Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37684 Sitting 519 2012-11-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentru Interattiv tax-Xjenza — spiża fuq ix-xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ic-Ċentru Interattiv tax-Xjenza u x’kienet l-ispiża minfuqa biex sar dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li x-xogħol imwettaq sa llum fuq iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza huwa: · Twaqqaf is-‘Science Popularisation Unit’ fi ħdan l-MCST biex jiġi żviluppat il-proġett taċ-Ċentru Nazzjonali għax-Xjenza Interattiva · Saret riċerka għall-iżvilupp tal-kontenut taċ-Ċentru li tinkludi, l-esebizzjonijiet, xows tax-xjenza u ‘workshops’ · Saru diversi studju dwar kif għandu jitmexxa ċ-Ċentru mil-qasam operattiv kif ukoll kif għandhom jiġu iddisenjati l-esebizzjonijiet interattivi u l-attivitajiet diversi taċ-Ċentru; · Sar ‘Cost Benefit Analysis’ iddettaljat kif ukoll ‘Business Plan’ biex iċ-ċentru ikun kompletament autosostenibbli. Sar ukoll ‘Traffic Impact Statement’. · Ħareġ u intrebaħ it-Tender u ġie iffirmat il-kuntratt għas-servizzi tax-xogħolijiet ta’ l-arkitettura, inkluż id-disinn, s-superviżjoni u l-immaniġjar tax-xogħolijiet taċ-Ċentru (CT3098/2010) · Tħejjew konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati fuq il-kontenut taċ-ċentru · Ġew sottomessi l-pjanti ta’ l-arkitettura lill-MEPA u fl- 4 ta’ Ottubru 2012 ingħata il- ‘Full Development Permit’ għar-restawr u kostruzzjoni taċ-Ċentru · Wasal biex johrog it-Tender ghax-xogholijiet, restawr, kostruzzjoni, servizzi u ‘finishing’ tac-Centru · Waslu biex joħorġu wkoll sitt tenders oħra għad-disinn, fabrikazzjoni u installazzjoni ta’ l-esebizzjonijiet interattivi kif ukoll tender għad-disinn, ‘supply’ u installazzjoni ta’ ‘Planetarium’ · F’Settembru 2012 ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-Fondi ta’ l-Ewropa L-ispiża “cash” minfuqa sal 31 ta Ottubru 2012 biex sar dan ix-xogħol tammonta għal €1,531,118.
Leg 11 PQ #37685 Sitting 519 2012-11-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Employability Programme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu n-nies fl-2012 li għamlu użu mill-Employability Programme tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u x’kien l-investiment li sar f’dan il-programm fl-istess sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37686 Sitting 519 2012-11-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Community Work Scheme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu n-nies fl-2012 li għamlu użu mill-Community Work Scheme tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u x’kien l-investiment li sar f’din l-iskema fl-istess sena ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa fil-Community Work Scheme hemm 349 parteċipant. L-investiment relatat hu kompost mill-benefiċċju tal-qgħad li l-istess parteċipanti kienu u għadhom jieħdu anke qabel iddaħlu fl-iskema, kif ukoll ħlas addizzjonali (top up) li kull parteċipant jieħu biex l-istess benefiċċju jiġi ekwivalenti għal 75% tal-paga minina Nazzjonali. Bħal fil-każ tal-benifiċċji kollha (inkluż dak tal-qgħad) wara li jkun notifikat mill-ETC li l-persuna tkun bdiet tipparteċipa fl-iskema, tinħareġ anke ż-żieda addizzjonali mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.
Leg 11 PQ #37687 Sitting 519 2012-11-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Training Aid Programme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu n-nies fl-2012 li għamlu użu mit-Training Aid Programme tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u x’kien l-investiment li sar f’dan il-programm fl-istess sena ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37676 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Kumpless Ninu Cremona — language lab

