Jista' l-Ministru jagħti lista tal-major roadworks (toroq ġodda u tiswijiet estensivi) fuq toroq 'il fuq minn 2 kilometri li saru mill-1964 'l hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ġbir ta' informazzjoni sabiex titwieġeb din il-mistoqsija jirrekjedi ammont sproporzjonat ta' ħin u riżorsi u għalhekk din ma tistax tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kċina li ġiet armata fil-ħabs tinfetaħ biss ftit drabi matul is-sena u m'hemmx programm kontinwu relatat magħha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Faċilità hemm żewġ kċejjen, dik prinċipali, li tkun dejjem miftuħa, fejn jiġi ppreparat l-ikel tal-priġunieri u oħra żgħira li qiegħdha fil-binja tal-YOURS. Din tal-aħħar ġiet armata mill-fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex ikunu jistgħu isiru korsijiet imtella minn żmien għal żmien mill-Istitut tat-Turiżmu bħal ma huma food handling, food preparation u oħrajn. Infurmat ukoll illi din il-kċina tinfetaħ kontinwament waqt li jkunu għaddejjin il-korsijiet skont l-iskeda ta' programmi tal-Istitut tat-Turiżmu bil-għan li priġunieri li jattendu u jispiċċaw dawn il-korsijiet b’suċċess jingħataw ċertifikat mill-istess ITS. Din il-kċina isservi ukoll għal attivitajiet oħra li jinvolvu tisjir u preparazzjoni ta’ ikel jew ħelu tradizzjonali li l-priġunieri jagħmlu minn żmien għal żmien bħalma huma figolli jew kejkijiet tal-Milied b'risq il-Community Chest Fund.
Tista' l-Ministru tgħid għalfejn il-kors part-time tal-gwidi għadu ma bediex? Tista' tgħid meta se jibda dan il-kors għax lanqas timetable l-istudenti għad m'għandhom filwaqt li l-miżata tħallset fil-ħin? X'sar minnha pettizzjoni li kienet intbagħtet f'Jannar lill-amministrazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi peress li ħlief acknowledgement ma rċevewx l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-part-time kors tal-gwidi (kontinwazzjoni) beda fis-17 ta’ Ottubru 2011 fil-17.30 ta’ filgħaxija. Avviż tal-ftuħ ta’ dan il-kors ingħata fil-5 ta’ Ottubru. Skeda ġenerali ngħatat lill-applikanti kollha fl-10 ta’ Ottubru. Ma ġiet preżentata l-ebda petizzjoni iżda ittra b’suġġeriment mill-istudenti fiż-żmien meta kien għaddej proċess sħiħ ta’ konsultazzjoni. Għaldaqstant il-proposti li ngħataw ittieħdu kollha in konsiderazzjoni u fejn possibbli ġew indirizzati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jigi jiswa b'kollox il-bridge tal-breakwater u jindika l-ammonti tal-bini tal-pont inkluż, operazzjoni ta' trasport, operazzjoni ta' tqegħid (inkluż id-drabi li ġiet imwaqqfa), il-kummissjonament, xogħlijiet oħra, sigurtà u spejjeż oħra relatati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn fil-postijiet tad-divertiment f’Paceville teżisti differenza b’tali mod li hemm toroq fejn il-mużika minn stabbilimenti ma tistax tibqa' tinstema' barra mill-ħanut wara l-11.00 p.m. u ftit metri 'l bogħod minnhom hemm stabbilimenti tal-istess ġeneru fejn dawn għadhom il-permess estiż sas-1.00 a.m.?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi dak li qiegħed isaqsi l-Onor. Interperlant joħroġ mill-Liġi Sussidjarja 441.7 Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ
Din tistipula (regolament 38) li huwa projbit id-daqq ta’ mużika b’kull mezz ġewwa post kummerċjali li jkun liċenzjat biex idoqq mużika amplifikata wara l- 11.00 p.m. u bejn is-1.00 p.m u l-4.00 p.m. jekk il-mużika tkun tinstema’ minn barra. Iżda fil-lokalitajiet ta’ Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar il-mużika li tista’ tinstema’ minn barra tista’ tibqa’ tindaqq sa nofs il-lejl. Dan b’eċċezzjoni għal dawk iż-żoni ġewwa Buġibba, l-Qawra u Paceville, kif stabilit fil-ħames Skeda, fejn id-daqq ma jistax jinstema’ minn barra tal-post wara s-1.00 a.m.
Teatru Manoel — produzzjoni tal-pantomima tal-Milied
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inħarġitx sejħa għall-interess/offerti mit-Teatru Manoel għall-produzzjoni tal-pantomima tal-Milied għall-istaġun 2012/2013 peress li l-ftehim preżenti jagħlaq din is-sena? Jekk le, meta se tinħareġ?
Billi t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27525 hi li "m'hemm ħadd fil-grad ta' manager li bħalissa qed jagħmel ix-xogħol tal-manager amministrazzjoni, fil-Marsa Power Station", jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li qed jagħmel dan ix-xogħol għandux take home pay ta' manager, jieħu l-benefiċċji kollha ta' manager u jiffirma l-emails tiegħu bħala manager?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 297.
