-
European Week for Waste Reduction
.
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-impatt tal-idea li l-boroż li fihom jintrema l-iskart imħallat ikunu apposta qed tiġi studjata evalutata.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma tal-Pitkalija? Jista' jgħid min huma l-membri tal-bord tal-aġenzija biex titwettaq din ir-riforma? Meta ħadu l-ħatra u meta se jkun lest ix-xogħol ta' din l-aġenzija fuq ir-riforma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li r-riforma tal-Pitkalija m’huwiex riforma singola iżda proċess kontinwa li ilu għaddej sa mill-2008 u ma jikkonċernax biss l-operat fil-pitkalija nnifisha. Waħda mill-iniżjattivi li ttieħdu bħala parti minn dan il-proċess kontinwa kienet l-introduzzjoni tal-Farmers’ Market u li huwa ppjanat li jinfetħu swieq oħra. Ngħid ukoll li din ir-riforma hija waħda kontinwa ppilotata direttament mill-Ministeru u ma gietx maħluqa ebda entità speċifika għal dan l-eżerċizzju.
Rigward l-operat fil-pitkalija nnifisha, fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jibda proċess formali ta’ diskussjonijiet ma’ l-istakeholders ewlenin – il-bdiewa, pitkala u xerrejja – fuq il-prinċipji u l-proposti ewlenin ta’ din ir-riforma globali. It-twaqqif ta’ struttura li se tkun responsabbli mit-tmexxija tal-Pitkalija hi waħda mill-punti ta’ taħdidiet ma’ dawn l-istakeholders. Huwa importanti li wieħed ifakkar li l-forma li se tieħu din l-istruttura tkun waħda li tirrapreżenta l-interessi ta’ l-atturi prinċipli fis-settur.
Huwa mistenni li din l-entità tiġi mwaqqfa hekk kif jintemmu dawn it-taħdidiet. F’każ li jkun determinat li hemm il-ħtieġa li jitwaqqaf Bord, dan jkun jista’ jinħatar biss wara li titwaqqaf din l-entità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il suq organizzat hawn f'Malta u Għawdex biex il-bdiewa jbiegħu l-prodotti tagħhom? Fejn jinsabu dawn is-swieq? Hemm xi pjanijiet fil-konkret biex jinfetħu swieq oħra għall-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li suq organizzat għal bdiewa hawn wieħed f`Malta. Dan is-suq jinsab f’Ta’ Qali limit ital-Mosta.
Ninsab infurmat li preżentement għaddejjin taħdidiet biex jinfetħu swieq oħra nkluż wieħed f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm intnefqu mill-fond ta' €400,000 biex intaffu l-impatt tal-prezzijiet tal-qmugħ u ċereali fis-swieq internazzjonali? Jista' jagħti rendikont dettaljat ta' fejn u kif u b'liema mod konkret intnefqu dawn il-flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab informat li dan il-fond ġie allokat fit-totalita tiegħu fuq programmi mħejjija bi sħab ma’ għaqdiet fis-setturi li l-aktar kienu milquta minn dawn il-prezzijiet matul l-aħħar xhur tal-2010 u l-ewwel xhur ta' l-2011. Dawn il-programmi kienu mmirati mhux biss biex itaffu l-problema, imma bl-iskop ewlieni biex din isservi ta’ opportunità biex jtejjbu l-effiċjenzi fl-irziezet b'mod li l-użu tal-ġwież jiġi ottimiżżat u l-ispejjeż jonqsu għall-minimum possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru jew ġew rappurtati reati f'Paceville bejn is-sena 2000 u Awwissu 2010, sena b'sena b'mod separat? X'tip ta' reati kienu? Kemm tressqu nies il-qorti b'rabta ma' dawn ir-reati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-sistema tal-Police Incident Reporting System hija bbażata fuq il-kunsilli lokali. Paceville huwa parti minn San Ġiljan u għalhekk ma jistgħax jiġi mifrud mil-lokalità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' immigranti bi status legali f'pajjiżna li ġew ri-allokati bejn Jannar u Awwissu 2011 lejn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, lejn l-Istati Uniti u lejn pajjiżi oħra? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin l-immigranti ripartijati, kemm kien hemm minnhom irġiel, nisa jew tfal u x'kienet l-età tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awwissu tal-2011, ġew ri-allokati jew ri-sistemati 101 immigrant bi protezzjoni u familjari tagħhom, kif spjegat fit-tabelli t'hawn taħt:-
Pajjiż
Persuni
Franza
1
Ġermanja
6
Stati Uniti tal-Amerika
94
Total
101
L-immigranti kienu ta’ dawn in-nazzjonalitajiet:
NazzjonalitàPersuni
Eritrea
58
Somalja
35
Etjopja
7
Sudan
1
Total
101
Fir-rigward ta’ sess u l-età, id-dettalji dwar il-persuni nvoluti kienu kif ġej:
Sess/adulti jew minuri
Persuni
Età
Persuni
Nisa
15
>60 sena
1
Nisa minuri
8
40 – 60 sena
1
Irġiel
72
30-39 sena
34
Irġiel minuri
6
20-29 sena
51
Total
101
16-19 sena
2
<16 sena
12
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ħarbiet kollha li seħħew mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mis-sena 2000 'l hawn, id-data tal-ħarba u ta' meta nqabdu, jekk inqabdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' AIDS rapportati f'residenti Maltin matul is-snin 2008, 2009 u 2010 sena b'sena? Kemm kienu reġistrati mwiet mill-AIDS matul l-istess snin, sena b'sena? B'liema mod kienet trasmessa l-AIDS f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ AIDS bejn 2008 u 2010 rapportati f’residenti Maltin, kif ukoll il-mod ta’ trasmissjoni u n-numru ta’ mwiet reġistrati, huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt.
Sena
Numru ta’
Każijiet f’Residenti Maltin
Hetero
Homo
IVDU
Haem
Mwiet
2008
8
7
1
-
-
1
2009
2
2
-
-
-
-
2010
2
2
-
-
-
-
NB. It-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard biddel id-definizzjoni ta’ min jidħol taħt il-kategorija ta’ residenti Malti fl-2010.
Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta se jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-proġetti ta' shelters temporanji għaż-żwiemel tal-korozzini li kellhom isiru fil-Belt Valletta, Tas-Sliema u San Ġiljan? Jista' jgħid kemm huwa stmat li se jiġi jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li mhux pjanat li jsir l-ebda shelter temporanju ghaz-zwiemel fis-siti indikati. L-uniku shelter temporanju huwa dak ta’ biswit il-Valletta Waterfront kif indikat f’ PQ 27934.
San Pawl il-Baħar, Qawra u l-Imdina — water points għaż-żwiemel
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-water points għaż-żwiemel fil-Qawra, l-Imdina u San Pawl il-Baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol huwa maqsum f’żewġ fażijiet skond il-prijoritajiet imfassla fuq il-ħtieġa u urġenza. L-ewwel fażi, mfassla skond dawn il-prijoritajiet, tinkludi x-shelters permanenti, cesspits, bins u waterpoints fil-Belt Valletta. L-istallazzjoni ta’ waterpoints fl-inħawi tar-Rabat, tas-Sliema u Bugibba (u mhux f’San Pawl il-Baħar u l-Imdina kif indikat) għandu jsir is-sena d-dieħla bħala parti mit-tieni fazi ta’ dan il-progett wara li jinħarġu l-permessi meħtieġa.