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol sabiex jitlesta language lab fil-kumpless Ninu Cremona ? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiza matul din is-sena fuq dan il-language lab ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sit li kien identifikat biex jiġi kkonvertit f'language labma baqax disponibbli però dan il-proġett qed ikun inkorporat fil-Pjan t'Azzjoni Eko-Għawdex 2013-2015.
Leg 11 PQ #37677 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' ġibjuni ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inbnew ġibjuni ġodda f’Għawdex fl-2012, fejn inbnew u kemm kienet l-ispiża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi ppreżentata fit-tabella annessa. Jiena nfurmata wkoll li nbena ġibjun fil-Farm tal-Gvern fix-Xewkija, liema ġibjun inbena minn Transport Malta.
Leg 11 PQ #37678 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' ħitan tas-sejjieħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inbnew ħitan tas-sejjieħ ġodda f’Ghawdex fl-2012, fejn inbnew u kemm kienet l-ispiza ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-2012 inbnew ħitan tas-sejjieħ ġodda kif jidher hawn taħt: Triq il-Ġebla tal-Ġeneral, San Lawrenz, 880 metri kwadri bi spiża ta' €15,161; Ġnien it-Tlett Għoljiet, Marsalforn, 2101 metri kwadri bi spiża ta' €77,134. Ħitan li jkunu waqgħu jerġgħu jinbnew skont il-bżonn.
Leg 11 PQ #37679 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Tindif ta' Wieden f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm– il wied tnaddaf f’Għawdex fl-2012 u x’kienet l-ispiża minfuqa biex sar dax-xogħol ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li wara li sar tindif fil-widien fis-snin 2010 u 2011, it-tindif li jmiss, li jirrekjedi permessi u studji, huwa skedat għas-snin 2013 u 2014.
Leg 11 PQ #37680 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Xogħlijiet ta' estensjonijiet fit-toroq ta' Pinu u tax-Xlendi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-estensjonijiet fit-toroq ta’ Pinu u tax-Xlendi ? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża matul din is-sena fuq dan il-proġett ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol fuq il-ħitan tal-estenzjoni tat-Triq ta' Pinu filwaqt li x-xogħol fuq l-estensjoni tat-Triq tax-Xlendi beda. S'issa l-ispiża fuq l-estensjoni ta' dawn it-toroq tammonta għal €114,614.45 (excl VAT).

Inċentivi fiskali fuq proċessi ta' konservazzjoni u impjanti ta' ġenerazzjoni t'enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw matul l-2012 inċentivi fiskali lil dawk l-industriji li jikkonsmaw ‘il fuq minn 2GwH fis-sena u li investew fi proċessi ta’ konservazzjoni u impjanti ta’ ġenerazzjoni t’enerġija minn sorsi nodfa ? Jista' jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw minn dawn l-inċentivi ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2012 ġew approvati sitt (6) proġetti li bejniethom kwalifikaw għal inċentivi fiskali b’valur ta’ EUR 4.7 miljuni. Dawn il-proġetti mistennija jħallu benefiċċji sostanzjali li jissarrfu fi frankar ta’ enerġija u anke ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa u renovabbili. Din l-għajnuna tingħata bħala ‘Investment Aid’ taħt il-liġi tal-Malta Enterprise. Sa issa, ebda minn dawn il-proġetti għadu ma tlesta.

qtugħ tal-provvista tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36979 u 37257 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

