Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista' ta' konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #340 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — lista' ta' konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li ngħata xogħol ta' konsulenza lill-persuna u l-kumpanija li isimhom ntbagħat separatament, mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Malta Stock Exchange — Marketing Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Marketing Manager tal-Malta Stock Exchange? Kif intgħazel u xi proċedura ntużat biex inħatar f'din il-kariga? Kemm kien hemm applikanti? Kemm huwa s-salarju tal-Marketing Manager tal-Malta Stock Exchange inkluż benefiċji u bonuses li jista jkollu marbuta mas-salarju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-1 ta’ Settembru, 2011, il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġie impjegat mal-Malta Stock Exchange bħala Business & Product Development Manager fuq kuntratt definit ta’ tliet snin. Il-Bord tad-Diretturi ħass il-bżonn li jkun hemm persuna ddedikata li tkun tista’ tħares lejn prodotti ġodda kif ukoll żviluppi li jistgħu jsiru biex l-istrateġija tal- Malta Stock Exchange kif imfassla u deċiża mill-Bord li tiffoka fuq żvilupp internazzjonali, tista’ titmexxa l-quddiem. Il-Bord ħass ukoll li l-kariga għandha tingħata fuq kuntratt definit. Minħabba n-natura tax-xogħol u l-livell għoli tal-kariga proposta, il-Bord iddeċieda li juża s-servizzi ta’ Recruitment Consultants li għandhom esperjenza f’dan il-qasam. Wara sejħa għal kwotazzjonijiet ġew magħżula MISCO biex imexxu l-proċeduri ta’ recruitment . Skont il-proċeduri interni tal- Malta Stock Exchange stess, din il-kariga ġiet offruta l-ewwelnett internament lill-impjegati kollha. Applikaw żewġ Managers li ġew intervistati mill- Interviewing Panel li kien jikkonsisti miċ- chairman tal-MISCO bħala Chairman tal- Panel , żewġ membri tal-Bord, ic-CEO u l-Manager HR. Wara dawn l-intervisti l- Interviewing Panel ikkonkluda unanimament li dawn iż-żewġ persuni ma kinux addattati għal kariga. Għalhekk bdew il-proċeduri għal recruitment estern immexxija mill-MISCO. Kien hemm 14-il applikant li minnhom ġew shortlisted 6. MISCO għamlet l-ewwel interview lil dawn is-6 applikanti u li minnhom imbagħad ġew shortlisted 3 biex jgħaddu għat-tieni interview . Qabel ma’ sar it-tieni interview dawn il-kandidati għaddew ukoll minn Psychometric Testing . It-tieni interview sar mill-istess interviewing panel li kien għamel l-intervisti lill-kandidati interni. Il-persuna f’din il-kariga għandu salarju ta’ €42,400, li jinkludi wkoll benefiċċji.

PriceWaterhouseCoopers — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru lill-PriceWaterhouseCoopers mill-2008 'l hawn? Għal liema xogħlijiet ingħataw? Kemm kienu l-valuri ta' kull xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29650.

settur kummerċjali — burokrazija żejda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti ttieħdu fil-perjodu Jannar – Ġunju 2011 sabiex titnaqqas il-burokrazija żejda (red tape) minn fuq is-settur kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern huwa kommess li sa Diċembru tal-2012 inaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji bi ħmistax fil-mija. Dan għandu jkun xprun biex tkompli tiżdied il-kompetittivita’ ta’ Malta u opportunita’ biex jinħoloq aktar xogħol ġewwa l-gzejjer tagħna. Oltre dan, il-Gvern qed iżomm quddiem għajnejh anke ċ-ċittadin u qiegħed ukoll idaħħal miżuri li jiffaċilitaw anqas inkonvenjent liċ-ċittadin ħalli dan ikun jista’ jgawdi aktar il-familja u jkollu aktar ħin għal attivita’ li twassal għal għixien ta’ ħajja aħjar. Biex jintlaħaq dan it-tragward, il-Management Efficiency Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nieda programm vast ta’ inizjattivi biex dawn il-miri jintlaħqu. Programm bħal dan irid ikun sostenibbli u kontinwu. Biex dan iseħħ, ġie mfassal pjan ta’ taħriġ għal madwar 400 uffiċċjal għoli fi ħdan is-Settur Pubbliku kollu, ħalli jkun imħarreġ fit-teknika ta’ Regolamentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni. Dawn l-uffiċjali qed ikunu l-ixprun ta’ dan l-eżerċizzju sabiex f’kull dipartiment u entita’ pubblika dan il-pjan jitwettaq u jitkompla b’mod kontinwu. Barra dan it-taħriġ saru wkoll tmintax-il inizjattiva ta’ simplifikazzjoni, liema inizjattivi jkopru l-oqsma tat-tassazzjoni, l-impjiegi, saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-qasam farmaċewtiku, fejn bis-saħħa ta’ din is-simplifikazzjoni, is-settur tan-negozju qed jiffranka ‘l fuq minn erba’ miljun ewro fis-sena. Barra mir-riżultat finanzjarju, din is-simplifikazzjoni ppermettiet lin-negozju jkollu ‘l fuq minn 190,000 siegħa aktar fi produttivita’ minflok fl-użu tal-ħin għal burokrazija tal-amministrazzjoni pubblika. Tliet inċentivi oħra immirati għaċ-ċittadin wasslu biex ġew iffrankati madwar €600,000 fis-sena u 60,000 siegħa li ċ-ċittadin jista’ juża f’hin liberu.

