Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #311 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — gwardjani impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' gwardjani impjegati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' gwardjani li sofrew minn xi inċidenti waqt il-qadi ta' dmirijiethom bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, sena b'sena, b'mod separat? Jista' jgħid f'kemm minn dawn l-inċidenti kienu involuti priġunieri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 153 Uffiċjal Korrettiv, 17-il Maġġur u 3 supervisors. Infurmat ukoll illi mill-2000 sal-2003 ma jirriżultax li kien hemm xi inċidenti msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Tagħrif dwar numru ta' persuni nvoluti huwa s-segwenti:- Sena Gwardjani Nvoluti fl-Inċidenti Priġunieri Nvoluti fl-Inċidenti 2004 1 4 2006 2 Nil 2008 2 2 2009 3 Nil 2010 2 Nil 2011 1 1
Leg 11 PQ #312 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — sospensjoni ta' gwardjani impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-gwardjani impjegati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li ġew sospiżi minħabba ksur ta' dixxiplina bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, sena b'sena b'mod separat? Jista' jagħti raġuni f'kull każ għaliex kien hemm din is-sospensjoni? Kemm huma dawk li ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Kemm mill-gwardjani sospiżi eventwalment reġgħu ddaħħlu lura għax-xogħol?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena kien hemm 16-il gwardjan impjegat fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li ġew sospiżi minħabba ksur ta' dixxiplina. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni aktar dettaljata.
Leg 11 PQ #313 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — pulizija li sofrew inċidenti jew ġew sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total ta' membri fil-Korp tal-Pulizija llum? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li sofrew minn xi inċident waqt il-qadi ta' dmirijiethom bejn is-sena 2004 u 2010 sena b'sena, b'mod separat? Jista' jgħid kemm kien hemm pulizija sospiżi mis-sena 2000 sal-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, sena b'sena, b'mod separat? Fuq liema akkużi kienu sospiżi u ta' liema rank huma? Kemm huma dawk li ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Kemm minn dawn il-pulizija sospiżi, eventwalment reġgħu ddaħħlu lura fil-Korp?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena it-total ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija kien jammonta għal 1,860. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp li weġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom bejn is-sena 2004 u s-sena 2010, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 64 73 124 59 69 70 74 It-tagħrif dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, ċioe’ in-numru ta’ membri tal-Korp sospiżi bejn is-sena 2000 u l-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, kien kif gej: 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2 7 Nil 4 1 3 4 2 5 2 4 3 Dwar ir-raba' parti tal-Mistoqsija, l-akkużi fil-konfront ta’ dawn il-membri tal-Korp hekk sospiżi, li kienu fil-gradi ta’ kuntistabbli jew surġenti, kienu jinkludu ħsara volontarja, serq, frodi, offiża fuq il-persuna, xhieda falza, pussess ta’ droga, attentat ta' omiċidju, offiżi sesswali, pornografija, kaċċa llegali u tixħim. Dwar il-ħames parti tal-Mistoqsija, infurmat li ittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti fil-konfront ta’ dawk il-membri tal-Korp li kienu sospiżi, kif imsemmi aktar qabel. Is-sentenzi mogħtija fejn instabet ħtija, kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, multa u interdizzjoni. Fl’aħħarnett, dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, infurmat li minn dawk il-membri hekk sospiżi, s’issa kien hemm 6 membri tal-Korp li reġgħu daħlu lura għax-xogħol wara li l-każ tagħhom kien ġie deċiż.
Leg 11 PQ #314 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — ċertifikati ta' mertu lill-membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, sena b'sena, b'mod separat, kemm ingħataw ċertifikati ta' mertu lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li ddistingwew ruħhom b'għemilhom u fil-qadi ta' dmirijiethom? Jista' jagħti dettalji dwar ir-raġuni għaliex ingħata dan iċ-ċertifikat f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #315 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Konsumatur — trade unions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi l-gvern ħatar lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bħala membru fuq l-Awtorità tal-Konsumatur? Jista' jgħid jekk din hijiex nomina fuq bażi personali jew f'isem it-trade unions? Jista' jgħid jekk qabel din il-ħatra saritx konsultazzjoni mat-trade unions f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna ġiet maħtura fuq bażi personali.

