Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta' flus fl-ewro li l-Gvern ġabar permezz tad-Dipartiment tad-Dwana f'taxxi tas-sisa u tal-VAT minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u s-6 ta’ Settembru 2011 huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din ma tinkludix il-VAT dovuta mill-Enemalta.
Tajjeb li wieħed jgħid illi l-ġbir ta’ taxxa tal-VAT minn
petrol
u
diesel
dovuta mill-Enemalta u minn bejjiegħa tal-
petrol stations
miġbura mid-Dipartiment tal-VAT ma tistax tingħata għaliex il-bejjiegħa ta’ dawn il-prodotti jirrappurtaw il-bejgħ tagħhom ma’ bejgħ ta’ prodotti oħra f’kaxxa waħda fir-
return
tal-VAT.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ilaħħaq bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku il-qasam tas-servizzi finanzjajri f'Diċembru 2008, Diċembru 2009 u Diċembru 2010 rispettivament u kemm kien iħaddem nies l-istess settur f'Diċembru 2008, Diċembru 2009 u Diċembru 2010 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skema ta' għajnuna finanżjarja għall-każini tal-baned
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li saret fl-2008, 2009 u 2010, sena b'sena b'mod rispettiv, fuq l-iskema ta' għajnuna finanzjarja għall-każini tal-baned biex tgħinhom fit-taħriġ u t-tagħlim mużikali taż-żgħażagħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-għajnuna finanzjarja li qed tingħata mill-gvern għal xiri ta' strumenti mużikali, u li tinkoraġġixxi aktar żgħażagħ biex jitgħallmu l-mużika, ma tingħatax direttament lill-każini tal-baned iżda lil individwi li japplikaw għal din l-għajnuna. Dettalji ta' dawn l-għajnuniet qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll illi, minbarra din l-għajnuna, il-każini tal-baned jirċievu b'mod regolari, kontribuzzjonijiet mill-Fond għall-Kawżi Ġusti, liema kontribuzzjonijiet huma kummissjoni fuq il-bejgħ mill-banek tal-lottu affilljati magħhom. It-total ta' kontribuzzjonijiet li ngħataw minn dan il-Fond kienu ta' €301,416 fl-2008, €346,328 fl-2009 u €355,215 fl-2010.
Segretarji Permanenti u d-Diretturi Ġenerali — pakkett ta' kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pakkett ta' kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż is-salarji, tas-Segretarji Permanenti u d-Diretturi Ġenerali kollha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
*Vide PL 8072 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 392 nhar l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru 2011
Jista' l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-e-medicine li għandu jorbot ħaġa waħda lill-kliniċi tat-tobba tal-familja, liċ-ċentri tas-saħħa u lill-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża li saret fuq dan il-proġett fl-2008, l-2009, l-2010 u bejn Jannar u Awwissu tal-2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jekk qed jirreferi, għal myHealth Record, dan il-proġett issa jinsab fi stadju avvanzat.
L-ewwel fażi ser tiġi mnedija pubblikament qabel l-aħħar tas-sena. It-
tender
pubbliku għat-teknoloġija għalqet fis-27 ta’ Awissu 2010, imma kien hemm dewmien minħabba f’appell li l-proċess tiegħu dam għaddej sa Frar 2011. Dritt wara beda ix-xogħol fuq l-implementazzjoni.
In-nefqa fuq dan il-proġett bdiet fl-2011, u s’issa tammonta għal sitta u għoxrin elf, disgħa mija u sebgħa u erbgħin ewro (€ 26,947).
Servizz Nazzjonali tas-Saħħa — Skema ta' għajnuna lill-familji għall-spejjeż mhux tas-soltu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li saret fl-2008, l-2009, l-2010 u bejn Jannar u Awwissu tal-2011 fuq l-iskema biex tgħin lill-familji li jsibu spejjeż mhux tas-soltu minħabba kura ta' mard serju li mhux kopert bis-servizz nazzjonali tas-saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din l-iskema għadha ma ġietx stabbilita. F’każijiet ta’ spejjeż mhux tas-soltu minħabba kura ta’ mard serju li mhux kopert bis-servizz nazzjonali tas-saħħa, il-pazjenti ġeneralment jiġu assistiti minn fondi oħra bħal per eżempju il-Community Chest Fund jew Puttinu Cares.
