Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm–il darba saru sejħiet pubbliċi fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Awwissu tal-2011 rispettivament, għall-applikazzjonijiet għall-ħatriet f’bordijiet tal-Gvern? Jista' jgħid liema kienu l-ħatriet konċernati, kemm saru applikazzjonijiet għal kull ħatra, min kienu n-nies li applikaw u min intagħżel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infakkar l-Onor Interpellant li l-Programm Elettorali huwa programm ta’ ħidma mifrux fuq ħames snin. Ninsab informat li l-preparazzjoni tal-infrastruttura meħtiega biex titwettaq il-miżura elettorali li ħatriet f’bordijiet tal-Gvern isiru wara sejħa pubblika tinsab fl-aħħar tagħha.
Ninsab informat li fl-2009 saret sejħa pubblika għall-persuni interessati biex iservu fuq il-Kummissjoni ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u applikaw 33 persuna; ma jidhirlix li huwa xieraq li l-ismijiet tal-persuni li applikaw jiġu publikati.
Ninsab informat li ll-persuni maħtura huma
Kummissjoni ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar (Divizjoni A):
Perit Sandra Magro
Perit Elizabeth Ellul
Perit Claude Borg
Dr. John Mangion
Perit Fleur Ebejer
Kummissjoni ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar (Divizjoni B):
Perit Franco Montesin
Mr. Anthony Ellul
Perit Saviour Borg
Perit Anna Maria Attard Montalto
Mr. Bjorn Bonello
diskussjonijiet fi ħdan l-MCESD fuq dimensjoni ambjentali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm–il darba saret diskussjoni fi ħdan l-MCESD li kienet tkopri dimensjoni ambjentali fl-2008, 2009 u 2010 u l-ewwel nofs tal-2011? Jista' jagħti d-dati tal-laqgħat in kwestjoni u d-dettalji ta’ liema aspetti ambjentali kienu diskussi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jżomm il-wegħda tiegħu li jibni villaġġ tal-karnival, inkluż mużew permanenti? Jekk fl-affermattiv fejn se jinbnew, kemm se jiġi jiswa dal-proġett u meta se jkunu lesti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern bħalissa qiegħed jaħdem fuq pjanti għal struttura ġewwa Kordin biex tintuża minn dawk li jibnu l-karrijiet tal-karnival wara li l-proposta għall-bini ta’ villaġġ tal-karnival ġewwa Ta’ Qali ma ġietx aċċettata mill-kumpaniji li jaħdmu l-karrijiet. Ikun idejali jekk ma dan is-sit isir ukoll Mużew tal-Karnival.
F’dan l-istadju fejn għadhom qed jitlestew il-pjanti ma nistax nagħti informazzjoni ulterjuri.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-Business Incubation Centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f'Għawdex? X’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010 ? Hemm data ta’ meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda spiża fuq dan il-proġett għall-perjodu msemmi. Il-Ministeru għal Għawdex għaddej b'diskussjonijiet mal-Awtoritajiet kompetenti biex il-proġett jitwettaq bl-aħjar mod. F'dan l-istadju nħoss li huwa prematur li jkun hemm data ta' meta dan il-proġett ser jitlesta.
Open Air Studio — produzzjonijiet ta' films f'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta’ faċilità ta’ open-air studio għall-produzzjoni tal-films f'Għawdex? X’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010? Hemm data ta’ meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Ċentru ta' faċilitajiet sportivi fl-inħawi Ta' Xħajma
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq iċ-ċentru ta’ faċilitajiet sportivi fl-inħawi Ta’ Xħajma? X’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010 ? Hemm data ta’ meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li tħejjew pjanti tal-proġett biex jiġu diskussi internament qabel ma jsiru proċeduri oħra.
