Building Regulations Act — Building Regulations Office
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Building Regulations Office għadu mhux qed jiffunzjona skont kif speċifikat fil-Building Regulations Act?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Att Dwar ir-Regolament tal-Bini se jkun imdahhal fis-seħħ fil-ġranet li ġejjijn bil-ħruġ ta’ Avviż Legali kif stipulat fl-istess Liġi u b’hekk il-Building Regulation Office ikun jista’ jibda jiffunzjoni kif kontemplat f’dan il-att. Ninformah ukoll li diġà sar xogħol biex jintgħażlu l-membri tal-bord kif ukoll inbeda l-proċess biex ikun appuntat l-Aġent Diretttur li se jassumi r-responsabbiltà tat-twaqqif u t-tmexxija l-quddiem ta’ dan l-uffiċċju sakemm issir sejħa uffiċjali biex din il-pożizzjoni timtela formalment.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ilu mwaqqaf biss mill-2008 u għaldaqstant iċ-ċifri li ntalbu jistgħu biss jingħaddu minn dak iż-żmien ‘il hawn.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li filwaqt li statistika tal-lokalitajiet ma teżistix peress li l-lokalità mhix kriterju ta’ Bord tal-Għażla (
selection board
), is-salarji ta’ kull impjegat ġdid, jew li ngħaqad mal-Ministeru minn Ministeri oħra, huma skont l-iskala ta’ salarji kif jidhru fl-Estimi tal-Baġit ta’ kull sena. Ngħid ukoll li l-impjegati li jidhru f’dawn il-erba’ listi huma kollha Maltin ħlief għall-għaxar (10) impjegati ġodda li jidhru f’kull naħa t’isfel tal-listi.
Għaldaqstant, filwaqt qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-listi kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari (mill-2008 sa llum), għar-rigward l-informazzjoni mitluba dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, ninfurmah li l-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda jkopru l-perjodu kollu mitlub.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Tista' tgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Tista' tgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, tista' tgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minbarra dik tad-Direttorat Servizzi Korporattivi, Kunsill Malti għall-iSport, Università ta’ Malta.
Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Tista' tgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Tista' tgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, tista' tgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — applikazzjonijiet għal telework
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal telework mit-23 ta' Mejju 2011 u kemm ġew aċċettati fid-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-23 ta’ Mejju ġiet imwaqqfa l-Awtorità Maltija għal-Kompetizzjoni u għal-Affarijiet tal-Konsumatur li tħaddan fiha l-Uffiċju tal-Kompetizzjoni u l-Uffiċju tal-Konsumatur. Għaldaqstant id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni li għalih qed jagħmel riferenza l-Onor. Interpellant ġie assorbit mill-istess Awtorità. Ninsab infurmat li f’dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni kien hemm erbatax-il impjegat bit-telework. M’23 ta’ Mejju hemm erba’ applikazzjonijiet li għadhom pendenti u żewġ applikazzjonijiet li ma ġewx aċċettati.
Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — Diretturi u Diretturi Ġenerali - allowances
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra li tintnefaq f'performance allowances, disturbance allowances u petrol għad-diretturi u diretturi ġenerali tal-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni? Jista' jgħid kemm jintnefqu f'mobiles għad-diretturi u l-kbarat kull xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-23 ta’ Mejju ġiet imwaqqfa l-Awtorità Maltija għal-Kompetizzjoni u għal-Affarijiet tal-Konsumatur li tħaddan fiha l-Uffiċju tal-Kompetizzjoni u l-Uffiċju tal-Konsumatur. Għaldaqstant id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni li għalih qed jagħmel riferenza l-Onor. Interpellant ġie assorbit mill-istess awtorità. Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2011 intefequ dawn l-ammonti għal ispejjeż mitluba kif jidher hawn taħt :-
Direttur Ġenerali
Direttur
Performance Allowance
€ 3,170.82
€ 2,525.64
Disturbance Allowance
Mhux intitolat
Mhux intitolat
Petrol
€ 1679.07
€ 843.00
Mobile
€ 737.60
Sptar Mater Dei — tobba fid-dipartiment tal-emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-general practitioners li s-servizz tagħhom ġie kuntrattat għad-Dipartiment tal-Emergenza fl-Isptar Mater Dei? Min huma dawn it-tobba u xi ħlasijiet u kundizzjonijiet jingħataw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Ministeru għadu qed jiġbor din l-informazzjoni u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
konsulenza dwar ir-rotot tat-trasport pubbliku — ħlas lura
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta jew il-Gvern hux beħsiebu jfittex li jieħu lura l-flus li ħallas għall-konsulenza dwar ir-rotot tat-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Le, anki għaliex hemm l-eżempju tal-flus imħallsa mill-amministrazzjoni Laburista tal-1996/1998 fil-każ tas-CET.
Fid-dawl tal-fatt li fl-aħħar xhur tħabbru mill-anqas ħames tibdliet fis-sistema tat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jagħti d-dati tal-bidliet u jgħid x'effett finanzjarju kellha kull bidla fuq Transport Malta u/jew il-Gvern u x'effett finanzjarju kellha kull bidla fuq l-Arriva? Jista' jgħid ukoll x'effett kellha kull bidla fuq l-ammont ta' karozzi fil-flotta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24990, jista' l-Prim Ministru jagħti aġġornament tal-informazzjoni għall-perjodu ta' bejn Frar u Settembru 2011?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9155, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' kull direct order u jgħid x'servizzi/prodotti ngħataw u kemm swew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-membri kollha tas-segretarjat tiegħu, flimkien mal-karigi u l-ħlasijiet tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-membri u l-karigi tagħhom fis-Segretarjat Ministerjali tiegħi huma dawn li ġejjin:
1 Head of Secretariat
1 Private Secretary
1 Communications Coordinator
1 Policy Coordinator
8 Secretariat Officers
1 Secretariat Pool
2 Drivers/Security Officers
Dawn jitħallsu skont il-linji gwida li jinsabu fl-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats maħruġ f’Ottubru 2007 u li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.