Sptar Mater Dei — użu minn sistemi ta' enerġija alternattiva
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei jagħmilx użu minn sistemi li jużaw enerġija alternattiva u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm huwa l-persentaġġ tal-enerġija ġġenerata minn sorsi alternattivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa l-Isptar Mater Dei ma jużax enerġija alternattiva. Sadanittant qed isir studju għal proġett sabiex fuq il-bejt tal-isptar jiġu installati Photovoltaic Cells biex tiġi ġġenerata enerġija alternattiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies mit-tipjip f'Malta fl-2008, l-2009 u l-2010 u bejn Jannar u Awwissu 2011? Kemm kien hemm minnhom li kienu rġiel u kemm kienu nisa? X'kienu l-etajiet tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-bajjiet li sar x-xogħol ta' upgrading fuqhom matul l-2008, 2009 u 2010 u bejn Jannar u Awwissu 2011 rispettivament u kemm kienet l-ispiża tax-xogħol li sar b'mod rispettiv?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Illum il-Cleansing Services Directorate(CSD) fi ħdan dan il-Ministeru minn Mejju 2009 huwa f’dan ir-rigward responsabbli mill-istallar u manutenzjoni tal-għamara tal-bajjiet (beach furniture) kif ukoll mill-indafa tal-bajjiet u l-kosta tal- madwar.
In-nefqa fuq għamara tal-bajjiet(beach furniture) bejn Ġunju 2009 u Lulju 2011 kienet tammonta għal €109,470.36.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-upgrading tal-bajjiet f'dawn l-aħħar snin minn April 2009 sar mill- Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (MTA). Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli.
Investiment fuq żvilupp tal-ġonna madwar il-Belt Valletta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-investiment li sar fl-2008, 2009 u 2010 u bejn Jannar u Awwissu 2011 mill-Gvern Ċentrali fuq l-iżvilupp tal-ġonna madwar il-Belt Valletta, f'liema ġonna sar dan ix-xogħol u fiex kien jikkonsisti x-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, matul is-snin imsemmija kien responsabli għall-xogħol fil-ġonna pubbliċi prinċipali tal-Belt Valletta , jigifieri il-Barrakka ta' Fuq, il-Barrakka ta' Isfel u l-Gnien ta' Hastings liema xogħol kien jinkludu xogħol ta' tisbih estensiv kif ukoll dak ta-restawrar.
Bħalissa qed isir ukoll xogħol ta' restawr fuq żewg monumenti li jinstabu ġewwa il-Barrakka ta' Fuq minn ħaddiema tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt. Ir-restawr qiegħed isir fuq il-monument ta' Arthur Baynes u fuq dak ta' Sir Henry Hotham. Restawr fuq il-monument ta' John Bathurst għandu jinbeda kif jinhargu il-permessi mill-MEPA.
Fil-bidu ta' din is-sena saru xogħolijiet ta' pavimentar, mill-ħaddiema tal-MRRA, ġewwa s-Saluting Battery li jinsab fil-Barrakka ta' Fuq. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu il-qlugħ u tqegħid mill-ġdid tal-pavimentar tal-qawwi, it-tqegħid ta' bażi tal-konkos, l-installazzjoni ta' membrane u l-qlugħ ta' ucuħ tal-konkos li minflokhom tpoġġa pavimentar ġdid tal-qawwi. L-ispiza tal-materjal li ntuza waqt dawn ix-xoghlijiet kien jammonta għal €143,000. Komplessivament l-ispiża tal-ħaddiema kienet ta’ €17,680.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar bħala parti mill-kampanja Tree for You fl-2008, 2009 u 2010 u l-ewwel nofs tal-2011 rispettivament? Jista' jgħid fejn inżergħu dawn is-siġar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-sena 2008 u nofs din is-sena (2011) tħawwlu l-fuq minn 48,000 siġra. Dawn tħawwlu kif inhu ndikat fil-listi murija hawn taħt.”