Council for the Professions Complementary to Medicine — ilment minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Council for the Professions Complementary to Medicine ma bagħatx għall-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament (flimkien mal-kunsens tiegħu bil-miktub) wara li l-istess persuna ressqet ilment formali lil dan il-Kunsill? Kif jista' l-Ministru jiġġustifika l-fatt li l-Kunsill ħa deċiżjoni mingħajr ma sema l-evidenza li kellu x'jagħti l-individwu kkonċernat kif talab biex jagħmel espressament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina rċieva l-ilment mill-persuna konċernata u assigura li d-dokumentazzjoni relattiva tiġi ppreżentata skont il-Liġi. Effettivament il-Kunsill kellu fil-pussess tiegħu d-dokumenti kollha relevanti kif ukoll l-ispjegazzjonijiet fid-dettal kollu, ilkoll mibgħuta mill-persuna li resqet l-ilment. Din il-ġabra ta’ dokumentazzjoni kienet waħda ċara u eżawrenti.
Sussegwentament, il-Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina, wara li eżamina d-dokumentazzjoni kollha ppreżentata miż-żewġ naħat u ħa nota tal-osservazzjonijiet magħmula mill-esperti mill-professjoni involuta, aċċetta l-ispjegazzjoni bil-miktub tal-professjonista involuta, u peress li l-Kunsill kien sodisfatt biha, iddeċieda li l-każ għandu jieqaf hemm. Konsegwentament ma kienx hemm il-ħtieġa li tinfetaħ inkjesta skont l-Artiklu 5 (1) tal-Avviż Legali 31 tal-1985 (amendata b’Avviż Legali 3 tal-2000) ir-Reġoli dwar il-Proċedura biex jitħassru l-Ismijiet tal-Professjonisti Kumplimentari għall-Mediċina.
Billi fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27525 intqal li m’hemm ħadd fil-grad ta’ manager li bħalissa qed jagħmel ix-xogħol ta’ manager fl-amministrazzjoni fil-Power Station tal-Marsa, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li qed jagħmel dan ix-xogħol għandux take home pay ta’ manager, jieħux il-benefiċċji kollha ta’ manager u jiffirmax l-e-mails tiegħu bħala manager?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi uffiċċjalment l-ebda pożizzjoni ma ġiet okkupata minn xi ħadd bħala administration manager. Dan il-post għadu jiġi okkupat mill-istess persuna li l-korporazzjoni għażlet. Għaldaqstant, mhux qed jingħata l-ebda allowance/paga ta’ administration manager.
Fondi għall-Kawżi Ġusti — għotja lill-għaqdiet u soċjetajiet
Question
Jista' l-Ministru jelenka lil dawk l-għaqdiet jew soċjetajiet u/jew lil kulmin ingħata għotja mill-Fond għall-Kawżi Ġusti mill-1 ta' Jannar 2011 sal-aħħar ta' Awwissu 2011? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar? Jista' jelenka r-raġuni fil-qosor għal kull għotja li ngħatat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal għotjiet mill-Good Causes Fund li ġew rifjutati bejn is-sena 2006 u llum, sena b'sena u jagħti d-dettalji ta' mingħand min saret kull talba u x'kienet ir-raġuni għal kull talba?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25354.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-allokazzjonijiet finanzjarji kull sena mill-2004 sal-lum sena b'sena għall-għaqdiet tal-kaċċaturi fil-budget? Jista' jikkonferma li kull sena saru dawn il-ħlasijiet? Jekk le, jista' jgħid għaliex ma sarux?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn ħwienet f'pajjiżna li huma awtorizzati biex joffru servizz ta' tattooing bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena b'mod separat u f'liema lokalità kienu jinsabu dawn il-ħwienet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum, in-numru ta' priġunieri li kkwalifikaw għall-għoti ta' remission? Jista' jgħid kif ikun deċiż li priġunier jikkwalifika għar-remission? Jista' jgħid min jieħu d-deċiżjoni li priġunier jingħata remission? Jista' jgħid xi jkun l-effett tal-għoti tar-remission fuq sentenza li jkun qed jiksonta priġunier?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ prigunieri li kkwalifikaw għall-għoti ta’
remission
huma s-segwenti:-
Sena
Sentenzi li Kwalifikaw għar-
Remission
Sentenzi li ma ikkwalifikawx għar-
remission
*
2000
126
46
2001
141
89
2002
164
117
2003
187
64
2004
168
196
2005
147
195
2006
249
212
2007
237
221
2008
279
181
2009
374
137
2010
492
150
2011 (Awwissu)
220
83
Priġunieri li mhumiex intitollati għal tnaqqis mis-sentenza huma dawk li:-
· Meta sentenza tkun ta’ inqas minn xahar ħabs (30 ġurnata);
· Meta sentenza ta’ multa tiġi konvertita f’perjodu ta’ priġunerija;
· Meta sentenza tkun ta’ priġunerija għal għomor.
