Enerġija ġġenerata f'Għawdex minn sorsi alternattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-persentaġġ tal-energija ġġenerata f’Għawdex minn sorsi alternattivi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bħalissa b’kollox hemm 834.5kWp ta’ sistemi ta’ enerġija minn sorsi alternattivi f’Għawdex. Skont il-kWp reġistrat dawn mistennija jiġġeneraw 0.72 fil-mija mit-total tal-elettriku stmat li hu kkunsmat f’Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija fl-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitlub mill-Onor.Interpellant.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — budget għal reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'budget kellha l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għal reklamar u promozzjoni f'kull mezz ta' media f'pajjiżna? Jista' jelenka xahar b'xahar mill-bidu ta' din is-sena kif intnefqu l-flus fir-reklamar u l-promozzjoni f'kull mezz ta' media f'pajjiżna? Jista' jagħti d-dettalji dwar kif jintgħażlu l-mezzi tax-xandir li fuqhom isir ir-reklamar u l-promozzjoni mill-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għandha budget ta’ € 50,000 għal reklamar u promozzjoni f’pajjiżna matul is-sena 2011.
Infurmat li bejn Jannar u Settembru n-nefqa kienet tlaħħaq is-somma ta’ € 45,087.
Dettal ta’ kif kien l-infieq fuq media lokali matul ix-xhur imsemmija huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-għażla tal-medja jiddependi mill-udjenza li tkun trid tilħaq l-Awtorità tat-Turiżmu bir-reklamar li tkun qed tagħmel.
Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown u dettalji (bħal karigi) tal-ħaddiema li daħlu jaħdmu u dawk li spiċċaw minn mal-Gvern (inkluż l-entitajiet kollha) matul l-2011? Jista' jagħti dan il-breakdown għal kull ministeru, dipartiment u entità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-impjegati li ġew rekultati kif ukoll dawk li temmew l-impjieg tagħhom minn mal-Amministrazzjoni Publika bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, kif mitlub mill-Onor.Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż kollha relatati (venue, stampar, reklamar, receptions eċċ.) mal-attività Intrapriża Malta? Għal kull spiża, jista' l-Ministru jispeċifika s-supplier, jekk inħarġitx offerta jew ingħatax direct order? Għal kull spiża, jista' l-Ministru jispeċifika d-data meta ħarġet l-offerta jew ordni? Minn liema line item specifika tal-budget ittieħdu l-fondi għal din l-attività? Meta ttieħdet id-deċiżjoni li tittella' din l-attività? Kemm kien hemm esibituri li ħadu sehem f'din l-attività? Kemm ġew mistiedna persuni għar-riċeviment li għalih attenda l-Prim Ministru? Kemm attendew persuni għal dan ir-riċeviment? Kemm attendew persuni għal kull seminar li ġie organizzat minn Enterprise Malta u entitajiet oħra matul din l-attività? Kemm attendew membri tal-pubbliku għal din l-attività?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kontijiet tal-attività INTRAPRIZA MALTA għadhom qegħdin jinġabru. Id-dettalji ta’ l-istima tan-nefqa għal din l-attività huma kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-attivitajiet marbuta mal-SME Week jiġu ppjanati minn sena għal sena, u dawn jinkludu numru ta’ laqgħat regolari sabiex jiġi fformulat il-programm ta’ attivitajiet.
Fl-attività INTRAPRIZA MALTA kien hemm madwar 60 stand, filwaqt li għar-riċeviment li attenda għalih il-Prim Ministru kien hemm madwar 700 persuna. L-attendenza għas-seminars u laqgħat oħra varjat minn madwar 80 persuna għal ‘il fuq minn 400 persuna. L-attendenza tal-mistednin kienet waħda numeruża, però billi li d-dħul kien b’xejn ma kienx hemm mezz kif wieħed jgħodd il-vizitaturi bil-preċiż.