2008
- Total ta' 20,000 siġra fil-lokalitajiet murija hawn taħt:
Ta' Qali
Manikata Nature Park
Għajn Tuffieħa
Eco Skola – Xrobb l-Għagin, Marsaxlokk
Salina
Pembroke
Wied Blandun
2009
- Total ta' 18,520 siġra fil-lokalitajiet murija hawn taħt:
Ta’ Qali
Safi
Magħtab
Sta Lucia
Mellieħa
Salina
Fgura
Pembroke
Siġġiewi
Għajn Tuffieħa
Floriana
Marsascala
Għammieri
2010
- Total ta' 7900 siġra fil-lokalitajiet murija hawn taħt:
Ta' Qali
Mtarfa
Għajn Tuffieħa
Floriana
Mellieħa
Siġġiewi
Salina
Qala
Xrobb L-Għaġin
Gudja
Magħtab
St Aloysius College
Pembroke
Fgura/Kottonera Garden
Pieta
2011
(l-ewwel sitt xhur) - Total ta' 1,696 siġra fil-lokalitajiet murija hawn taħt:
Salina
Mellieħa Family Park
Xrobb L-Għagin
Fgura Primary School
Rinella
Żokrija Secondary School, Mosta
ITS Pembroke
Waste Water Treatment Xgħajra
Għajn Tuffieħa
Delimara — Xrobb l-Għaġin - post ta' riabilitazzjoni għall-annimali slavaġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-post ta' riabilitazzjoni għall-annimali slavaġ li kellu jsir f'Xrobb l-Għaġin, f'Delimara b'fondi min-Norverġja? X'kienet l-ispiża li saret s'issa fuq dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ix-xoghlijiet relatati mat-tieni fazi tal-progett fuq Xrobb l-Ghagin li jirrigwardaw l-ispiza tar- restawr tal-binjiet ezistenti qeghdin fil-fazi tal-evalwazzjoni. Ghaldaqstant ghadhom ma saru l-ebda spejjez relatati. Dan is-sit qed jigi studjat u ppjanat biex jilqa fih animali slavagg. Barraminnhekk, qed isiru referenzi ghal centri ohra simili fl- Ewropa biex tinstab l-ahjar metodologija biex il-progett jista jkun l-aktar mod environment friendly.
Meta tingabar l-informazzjoni dwar l-ammonti ta spejjez nvoluti, tkun tista ssir applikazzjoni ghal-fondi, li mhux bilfors tkun that l-fondi min Norvegja.
Skejjel li jużaw sistemi alternattivi ta' enerġija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel tal-istat li jagħmlu użu minn sistemi li jużaw enerġija alternattiva u tgħid liema huma dawn l-iskejjel u f'kull każ kemm huwa l-persentaġġ tal-enerġija ġġenerata minn sorsi alternattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba hija hekk:
Isem tal-iskola Persentaġġ tal-enerġija minn PVs
Kulleġġ San Benedittu Skola Sekondarja Subien Kirkop 8%
Kulleġġ san Injazju Skola Sekondarja Subien Qormi 9.8%
Kulleġġ santa Margerita Skola Sekondarja Subien Cospicua 6%
Kulleġġ Santa Klara Skola Primarja Pembroke 100%
L-iskejjel huma wkoll attrezzati b’sistemi ta’
solar water heaters
. Bħalissa qiegħda ssir l-istallazzjoni tal-PVs fl-iskola l-ġdida sekondarja tas-Subien fil-Mosta (Żokkrija) kif ukoll fl-iskola l-ġdida sekondarja tas-subien fir-Rabat Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu d-djar ġodda li pprovdiet l-Awtorità tad-Djar fl-2008, 2009 u 2010 rispettivament? Tista' tgħid f'liema lokalitajiet jinsabu dawn id-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-gvern għadux jaħdem fuq il-proposta li f'pajjiżna jkun hawn ground li jintuża għar-Rugby? Jekk fl-affermattiv, fejn se jsir dan il-ground u fiex wasal ix-xogħol fuqu? Meta qed ikun ippjanat li dan il-ground jibda jintuża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gvern qiegħed jaħdem biex ikun hemm
pitches
li jintużaw għal-logħba tar-
rugby
. Dawn il-
pitches
se jkunu inklużi fit-
technical briefs
tal-Marsa Sports Village u l-White Rocks Sports and Leisure Village. Iż-żewġ proġetti għadhom mhumiex konklużi.