B’saħħa tar-Regolamenti dwar il-Ħabs tal-1995, priġunieri li jkunu qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija għal żmien ta’ iżjed minn xahar jisgħtu, minħabba l-imġieba tajba tagħhom, jaqilgħu tnaqqis mis-sentenza. It-tnaqqis li jinqala’ ma’għandux jeċċedi terz tat-total taż-żmien ta’ kundanna għall-priġunerija kif ridott taħt l-Artiklu 22 tal-Kodiċi Kriminali u kull żmien ieħor li tulu l-akkużat kien inżamm f’kustodja qabel ma nstab ħati għal reat/i li jkun ġie impriġunat.
Id-Direttur jew persuna awtorizzata minnu għal dan il-għan għandu jikkonsidra fost ħwejjeġ oħra, l-andament tal-priġunier fuq il-lant tax-xogħol, taħriġ jew programmi edukattivi u rijabiltazzjoni, jekk ikun il-każ, kif ukoll l-imġieba tajba ġenerali fuq kollox tal-priġunier.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-affarijiet li jwasslu biex priġunier jitlef ir-remission u kif ikun deċiż l-ammont ta' remission mitluf? Jista' jgħid min jieħu d-deċiżjoni li priġunier jitlef ir-remission?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B’saħħa tar-Regolamenti dwar il-Ħabs tal-1995, id-Direttur jew persuna awtorizzata minnu, jekk isib lill-priġunier ħati ta’ reat kontra d-dixxiplina jista’ jimponni telf ta' mhux iżjed minn mija u għoxrin jum ta’ tnaqqis mis-sentenza (remission) kemm jekk maqlugħ jew prospettiv għal reati gravi ta’ ksur tar-regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx mod kif priġunier li jitlef ir-remission, tista' tiġi restitwita lilu r-remission kollha jew parti minnha? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kien hemm każijiet fejn ir-remission kollha jew parti minnha ġiet restitwita lil xi priġunier sena b'sena, mill-2000 sal-lum? Jista' jgħid min jieħu d-deċiżjoni li priġunier jingħata lura r-remission kollha jew parti minnha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B’saħħa tar-Regolamenti dwar il-Ħabs tal- 1995, Artiklu 83, 2 (a u b) it-tnaqqis mis-sentenza ta’ ġranet mħassra lill-priġunier ħati ta’ reat kontra id-dixxiplina fil-ħabs tista’, bl-awtorità tal-Ministru tingħata lura lill-priġunier kollha kemm hi jew parti minnha b’ kunsiderazzjoni ta’ mġieba meritevoli sussegwenti.
Ninsab infurmat illi mill-2007 sallum kien hemm 124 priġunier fejn ir-remission kollha jew parti minnha ġiet restitwita. Infurmat ukoll illi mill-2000 sal-2007 ma kientx tinżamm statistika kompjuterizzata.
Ġurijiet pendenti fuq akkużi ta' traffikar ta' droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġurijiet pendenti fejn hemm akkużi ta' traffikar ta' droga? Jista' jagħti dettalji ta' kemm ilu pendenti kull ġuri? Jista' jagħti d-dettalji tal-akkuża f'kull ġuri? Jista' jgħid kemm huma l-persuni akkużati f'kull ġuri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' ġurijiet pendenti fejn hemm akkużi ta’ traffikar ta’ droga huwa ta' 61. L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tidher fit-tabelli t'hawn taħt:-
Ġurijiet li ilhom pendenti huma s-segwenti:-
Sena Numru
2002 1
2005 1
2007 1
2008 2
2009 13
2010 33
2011 10
Infurmat ukoll illi l-akkużi f’ kull ġuri huma s-segwenti:-
Numru Akkużi
34 assoċjazzjoni u traffikar kokaina
20 assoċjazzjoni u traffikar eroina
5 traffikar u pussess cannabis
2 traffikar Ecstacy.