Jista' l-Ministru jgħid min jagħmel użu mill-karozza tal-Korporazzjoni Enemalta ENE-229?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vettura ENE 229 hija assenjata d-distrett tal-Qawra u tintuża mill-principal district technical officer (PDTO) ta’ dan id-distrett.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28305, jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax persuni omosesswali irġiel bħala li jaqgħu fis-sezzjoni ta' aktar riskju fil-proċess tal-għoti tad-demm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li persuni li l-imġieba tagħhom tpoġġihom f’riskju aktar mill-komunità inġenerali għal trasmissjoni ta’ ċertu mard permess ta’ trasfużjoni tad-demm huma mitluba ma jagħtux demm. Fost dawn hemm irġiel b’kuntatti omosesswali (mhux orjentazzjoni.)
Kiri ta' tagħmir mediku lill-isptarijiet u kliniċi privati
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' okkażjonijiet xahar b'xahar bejn Ottubru u Diċembru 2010 u Jannar u Settembru 2011 li fihom il-gvern kera tagħmir mediku lil sptarijiet u kliniċi privati? Liema kien dan it-tagħmir mediku? F'liema oqsma mediċi jintuża? Jista' jgħid x'jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom inkera dan it-tagħmir, f'każ li l-istess tagħmir issirlu l-ħsara waqt li jkun mikri għand l-isptarijiet u l-kliniċi privati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw sensji xahar b’xahar matul l-ewwel disa' xhur tal-2011 u f’liema oqsma kienu jaħdmu l-ħaddiema li ngħataw is-sensja ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha karozzi mixtrija l-Korporazzjoni Enemalta u min jagħmel użu minnhom? Jista' jgħid kemm għandha karozzi mikrija l-Korporazzjoni Enemalta u min jagħmel użu minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta għandha total ta’ 242 vettura fuq il-kotba tagħha.
Ninsab infurmat ukoll li l-korporazzjoni qiegħda tikri 53 vettura. L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-laqgħat li saru tal-BICC taħt iċ-Chairman preżenti u l-aġenda ta' kull laqgħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
*Vide PL 8383 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 7 ta' Novembru 2011 f'Seduta 404
Transport Malta — breakdown tas-salarji u kundizzjonijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28475, jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-salarji u kundizzjonijiet tal-40 persuna li ġew impjegati ma' Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-fatt in-numru ta' persuni li kienu ingaġġati ma' Transport Malta kien ta' 41 u mhux ta' 40 kif bi żvista kien indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 28475. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi s-salarji u l-kundizzjonijiet ta' dawn il-41 persuna.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28475, jista' l-Ministru jagħti breakdown minn liema lokalità ġejjin l-40 persuna impjegati ma' Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
B'żieda ma' dak li għedt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 29140, ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-persuni ġejjin minn 26 lokalità differenti mxerrda ma' Malta u Għawdex li huma: M'Scala, Mosta, Siġġiewi, Lija, Rabat, Mrieħel, Gżira, Attard, Balzan , Naxxar, Xemxija, B'Kara, Mellieħa, Swieqi, Sliema, San Ġiljan, Marsalforn, Pembroke, Pieta', Sta Venera, Valletta, Żejtun, Ħamrun, B'Bugia, Paola u Ħaż-Żabbar.
Informazzjoni dwar impjegati mal-gvern — Social Assistants
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28647, jista' l-Prim Ministru:
a) jispeċifika jekk kull wieħed mis-600 persuna impjegata kenitx
social assistant
;
b) jekk le, jista' jagħti
breakdown
ta' dawn l-impjiegi;
ċ) jagħti l-
job description
ta'
social assistant
;
d) jgħid fejn huma assenjati dawn is-
social assistants
;
e) jagħti
breakdown
minn liema lokalitajiet ġejjin; u
f) jgħid kemm kien ilhom impjegati bħala
part-time social assistants
dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċifra ta’ żieda fl-impjiegi mal-gvern bejn Marzu u April, 2011 kienet riżultat tal-bilanċ fiċ-ċifri bejn ingaġġi u terminazzjonijiet li seħħew fl-istess perjodu.