pjan t’azzjoni dwar it-titjib fl-effiċjenza

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta’azzjoni dwar it-titjib fl-effiċjenza li kellu jitħejja minn kull dipartiment u entità pubblika u jindika liema huma dawk id-dipartimenti u/jew entitajiet pubbliċi li tejbu l-effiċjenza tagħhom bi tnejn fil-mija (2%) jew aktar?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29651.

Ħidma għal tnaqqis ta’ għaxra fil-mija fl-arretrati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrateġija ta’ kull dipartiment u entità pubblika li turi kif id-dipartiment u/jew entità pubblika qed jaħdmu għal tnaqqis ta’ għaxra fil-mija (10%) fl-arretrati tal-Gvern? Jista' jiġi indikat liema huma d-dipartimenti u l-entitajiet pubbliċi li laħqu din il-mira u liema le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kopji tal-istrategiji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Din it-tip ta’ mira tista’ tiġi ġġudikata b’mod raġonevoli fl-aħħar tas-sena 2011. Però wieħed irid jgħid illi b’mod ġenerali d-Dipartimenti inkluż l-Entitajiet mexjin sew u jidher illi dawn il-miri ser jintlaħqu.

proċessi ta' xiri fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jindika min huma l-membri tal-grupp ta’ ħidma li kien tħabbar li se jitwaqqaf biex iħares mill-qrib il-metodi u l-proċessi tax-xiri fis-settur pubbliku u biex jipproponi strategiji u miżuri għat-titjib fl-effiċjenza u l-valur għall-flus? Jista’ jindika jekk dawn il-persuni jitħallsux u jekk fl-affermattiv, jgħid kemm qed jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan il-Grupp ta’ Ħidma għadu ma twaqqafx, iżda xorta qed isir xogħol minn uffiċjali mill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment sabiex il-proċess tax-xiri fis-settur pubbliku jitjieb u jkun aktar cost effective.
Leg 11 PQ #353 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

eżerċizzju dwar il-qasam tat-trasport f’dipartimenti u ministeri tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji dwar dak li twettaq s’issa mill-eżerċizzju dwar il-qasam tat-trasport f’dipartimenti u ministeri tal-Gvern? Jista’ jgħid, xahar b’xahar għall-perjodu Jannar – Gunju 2011: a) kemm intuża fuel in konnessjoni ma’ dan it-tip ta’ trasport; b) kemm intnefqu flus in konnessjoni mal-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi użati; u ċ) fejn issir tali manutenzjoni u tiswija u kif jintgħażlu l-provdituri ta’ tali servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella mehmuża fir-rigward ta’ mistoqsijiet (a) u (b). Għall-mistoqsija (ċ), nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul iż-żmien indikat il-manutenzjoni w tiswijiet saru għand Joe’s Garage Auto Repair Ltd wara li nħarġet talba għal kwotazzjonijiet. Peress li din l-informazzjoni pprovduta tirreferi biss għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru , jekk l-Onor. Interpellant jixtieq informazzjoni fuq Ministeri oħrajn, nitolbu sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

kodiċi ta’ xogħol u etika fuq xiri pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kodiċi ta’ Xogħol u Etika għal dawk kollha fis-settur pubbliku li huma nvoluti fix-xiri pubbliku u jindika x’tip ta’ taħriġ ingħataw dawn il-persuni, min ipprovda dan it-taħriġ, kif ġew magħżula u kemm sewa dan it-taħriġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kodiċi ta’ Etika għadu qiegħed jiġi mfassal u diskuss fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Qiegħda ssir ħidma wkoll sabiex jitfassal taħriġ professjonali għal dawk involuti fix-xiri pubbliku.
Leg 11 PQ #355 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malti għall-Izvilupp Ekonomiku u Soċjali — rapport dwar is-suq tax-xogħol

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il rapport dwar is-suq tax-xogħol ġie mgħoddi lill-Kunsill Malti għall-Izvilupp Ekonomiku u Soċjali matul l-aħħar 12-il xahar u jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li s-suq tax-xogħol ġie diskuss waqt il-laqgħat tal-Kunsill fl-ambitu tal-NRP, fl-ambitu tad-dokument tal-pre budget u kull tant żmien (normalment kull 4 xhur) fil-prezentazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika li ssir mill-Ministru tal-Finanzi li parti sostanzjali minnha tkun titratta s-suq tax-xogħol.