ETC — membru fil-bord

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuq liema bażi l-gvern ħatar lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament bħala membru fuq il-bord tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Tista' tgħid jekk din hijiex nomina fuq bażi personali jew f'isem it-trade unions? Tista' tgħid jekk qabel din il-ħatra sartix konsultazzjoni mat-trade unions f'pajjiżna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-ħatra hija fuq bażi personali fuq il-mertu tal-esperjenza u l-kompetenza tiegħu fil-materja. Il-Bord tal-ETC u bordijiet simili kemm-il darba kellhom jew għandhom diretturi u membri li għandhom esperjenza f'korpi kostitwiti, inkluż dawk trejdunjonistiċi.
Leg 11 PQ #317 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ajurport Internazzjonali ta' Malta — ajruplani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba daħlu ajruplani militari fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta bejn Frar u Awwissu 2011, xahar b'xahar? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità kien kull ajruplan? Jista' jgħid ta' liema għamla kienu dawn l-ajruplani? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni għal kull inżul?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li bejn Frar u Awwissu li għadda niżlu għadd ta’ ajruplani militari f’Malta. 28 minnhom b’inżul t’emerġenza. Dawn kienu ġejjin minn qawwiet militari Franċiżi, Daniżi u Amerikani li kienu għaddejjin bil-missjoni tan-NATO fuq il-Libya. Dawn niżlu Malta minħabba problemi tekniċi, wieħed bi problema bil-pajp tal-fjuwel u l-bqija b’nuqqas ta’ fjuwel. Barra dan l-inżul t’emerġenza, bejn Frar u Awwissu niżlu wkoll 298 ajruplan militari ieħor, li nieżlu għal diversi raġunijiet, fosthom biex jimlew il-fjuwil fi triqthom lejn pajjiżi oħra, u biex iwasslu persuni importanti. L-inżul ta’ dawn l-ajruplani f’pajjiżna tkun ġiet approvata minn qabel, wara li Malta tkun irċeviet Note Verbale fejn tintalab tagħti l-permess neċessarju. Dawn il- 298 ajruplan militari gew hekk: Frar - 72 Marzu - 79 April - 25 Mejju - 25 Ġunju - 26 Lulju - 39 Awwissu - 32 Anness : id-dettalji ta’ kull ajruplan militari li niżel fl-Ajruport (dokument w317b) id-dettalji tal-inżul ta’emerġenza ta’ ajruplani militari (dokument w317a) *Vide PL 8050 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 391 nhar it-Tlieta 11 ta’ Ottubru 2011
Leg 11 PQ #318 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Port il-Kbir — bastimenti militari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba daħlu bastimenti militari fil-Port il-Kbir bejn Frar u Awwissu 2011, xahar b'xahar? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità kien kull bastiment? Jista' jgħid ta' liema għamla kienu dawn l-bastimenti? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni għal kull dħul ta' bastimenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li bejn Frar u Awwissu 2011 daħlu b’kollox 77 bastiment militari fil-Port il-Kbir, maqsuma hekk: Frar - 10 Marzu - 15 April - 8 Mejju - 9 Ġunju - 11 Lulju - 11 Awwissu - 13 Id-dettalji ta’ kull bastiment qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — ħaddiema li qed jirreġistraw u li qabel kienu jaħdmu l-Libja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li kienu jaħdmu fil-Libja qabel ma beda l-inkwiet u li bħalissa qed jirreġistraw għall-impjieg mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta — Enfocement officers - kumpanija Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħallas għas-servizzi li taw l-enforcement officers ta' Transport Malta mar-roundabouts u ma' numru ta' junctions matul ix-xahar ta' Lulju bil-għan li l-karozzi tal-linja tal-Arriva setgħu jlaħħqu mal-ħinijiet tal-vjaġġi? Jista' jgħid jekk il-kumpanija Arriva kkontribwietx għal parti mill-ħlas ta' dawn l-enforcement officers? Jista' jgħid jekk servizz bħal dan qattx ingħata qabel lill-Awtorità tat-Trasport Pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-servizzi li ngħataw mill-enforcement officers fil-perjodu msemmi, huwa l-istess tip ta’ servizz li jingħata regolarment minn din is-sezzjoni. Dan ħafna drabi jsir b’konsultazzjoni mal-Korp tal-Pulizija. Din is-sezzjoni twettaq dan ix-xogħol bħala parti mid-doveri tagħha.

Ilmenti fuq is-servizzi tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ilmenti li daħlu fil-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u għand Transport Malta matul ix-xhur ta' Lulju u Awwissu dwar nuqqasijiet fis-servizzi tal-Arriva permezz tat-telefown, bil-kitba u bl-emails? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn Lulju u Settembru, Transport Malta u l-Ministeru rċevew madwar 680 ilment li m'hux neċesserjament huma kollha minn persuni differenti. Dawn kienu dwar : · Puntwalita’ tas-servizzi / frekwenza ta’ rotot · Rotot (talbiet għal rotot ġodda u modifiki, kif ukoll ilmenti fuq it-tul tar-rotot) · Relokazzjoni ta’ Bus stops u Bus shelters · Informazzjoni nieqsa fuq il-Bus Stops · Tariffi · Informazzjoni rigward is-servizzi · Rotot li minnhom suppost tgħaddi l-karozza pero din tibqa ma tgħaddix · Karrozzi jitilqu mimlijja mill-belt · Xufiera li ma jafux it-toroq sew minfejn għandhom jgħaddu.