Statistikament, bejn Marzu u April, 2011, minbarra l-ħruġ tal-ittra tal-ħatra lil 732 social assistants li kienu ġew appuntati f’Novembru, 2010, ġew ingaġġati 19-il impjegat ieħor, hekk kif indikat f’appendiċi ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-job description tal-grad ta’ social assistant, fejn ġew assenjati l-impjegati li ngħataw l-ittra ta’ ħatra f’dan il-grad, kif ukoll breakdown tal-lokalitajiet li ġejjin minnhom dawn l-impjegati jinsabu f’appendiċi ‘B’, ‘Ċ’ u ‘D’, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-perjodu li kien ilhom impjegati bħala part-time social assistants qabel ħadu l-ħatra ta’ social assistants ivarja bejn sentejn u tnejn u għoxrin sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar il-possibbiltà li jsir breakwater f'Tas-Sliema? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-istudju fuq il-Medja tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma sar l-ebda studju min-naħa tal-Ministeru tiegħi tat-tip li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mit-23 ta' Mejju 2011 sal-lum mid-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni? Jista' jgħid kemm-il safra kien hemm u kemm siefru persuni f'kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-23 ta’ Mejju ġiet imwaqqfa l-Awtorità Maltija għal-Kompetizzjoni u għal-Affarijiet tal-Konsumatur li tħaddan fiha l-Uffiċju tal-Kompetizzjoni u l-Uffiċju tal-Konsumatur. Għaldaqstant id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni li għalih qed jagħmel riferenza l-Onor. Interpellant ġie assorbit mill-istess Awtorità. L-infieq f’safar it-23 ta’ Mejju sal-lum minn dawn iż-żewġ Uffiċċji hu ta’ € 7011.27. Dan sar bejn għoxrin persuna kif jidher hawn taħt.
Isem tas-Safra
Nru ta' Persuni
Preparation of ECN Sport Subgroup
1
Comitology Committee on Consumer Credit Directive
1
Consumer Market Expert Group
1
Improving the Passenger Experience, Competition or Regulation?
1
(CPN) Consumer Protection Network meeting at DG Level
1
Council meeting on mortgage credit Directive
1
Europa Diary Partners Meeting
2
Ad Hoc Meeting of Directors General for Competition
1
ECN Working Group Chief Economists
1
Merger Working Group Meeting
1
CPC Workshop on UCP Directive,CPC Workshop led b OFT/UK on unfair contract terms
1
Consumer Committee on the Consumer Credit Directive
1
ECA Director General's meeting
1
Consumer Markets Expert Group
1
ECN Forensic Working Group Meeting
1
Working Group 'Cooperation Issues and Due Process'
1
Meeting of the Working Party on Financial Services
1
ECN Plenary meeting
1
Annual Conference on the European Consumer Law
1
Fit-12 ta' Ottubru kemm il-Eurostat u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblikaw l-index of industrial production għal Awwissu 2011, iżda filwaqt li l-indiċi tal-National Statistics Office qed juri tnaqqis ta' 0.6% fuq Awwissu tal-2010, dak tal-Eurostat juri tnaqqis għal Malta ta' 2.2%? L-indiċi industrijali, eskluż il-qasam tal-kostruzzjoni, li ppubblikat il-Eurostat naqas b'1.8% u l-istqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tgħid: "The NSO has adopted methodologies and guidelines devised by Eurostat, the EU statistical body, and the International Monetary Fund (IMF)." , fid-dawl ta' din l-istqarrija, jista' l-Ministru jgħid kif jista' jispjega din id-diskrepanza?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-indiċi working-day u seasonal huma maħdumin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u mhux mill-Eurostat. Mis-sena d-dieħla hemm il-ħsieb li jiġu ppubblikati indiċi working-day u seasonally adjusted minflok l-unadjusted.
Fir-rigward tad-dejn li għandhom l-entitajiet pubbliċi u li għalihom jagħmel tajjeb il-Gvern, jista' l-Ministru jagħti sena b'sena kif dan id-dejn akkumula mis-sena 2000 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.