Kunsill Nazzjonali dwar il-Ħiliet — membri u laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tindika min huma l-membri maħtura fil-Kunsill Nazzjonali dwar il-Ħiliet u x’inhu l-ħlas li jieħdu? Tista’ tindika kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill Nazzjonali dwar il-Ħiliet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul din is-sena saru diversi laqgħat bejn entitajiet governattivi sabiex jiġi diskuss it-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali dwar il-Ħiliet. Wara dawn il-konsultazzjonijiet ġie deċiż li jitwaqqaf is-Sector Skills Committee fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla li se jkollu r-rwol u l-funzjonijiet li jsaħħaħ il-ħiliet. Dan il-kumitat se jkun imwaqqaf permezz ta’ Avviż Legali taħt l-Att tal-Edukazzjoni wara li jsiru l-emendi lil dan il-Att fil-Parlament. Huwa maħsub li dan il-Kumitat se jkun kompost kif ġej: § Chairperson § Membru li jirrappreżenta l-industrija b’mod ġenerali § Membru li jirrappreżenta l-edukazzjoni u taħriġ b’mod ġenerali § Membru li jirrappreżenta lil min iħaddem b’mod ġenerali § Membru li jirrappreżenta ħaddiema li jkunu nnominati mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali li huwa stabbilit minn Artiklu 3 tal-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

kuntratturi li jipprovdu servizzi lill-Gvern — paga u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-unit li kellu jitwaqqaf biex jiċċekkja li l-ħaddiema kollha tal-kuntratturi li jipprovdu servizzi lill-Gvern, bħal cleaners, carers u security, jirċievu l-paga u l-benefiċċji kollha dovuti lilhom? Kemm, matul il-perjodu Jannar – Ġunju 2011, instabu kuntratturi li kellhom impjegati rregolarment u kemm instabu kuntratturi li kellhom impjegati b’kundizzjonijiet inferjuri għal dak li tipprovdi l-liġi? Jista’ jgħid kemm-il kuntratt twaqqaf f’dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ntalbu kopji tal-kuntratti kollha, b’total ta’ 129, relatati ma’ servizzi ta’ cleaners, security u carers mid-dipartimenti u l-entitajiet tal-gvern, kif ukoll lista tal-ħaddiema tal-kuntratturi li kienu qed jipprovdu dan is-servizz fid-dipartiment jew entità. Din il-lista, b’total ta’ 2,953 ħaddiem, ġiet mgħoddija lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni u lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabiex jivverifikaw ir-regolarità tal-impjieg tagħhom. Minn dan in-numru nstabu 10 ħaddiema li kellhom kundizzjonijiet irregolari u li setgħu jittieħdu passi fuqhom. Id-Dipartimenti li kellhom magħhom dawn l-10 ħaddiema irregolari, ġew mitluba jieħdu l-passi neċessarji sabiex il-pożizzjoni ta’ dawn il-ħaddiema tigi regolarizzata. Id-dipartimenti ħadu l-azzjonijiet neċessarji u ninsab infurmat illi l-ebda kuntratt ma ġie terminat.
Leg 11 PQ #358 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Linji Gwida dwar il-Konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Linji Gwida dwar il-Konsultazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida dwar konsultazzjoni.
Leg 11 PQ #359 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegeti taċ-Ċivil — Taħriġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna impjegata maċ-Ċivil irċeviet taħriġ matul il-perjodu Jannar – Ġunju 2011 sabiex tifhem aħjar il-ħteġijiet partikolari tan-negozju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

"Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 36 partiċipant b'kariga maniġerjali (middle u senior) fis-Settur Pubbliku attendew għal "Business Awareness Course" fil-perjodu msemmi. Huwa maħsub li fix-xhur li ġejjin dan it-taħrig jkompli jingħata, f'forom simili, lill-impjegati f'livelli differenti fis-Settur Pubbliku."