Numru ta' persuni akkużati f’kull ġuri huwa s-segwenti:-
Żewġ ġurijiet 4 persuni akkużati flimkien
Ġuri wieħed 3 persuni akkużati flimkien
Għaxar ġurijiet 2 persuni akkużati flimkien.
Tmienja w erbgħin ġuri persuna waħda akkużata.
Priġunieri — sentenzi mhux fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li weħlu sentenza ta' priġunerija bejn is-sena 1999 u l-2010 u li għamlu/qed jagħmlu parti minn din is-sentenza jew is-sentenza kollha, mhux fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid għaliex teżisti din il-prassi? Jista' jgħid f'kull każ x'kienet is-sentenza ta' priġunerija mogħtija u kemm minn din is-sentenza ma ġietx skontata fil-Faċilità Korrettiva ta' Kodin? Jista' jgħid f'kull każ dwar liema reat il-persuni konċernati instabu ħatja? Jista' jgħid f'kull każ fejn 'l barra mill-bini tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, servew/qed iservu s-sentenzi tagħhom il-persuni konċernati? Jista' jgħid xi jkunu d-differenzi fil-kundizzjonijiet bejn persuna li tiskonta s-sentenza tagħha fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u persuna li tagħmel parti mis-sentenza jew is-sentenza kollha barra minn din il-faċilità? Jista' jgħid min jieħu deċiżjoni li priġunier jiskonta parti mis-sentenza jew is-sentenza kollha tiegħu mhux fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma inżammittx statistika komputerizzata bejn il-perjodu tal-1999 u l-2000. Għalhekk qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ priġunieri li, bejn l-2004 u l-2010, skontaw jew qed jiskontaw parti mis-sentenza barra mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Forensic Unit, fl-isptar Monte Carmeli, kif ukoll is-SATU (li jinsab fil-bini li qabel kien iservi bħala l-iskola primarja tal-Imtaħleb), huma parti mill-ħabs skont Leġislazzjoni Sussidjarja 260.02.
Għar-rigward il-Forensic Unit, kull persuna li tidħol bħala priġunier/a fil-Ħabs, tiġi eżaminata mit-tabib tal-Ħabs li jiddeċiedi l-bżonnijiet ta’ dik il-persuna. Jekk ikollha bżonn kura għal problema tad-droga jew il-persuna tkun qed tbagħti minn xi forma ta’ disturbu mentali, skont il-gravità u l-urġenza tal-każ, it-tabib jew jirreferihom immedjatament il-Forensic Unit jew inkella għand il-Psikjatra li jattendi fil-klinika tal-Ħabs nhar ta’ Tnejn jew nhar ta’ Ġimgħa. Ikun hemm każi ukoll fejn il-Qorti tirrikmanda li l-persuna tintbagħat il-Forensic Unit sabiex tiġi eżaminata mill-Psikjatra. Ta’ min isemmi li huwa biss il-psikjatra li għandu s-setgħa li jibgħat pazjent għall-kura fil-Forensic Unit jew li jirrilaxxah minn hemm u ħadd ħliefu. L-amministrazzjoni ma għandiex setgħa f'dan ħlief li ssegwi d-direttivi tal-psikjatra.
Huma r-Regolamenti dwar il-Ħabs (s.l. 260.03) li jipprovdu għal leave mill-ħabs kif ġej:-
‘61. (1) Leave mill-ħabs jista’ jingħata mid-Direttur, skont dawk id-direttivi ġenerali li jistgħu jingħataw mill-Ministru minn żmien għal żmien, lil priġunier taħt dawk il-kundizzjomijiet li d-Direttur jista’ jiddeċiedi skond dawk id-direttivi kif ġej:-
(
e
) (i) għal dawk il-perijodi li jkunu meħtieġa sabiex priġunier jiġi kkurat u rijabilitat mit-teħid tad-drogi ġewwa faċilità jew komunità terapewtika barra mill-ħabs approvata mill-Ministru, jew għar-rigward ta’ priġunier li jkun qed jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni kontra d-droga ġewwa l-ħabs, għal dawk l-għanijiet li jwasslu għall-kura tal-priġunier;
(ii) għal dawk il-perijodi skond kif ikun meħtieġ biex priġunieri żgħażagħ jgħaddu parti jew iż- żmien kollu tal-priġunerija tagħhom f’istituzzjoni għar-rijabilitazzjoni ta’ ħatjin żgħażagħ jew ġewwa faċilità oħra simili skond kif approvat mill-Ministru.’