qtugħ fil-provista tal-elettriku — kumpens għall-ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36981 u 37256 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36983 u 37255 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36984 u 37254 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #37674 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Spiża fuq Eko-Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża matul din is-sena fuq Eko-Għawdex? Tista' tagħti l-breakdown ta' din l-ispiża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li sal-aħħar ta' Ottubru 2012 l-ammont imħallas u li qed jiġi pproċessat biex jitħallas hu €2,444,248.90. Il-kumplament tal-fondi huma kommessi u ser jintużaw matul din is-sena 2012. Dawn il-fondi ntefqu kollha fuq proġetti u inizjattivi marbuta mal-Pjan ta' Azzjoni Eko-Għawdex 2010-2012. Apparti dawn il-fondi stanzjati mill-Gvern, matul din is-sena kien hemm ukoll nefqa ta' madwar €625,000 li ġew mill-proġett Alter Aqua ffinanzjat minn Coca Cola Foundation.
Leg 11 PQ #37675 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Operaturi ekonomiċi Għawdxin — għajnuna f'investiment f'sorsi alternattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża fl-2012 fuq għajnuna f'investiment f'sorsi alternattivi għall-operaturi ekonomiċi Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Leg 11 PQ #37262 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skola Sekondarja Ħaż-Żebbuġ — settijiet tat-televiżjoni fil-klassijiet

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa, hemmx settijiet tat-televiżjoni fil-klassijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskola sekondarja ta’ Ħaż-Żebbuġ hemm erba’ klassijiet li għandhom LCD monitor 42 inch installat fihom. Fil-Games Room hemm installati tliet LCD 42 inch monitors oħra. Ta’ min jinnota li fi skejjel sekondarji oħra m’hemmx television f’kull klassi. Bl-introduzzjoni tal-Interactive Whiteboard f’kull klassi m’għadx baqa’ bżonn ta’ Television f’kull klassi.
Leg 11 PQ #37263 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skola Sekondarja Ħaż-Żebbuġ — toilets dojoq ħafna

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa, il-labs tal-Fiżika, it-toilets huma dojoq ħafna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-laboratorju tal-Fiżika hu ta’ daqs kbir, wiesgħa u għoli. Riċentament sar tisbiħ fit-toilets. Wieħed jifhem u jixtieq li jkollu toilets aktar spazjużi, pero’ madankollu l-popolazzjoni preżenti tal-iskola tippermetti li dawn il-kmamar jintużaw b’mod komdu. Din l-iskola ilha tintuża bħala skola sekondarja u t-toilets dejjem kienu l-istess daqs. Fl-iskejjel, bħal fid-djar, wieħed isib daqsijiet varji ta’ toilets.
Leg 11 PQ #37264 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skola sekondarja tal-Marsa — studenti li ntbagħtu f'Ħaż-Żebbuġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru dwar l-iskola sekondarja tal-Marsa, li l-istudenti li kienu fiha ntbagħtu fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ? Tista' tgħid għaliex l-istudenti li kienu f'din l-iskola intbgħatu fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti għandhom ambjent aħjar Ħaż-Żebbuġ biex ikomplu jirċievu edukazzjoni ta’ kwalità. Bħalissa l-Ministeru qed jistudja diversi proposti dwar l-użu tal-iskola tal-Marsa.

San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Titjir ta' ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ħadd 14 t'Ottubru għal ħabta tat-7:45 kien hemm tliet ajruplani jittajru f'altezza għoja waqt li jħallu trail ta' exhaust qawwija warajhom b'linja twila li jibqa' għal ħin twil fl-arja li dehru fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u Mellieħa kif ukoll kien hemm episodju ieħor fl-10:00am u fil-11:30am? Jista' jagħti idenfikazzjoni ta' dawn l-ajruplani u ta' liema għamla huma li qed jittajru fl-ispazju tal-arja ta' Malta u jekk dan it-trail tal-exhaust huwiex ta' detriment għat-tniġġis tal-arja u jekk hux qed isir xi moniteraġġ tagħhom mill-avjazzjoni ċivili?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ajruplani li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu ajruplani tal-passiġġieri li jgħaddu mill-ispazju tal-ajru ta' Malta u l-linja li jħallu warajhom hija riżultat tad-differenza fit-temperatura meta l-gassijiet mill-makni tal-ajruplani joħorġu fl-atmosfera kiesħa u jifforma linja li jidher qisu sħab. Dan huwa magħmul minn ilma u mhuwiex ta' detriment għat-tniggiż tal-arja.