Ħal Safi — triq ġdida magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta t-triq il-ġdida li tagħti għal Ħal Safi, wara li t-triq prinċipli li tagħti għal dan ir-raħal, kienet ingħalqet madwar sena ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li dan il-proġett huwa responsabbilta' tal-Malta Industrial Parks, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #323 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġett tal-Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tlesta f'termini ta' persentaġġ mill-proġett tal-Biċċerija l-ġdida f'Għawdex? Tista' tgħid jekk ix-xogħol huwiex miexi mal-miri stabbiliti? Tista' tagħti lista tax-xogħlijiet li saru s'issa? Tista' tagħti lista tax-xogħlijiet li jonqos isiru? Tista' tgħid min kienu l-kumpaniji privati li ħadmu fuq dan il-proġett sal-lum u kemm tħallsu s'issa? Tista' tagħti data ta' meta mistennija terġa' tiftaħ din il-biċċerija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-biċċa l-kbira tax-xogħol fil-Biċċerija huwa lest u li dan jikkonsisti minn xogħlijiet strutturali, upgrading tal-post u provvista u installazzjoni ta’ apparat modern u servizzi anċillari biex jassigura biċċerija ta’ standards Ewropej. Bħalissa qegħdin isiru xi xogħlijiet ta’ finishes u setting ta’ apparat u qegħdin jiġu ffinalizzati l-proċeduri ta’ dokumentazzjoni wara li saru diġà xi qatliet ta’ majjali u ċanga bi prova. Jiena nfurmata wkoll li l-biċċerija mistennija tiftaħ formalment fil-futur qarib u li kumpaniji privati li ħadmu fuq dan il-proġett huma kif jidhru fuq l-iskeda annessa u li l-ħlasijiet globali fuq il-proġett jammontaw għal €1,637,706. · A & E Mintoff Co. Ltd. · AluCare Mosta Ltd. · Camray Co. Ltd. / Technostar Due srl JV · Donald Pace · Eucharistico Portelli · Joe Portelli · Joseph Saliba · Piju Attard · Road Construction Co. Ltd. · Food Gold International · L. Curmi & Partners · Enemalta · Joseph Cauchi · De Valier Co. Ltd. · Borg Aluminium · Michelle Hili · Carmel Camilleri · Enelux Ltd. · Asri Co. Ltd.
Leg 11 PQ #324 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — funzjonijiet pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk Villa Rundle ingħatatx b'esklussività għal funzjonijiet pubbliċi lil kumpanija partikolari? Jekk iva, min hi din il-kumpanija u xi proċedura ntużat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Villa Rundle ma ngħatat lill-ebda kumpanija b'esklussività għall-funzjonijiet pubbliċi.
Leg 11 PQ #332 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista' ta' konsulenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-konsulenzi u ammonti fi flus rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuni/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li f’dawn l-aħħar għaxar snin ma sar l-ebda pagament għall-konsulenzi lill-kumpanija ndikata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, d-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħtu, kien hemm dawn il-pagamenti rispettivi lill-persuna msemmija: Sena Dipartiment / Entita’ Lista ta’ Konsulenzi Ammont € 2004 Uffiċċju tal-Prim Ministru Supply of 10 ‘A year in the Country’ 163 2008 Uffiċċju tal-Prim Ministru Idiomatic Translation Speech from Maltese to English 413

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — lista' ta' konsulenzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dawn l-aħħar għaxar snin sar ħlas għal servizz/konsulenzi fis-snin qabel Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea. Il-ħlas kien jammonta għal Lm7527 fl-2002 u Lm7468 fl-2003.
Leg 11 PQ #334 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista' ta' konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu ma taw ebda servizzi ta' konsulenza matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista' ta' konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-2008 'il hawn il-Ministeru tiegħi ma xtara ebda servizzi mill-persuna u l-kumpanija li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant. M'għandix disponibbli informazzjoni dwar Ministeri li kont responsabbli għalihom jien qabel dan il-Parlament.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista' ta' konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli In,terpellant illi ma ngħataw l-ebda konsulenzi minn dan il-Ministeru lill-persuna / kumpanija msemmija, matul dawn l-aħħar għaxar snin.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — lista' ta' konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma kien hemm ebda konsulenzi li l-Ministeru, departimenti u entitajiet taw lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom jingħataw separatament.