*Vide PL 8172 li ngħatat nhar it-Tlieta 18 ta' Ottubru 2011 fis-Seduta 394
Uffiċċju tal-Prim Ministru — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16051 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar il-każ li ħareġ fl-aħħar rapport annwali tal-Uffiċċju ta’ l-Awditur Ġenerali, jiġifieri li matul l-2009 biss id-Dipartiment tat-Turiżmu ħallas mat-€3,200 fuq linji tat-telefon li kienu ilhom sena u nofs skonettjati? Jista' jgħid jekk giex esegwit dak li talab l-Awditur, jiġifieri li jittieħdu passi kontra l-uffiċjal li kien responsabbli li jara li affarijiet bħal dawn ma jiġrux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-każ seħħ meta sar tibdil fis-sistema tat-telefon fil-Ministeru tat-Turiżmu biex dawn jinqalbu għas-sistema ISDN liema sistema ssarraf f’kontijiet ferm anqas tat-telefon. Is-sezzjoni inkarigata minn dan il-proġett kienu s-sezzjoni tal-informatika tal-Ministeru tat-Turizmu u x-xogħol sar mill-ħaddiema tal-GO stess. Minn stharriġ li sar dwar il-każ, jidher li l-linji in kwistjoni ġew skunnettjati minn dawn l-istess ħaddiema għaliex ma kienux aktar bżonnjużi bis-sistema l-ġdida. Peress li x-xogħol sar mill-ħaddiema tal-GO stess u li kienu mqabbdin mis-sezzjoni tal-IT kien maħsub li mhemmx għalfejn isiru avviżi lil GO, u għaldaqstant ma ntbagħtet l-ebda ittra tinforma lil GO li l-linji kienu ġew skunnettjati. Dan irriżulta f’sitwazzjoni fejn il-GO bagħtet kontijiet ta’ renta għal dawn il-linji li ammonta għal €3,200. Minħabba ċ-ċirkustanzi msemmija li juru li dan ma kienx każ ta’ traskurazzjoni, ma ttieħdu l-ebda passi dixxiplinarji.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta’ liema kienu dawk il-kumpaniji li għamlu xogħol ta’ konsulenza mal-kunsilli lokali f’Għawdex sena b’sena, bejn l-1999 u l-2010 u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li hemm fil-file OPM 398/1997 (Commision for the Future Family)
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kif kienu komposti l-bordijiet kollha tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn kemm ilha mwaqqfa? Min kienu l-membri ta' kull bord u f'isem min kien kull membru fuq il-bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu multi għal rimi illegali ta' skart f'Għawdex bejn l-2004 u l-2010, sena b'sena b'mod separat? Jista' jagħti d-dati meta seħħ kull każ? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti l-ksur tal-liġi f'kull każ? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' kull multa? Jista' jagħti l-ismijiet tal-kumpaniji/individwi involuti f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li tajt f’ Mistoqsija Parlamentari 26290.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat mill-gwardjani lokali fl-2008, l-2009, l-2010 u l-ewwel tmien xhur tal-2011, sena b’sena? Jista' jgħid kemm kien il-valur tal-flus li kellhom jinġabru minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u kemm fil-fatt inġabru sena b’sena? Jista' jgħid kemm minn dawn il-flus marru għand il-kunsilli lokali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus kollha li jidħlu huma amministrati mill-kunsilli lokali
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat mill-ispeed cameras fl-2008, l-2009, l-2010 u l-ewwel tmien xhur tal-2011, sena b’sena? Jista' jgħid kemm kien il-valur tal-flus li kellhom jinġabru minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u kemm fil-fatt inġabru sena b’sena ? Jista' jgħid kemm minn dawn il-flus marru għand il-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. Il-flus kollha li jidħlu huma amministrati mill-Kunsilli Lokali direttament jew inkella minn grupp ta’ Kunsilli Lokali f’Kumitat Konġunt. Mill-bidu ta’ Settembru ’ssa l-Kunsilli Lokali qed jamministraw is-sistema permezz tal-Kumitati Reġjonali
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W407, jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat kif mitlub ta' fejn, kif u b'liema mod konkret intnefqu dawn il-flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f’seduta ohra
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28326 u jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat mill-ispeed cameras fl-2008, l-2009, l-2010 u l-ewwel tmien xhur tal-2011, sena b’sena? Jista' jgħid kemm kien il-valur tal-flus li kellhom jinġabru minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u kemm fil-fatt inġabru sena b’sena ? Jista' jgħid kemm minn dawn il-flus marru għand il-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari nru.28326
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28325 u jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat mill-gwardjani lokali fl-2008, l-2009, l-2010 u l-ewwel tmien xhur tal-2011, sena b’sena? Jista' jgħid kemm kien il-valur tal-flus li kellhom jinġabru minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u kemm fil-fatt inġabru sena b’sena? Jista' jgħid kemm minn dawn il-flus marru għand il-kunsilli lokali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari nru 28325.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-Late Payment Directive ġdida tal-Unjoni Ewropea maħruġa fis-16 ta' Frar 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali bħalissa huma regolati mill-Kodiċi Kummerċjali Kapitlu 13 (Parti I, Titlu II, Sub-Titlu IA, Artikli 26A-26E) u mid-Direttiva 2000/35/EC approvata mill-Parlament Ewropew li ġiet trasposta fil-Liġi Maltija mill-Avviż Legali 233 ta’ 2005. Din is-sena il-Parlament Ewropew approva Direttiva ġdida għal-ħlasijiet tard 2011/07/EU li tissositwixxi d-Direttiva 2000/35/EC. Id-Direttiva 2011/07/EU li daħlet fis-seħħ fis-16 ta' Frar 2011 tirrikjedi li l-Istati Membri (inkluża Malta) se jkollhom jittrasponu din il-liġi fi żmien sentejn.