Kordin — Hutment Area - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn wasal ix-xogħol fuq dak li kellu jkun il-Hutment Area f’Kordin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ġiet imressqa screening letter lill-MEPA għal dan il-proġett, filwaqt li sejħa għall-offerti ‘Build and Operate’ se tkun finalizzata fix-xhur li ġejjin u tkun suġġetta għall-istudju u stħarriġ li qed isir fuq 'il art in kwistjoni.

oqsma industrijali — xogħol ta’ titjib

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn wasal ix-xogħol ta’ titjib fl-oqsma industrijali ta’ Kordin, Ħal Far, ix-Xewkija u Bulebel? Jista’ jgħid jekk tlestiex ix-xogħol tal-bini mill-ġdid ta’ tliet ċentri għall-ħarsien tat-tfal fil-Mosta, ix-Xewkija u Kordin? Jekk ix-xogħol tlesta, jista' jgħid kemm ġie jiswa u kemm qed jattendu tfal fihom? Jekk ix-xogħol ma tlestiex, jista’ jindika f’liema stadju wasal?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ix-xogħol ta’ titjib fl-oqsma imsemmija miexi kif ġej: · Ġewwa ż-żoni industrijali ta’ Bulebel u ta’ Kordin qed isir xogħol fuq fażijiet varji tal-proġetti ta’ titjib. · Ġewwa iż-żona industrijali ta’ Kordin il-permess tal-MEPA inħareġ u abbażi li jiġu sodisfatti u konfermati xi kundizzjonijiet elenkati fih, għandu jibda x-xogħol fil-ġimgħat li ġejjin. · Ġewwa ż-żona industrijali tax-Xewkija ġiet aġġudikata l-offerta lill-kuntratturi, u x-xogħlijiet għandhom jibdew ġaladarba l-offerta għall-ġestjoni tal-proġett tiġi mogħtija wkoll. Fir-rigward taċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal li hemm ppjanati fiż-żoni industrijali, f’dak li qiegħed tiġi evalwata · Mosta, is-sejħa għall-offerti, · F’dak ta’ Kordin, se tiġi ppubblikata sejħa għall offerti wara li jinħareġ il-permess tal-MEPA, · U f’dak tax-Xewkija, is-sejħa għall-offerti tagħlaq fl-4 ta’ Ottubru 2011.

Kulleġġ ta’ regolaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx twaqqaf il-Kulleġġ ta’ regolaturi li kellu jagħti l-pariri lill-Gvern dwar il-politika regolatorja għas-settur tan-Negozji Żgħar? Jista’ jgħid jekk kienx twaqqaf il-korp konsultattiv li kellu jassisti lill-Gvern fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika għall-intrapriżi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kulleġġ ta’ Regolaturi ġie mwaqqaf permezz ta’ l-Att XI/2011 u ser jibda jaħdem fi ftit xhur. Il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Intrapriża twaqqaf ukoll permezz ta’ l-Att XI/2011 u qiegħed jopera.

Fond għat-taħriġ tal-Intraprenditorija

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk twaqqafx il-Fond għat-taħriġ tal-Intraprenditorija, u jekk twaqqaf, kemm ġew ivvotati flus għal dan il-fond u kif intużaw s’issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ġew ivvotati 100,000 Ewro fl-Estimi Finanzjarji biex jintużaw għal skema ta’ proġetti fl-iskejjel kollha intiżi biex isaħħu l-kwalitajiet intraprenditorjali fl-istudenti fil-livell primarju u sekondarju. Din l-iskema ġiet miftuħa fi Frar 2011 u wara sejħa għal proġetti ġew aċċettati 20 proġett minn 27 sottomissjoni min-numru ta’ skejjel tal-Gvern u privati. Dawn il-proġetti li jammontaw għal ftit aktar minn 78,000 Ewro, qegħdin jiġu implementatati u ser ikunu finalizzati sal-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 11 PQ #364 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

fondi għan-negozji turistiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intużaw fondi biex ikunu mgħejjuna n-negozji turistiċi biex itejbu l-prodott tagħhom? Fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-iskema għall-proġetti minn Intrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 hija skema ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea b’valur totali ta’ €10 miljuni. Din l-iskema hi miftuħa għal Għawdex u kif ukoll għal Malta, u hija skema kompetittiva għas-settur privat fl-ambitu tat-Turiżmu. S’issa saru tlett sejħiet għall-proġetti fi Frar 2009 u f’Ottubru 2009 u f’Ottubru 2010. Biex jintużaw il-flus kollha allokati ħa jkun hemm ir-raba sejħa fil-bidu ta 2011. L-implimentazzjoni ta’ l-iskema in ġenerali bdiet f’April 2009 u tispiċċa sa l-aħħar ta’ 2013. Il-valur ta kull proġett individwu jvarja skond id-daqs ta’ l-intrapriza skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-proġetti ppreżentati għandhom jaqgħ u taħt mill-anqas waħda minn ħames oqsma ta’ interventi li kienu: · Titjib tal-Prodott u investiment f’apparat ġdid · Investiment f’miżuri favur l-ambjent · Investiment fit-teknoloġija ta’ informazzjoni u kommuikazzjoni · Investiment fil-ħolqien ta’ servizzi jew prodotti ġodda · Investiment fil- Marketing Fl-ewwel żewġ sejħiet ġew allokati madwar 6 miljun ewro tal-fond. Il-proġetti sottomessi taħt it-tielet sejħa qiegħdin jiġu evalwati.