Skola speċjalizzata tal-isport f'livell sekondarju
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa teżistix skola speċjalizzata tal-isport f'livell sekondarju? Jekk fl-affermattiv, fejn tinsab din l-iskola u x'tip ta' korsijiet toffri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skola speċjalizzata fuq l-isport f’livell sekondarju ma teżistix f’dan il-mument. Però l-iskejjel kollha sekondarji joffru t-tagħlim tal-edukazzjoni fiżika kif ukoll attivitajiet sportivi ta’ dixxiplini diversi.
Xiri ta' xogħlijiet ta' artisti kontemporanji lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet is-somma allokata kull sena matul l-2008, l-2009 u l-2010, b’mod rispettiv, għal xiri ta’ xogħlijiet ta’ artisti kontemporanji lokali? Kemm kienet in-nefqa attwali kull sena matul l-2008, l-2009 u l-2010, b’mod rispettiv ? Tista' tagħti lista tal-bini pubbliku li fih tpoġġew dawn ix-xogħlijiet? Tista' tagħti lista tal-artisti li tagħhom kienu x-xogħlijiet li nxtraw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdiedu l-irmiġġi fil-marini tal-jottijiet bejn l-2008 u l-2009 u bejn l-2009 u l-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda żieda fl-irmiġġi fil-marinas fis-snin indikati. Żieda fin-numru ta' rmiġġi mistennija sseħħ din is-sena wara l-privatizzazzjoni tal-marinas tal-Imġarr, Msida u Sliema.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-bajjiet li sar xogħol ta' upgrading fuqhom matul l-2008, 2009 u 2010 rispettivament u kemm kienet l-ispiża tax-xogħol li sar b'mod rispettiv sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li f’l-2008 u l-2009 l-MTA kienet qed taħdem fuq studji u tħejji kuntratti sabiex ikunu jistgħu isiru numru ta’ interventi f’bajjiet f’zoni kostali. F’dan il-perjodu l-MTA mmanigjat numru ta’ bajjiet kif taghmel matul kull sajf. Matul l-2010 l-MTA ghamlet dawn l-interventi f’zoni kostali:
Progett - Fond Għadir sa Exiles - Intervent ta’ madwar €280,000.
Progett Qawra Point - Intervent ta’ madwar €205,000.
L-interventi kienu mmirati biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu walkways, slielem u ttranġar ta’ passaġġi. Fiż-żewġ żoni l-MTA nefqet madwar €40,000 oħra fuq proġetti ta’ tisbiħ taż-żoni billi twaħħlu pjanti, sar xi landscaping u twaħħlu bankijiet u bins għas-separazzjoni tal-skart.
Proġett Wied iz-Zurrieq – Intervent ta’ madwar €150,000. L-interventi kienu mmirati biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu slielem għall-għaddasa, twaħħil ta’ railings, dwal, bins u ttranġar ta’ passaġġi.
Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni — prosekutur speċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fi ħdan il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni kienx inħatar prosekutur speċjali b'poteri eżekuttivi ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni? Jekk le, għad hemm il-ħsieb li dan isir?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Abbozz ta’ Liġi Nru. 57 “Att tal-2010 li jemenda l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni” jinsab fuq l-aġenda biex jiġi diskuss fi stadju ta’ kumitat quddiem il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta’ Liġi.