Priġunier li jixtieq jirrijabilta ruħu, japplika għal programm wara li jiġi segwiet mit-Taqsima tal-kura fil-Faċilità u wara li jkun wera ċertu progress. Bord ad hoc, il-PSAAB (Prisoners’ Substances Abuse Assessment Board) kompost minn diversi persuni ġejjin minn diversi entitajiet, anke dawk barra l-Faċilità, jagħmlu rakkomandazzjoni jekk il-priġunier imurx għal tali programm jew le.
Kull post ta’ kura u rijabilitazzjoni għandu regoli u kundizzjonijiet differenti, imma bażikament għandhom l-istess regoli fejn tidħol dixxiplina u mġieba. Diversi huma l-każi fejn priġunieri jintbgħatu lura il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għaliex ma jkunux osservati tali regoli.
*Vide PL 8207 li ngħatat nhar l-Erbgħa 19 ta' Ottubru 2011 fis-Seduta 395
Jista' l-Ministru jgħid mit-tfittxijiet fuq l-immigranti rregolari li daħlu Malta s'issa din is-sena, kemm instabu fuqhom flus kontanti, telephones ċellulari, credit cards u passaporti? X'sar minn dawn l-affarijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi wara tfittxija li saret mill-Pulizija fuq immigranti illegali mal-wasla tagħhom f'Malta mill-ewwel ta' Jannar sas-17 ta' Awwissu ta' din is-sena, instabu 134.561 dollaru Amerikan, €8,010 u 1,180 Dinar Libjan fi flus kontanti, 838 telephones ċellulari, 6 credit cards u 187 passaport.
Infurmat ukoll illi wara li l-immigranti illegali jingħataw irċevuta ta' dawn l-affarijiet misjuba fuqhom, dawn jinżammu għand il-Pulizija sakem l-immigranti illegali jkunu taħt detenzjoni u jiġu kkonsenjati lura meta joħorġu mid-detenzjoni.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — ksur tar-regolamenti tal-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tfittxija saret bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, b'mod separat, mill-SRT fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għal affarijiet li jiksru r-regolamenti tal-ħabs? Kemm kien hemm tfittxijiet li rriżultaw fil-pożittiv?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Sena Numru ta Tfittxija Riżultati Pożittivi
2008 114 43
2009 230 74
2010 192 64
2011 (sa Awwissu) 233 40
Infurmat ukoll illi mill-2000 sal 2007 ma kienetx tinżamm statistika kompjuterizzata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li qattgħu xi żmien f'solitary confinement bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena b'mod separat? Kemm damu f'kull każ u għaliex weħlu dan il-kastig? Jista' jgħid min jieħu d-deċiżjoni li priġunier jiskonta parti mis-sentenza tiegħu f'solitary confinement? X'inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom priġunier jinżamm f'solitary confinment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija. Ninsab infurmat illi l-informazzjoni li qed tingħata tkopri l-perijodu mill-2007 sa Awwissu 2011 peress illi ma kienetx tinżamm statistika kompjuterizzata qabel l-2007.
Infurmat ukoll illi d-deċiżjoni li priġunier jiskonta parti mis-sentenza tiegħu f'
solitary confinement
tittieħed mid-Direttur jew l-uffiċjal inkarigat mid-dixxiplina jew mit-tobba jekk ikun bżonn ta’ osservazjoni medika.
Dwar il-kundizzjonijiet infurmat illi meta priġunier jinżamm f’reklużjoni għal perjodu, dan jinżamm magħluq il-hin kollu f-lok li qiegħed għal hekk, mingħajr ma jingħata permess li jidħol ħadd ħdejh, ħlief b’servizz jew b’awtorizzazzjoni. Prigunier f’reklużjoni għandu l-fakulta' joħroġ miċ-ċella għal-siegħa fejn jista’ jċempel lill-qraba tiegħu jew jagħmel vista medika.