Jista' l-Ministru jgħid x'kienu s-servizzi kliniċi elettroniċi għat-tobba li kienu introdotti matul din is-sena biex ikollhom aċċess aħjar għall-istejjer mediċi biex il-pazjent jingħata kura aħjar? X'kienet l-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W392.
L-ispiża totali minfuqa relatata ma’ dawn is-servizzi kienet ta’ €4,074,037, liema somma tinkludi:
1. Spejjeż ta’ manutenzjoni u servizzi mingħand il-kuntratturi konċernati ta’ Integrated Health Information System;
2. Spejjeż relatati ma riżorsi umani nvoluti f’servizzi relatati ma’ Integrated Health Information System;
3. Spejjeż relatati mal-estensjoni tal-Integrated Health Information System ġewwa Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x’persentaġġ tlesta mix-xogħol biex id-Dar tal–Anzjani tal-Imsida tiġi estiża u jiġu akkomodati 167 sodda, b’żieda ta’ 105 sodda? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntrattuti li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li qed jiġu kkunsidrati pjanijiet għall-estensjoni tad-Dar tal-Imsida.
Jista' l-Ministru jgħid x’persentaġġ tlesta mix-xogħol biex l-Isptar Zammit Clapp jiġi żviluppat f’nursing home ta’ mitt sodda għall-anzjani? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li huwa mistenni li x-xogħol ta’ refurbishment sabiex l-Isptar Zammit Clapp ikun jista’ jopera bħala nursing home ikun lest sal-aħħar ta’ din is-sena. Huwa mistenni li l-investiment totali f’dan il-proġett ta’ refurbishment ilaħħaq il-1.7 miljun Ewro.
Il-lista ta’ kuntratturi li rebħu s-sejħiet għall- offerti sa issa huwa hekk:
· Project Technik
· Ideal Bathrooms Ltd
· J and P Contracting Ltd
· Central Trading Ltd
· Anjo Ltd
· St Anthony Woodworks
· C. Fino and Sons
· Ray Aquilina Installations Ltd
· Fmcore Ltd
· Zamsul
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija fl-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità ma użax is-servizzi tal-kumpaniji li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija fl-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-perjodu msemmi, m'ingħata l-ebda kuntratt lill-kumpaniji msemmija.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandu l-konsulent li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali? Jista' jagħti d-dettalji tal-benefiċċji kemm finanzjarji u oħrajn bħal użu tal-mobile, telephone, karozza, fuel allowance, użu ta' laptopseċċ.? X'inhu r-rwol eżatt ta' dan il-konsulent u kemm qiegħed jaħdem sigħat fil-ġimgħa? Jista' jgħid jekk żdiedulux jew tnaqqsulux xi benefiċċji minn mindu spiċċa minn direttur ġenerali u nħatar konsulent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Konsulent li dwaru saret din il-mistoqsija parlamentari qiegħed fuq kuntratt ta’ sena fuq bażi ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa u jitħallas salarju ta’ €18,226 fis-sena (pro-rata ta’ Skala 4). Dan il-Konsulent hu ntitolat għal car cash allowance ta’ €3,440 fis-sena u ħlas ta’ mobile. Bħall-konsulenti oħra, hu jagħmel użu ta’ laptop flok desktop computer. Huwa jagħti konsulenza rigward l-Introduzzjoni u l-Implimentazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Bini u jaqdi dmirijiet ta’ Projects Leader tal-Flood Relief Storm Water Project. Dawn il-kondizzjonijiet huma inqas minn dawk applikabbli għall-grad ta’ Direttur
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex iddaħħlu n-nies ġodda fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek matul din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża diretta biex iddaħħlu n-nies ġodda fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u t-2 ta’ Ottubru 2011 hija ta’ tminn mija u ħamsa u tletin elf, ħames mija u wieħed u tletin Ewro u ħmistax-il ċenteżmu (€835,531.15).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq it-tisħiħ tas-sistema elettronika tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek matul din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-nefqa fuq it-tisħiħ tas-sistema elettronika tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek mill-1 ta’ Jannar 2011 sat-28 ta’ Ottubru 2011 hija ta’ dsatax-il elf, sitt mija u erbgħa u sittin Ewro u tnejn u tmenin ċenteżmu (€19,664.82).
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' kuntratti mogħtija fl-ewwel disa' xhur ta’ din-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi ma ngħataw l-ebda kuntratti lill-kumpanija msemmija.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Kuntratti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn fl-ewwel disa' xhur ta’ din-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Tista' tgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Tista' tgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kuntratti mogħtija fl-ewwel disa' xhur ta’ din-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Tista' tgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Tista' tgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ngħataw l-ebda kuntratti fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom huma msemmija.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija fl-ewwel disa' xhur ta’ din-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena l-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment ta żewġ kuntratti lil din il-kumpanija.
Il-kumpanija tqabbdet għal xogħol relatat mal-produzzjoni ta’ konferenza tal-aħbarijiet dwar it-tielet sena ta’ ħidma tal-Ministeru, u għall-iffilmjar u editjar relatat mal-organizzazzjoni tal-Konferenza tal-EuroMed għall-Ministri tal-Kummerċ u Intrapriża li saret f’Malta f’Mejju ta’ din is-sena. Iż-żewġ kuntratti ngħataw b’
direct order
u x-xogħlijiet swew €3,278.80 u €1,711.00 rispettivament.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija fl-ewwel disa' xhur ta’ din-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-unika każ kien dak ta' Transport Malta li ngaġġat is-servizzi ta’ waħda mill-kumpaniji konċernati b’direct order, għall-produzzjoni ta’ feature għaċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni tal-bidu tas-servizz tat-trasport ġdid fit-2 ta’ Lulju, fejn l-ammont kien ta’ €4602.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija fl-ewwel disa' xhur ta’ din-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li ngħata kuntratti lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru u d-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu.
Fabbriki u kumpaniji li ma baqgħux joperaw f'pajjiżna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf loll-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba, matul Diċembru 2010 u fl-ewwel disa' xhur tal-2011, il-Public Broadcasting Services għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Tista' tgħid x'kienu l-okkażjonijiet li matulhom il-Public Broadcasting Services għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija? Tista' tgħid x'kien il-ħlas għal kull darba li l-Public Broadcasting Services għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-OB Unit tal-PBS msemmija ntużat f’dawn id-drabi:
Malta Song For Europe – 8th – 12th February (4.5days)
Rock Orchestra – 3rd September 2011
Middle Sea Race – 22nd October 2011
Għal raġunijiet kummerċjali l-kumpanija ma tħossx li għandha tagħti informazzioni dwar ħlasijiet
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ faċilità ta’ open-air studio għall-produzzjoni tal-films f'Għawdex? X’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010? Hemm data ta’ meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-settur tal-films illum identifika modi aktar effettivi ta’ kif isiru produzzjonijiet, anke permezz ta’ grafika kompjuterizzata. Ilum, wieħed jista joħloq dak li jrid b’aktar opportunitajiet minn dak li joffri studio barra. Il-gvern se jkompli jinċentiva produzzjonijiet lejn Malta u Għawdex, filwaqt li jsaħħaħ is-settur lokali permezz ta’ investiment fl-edukazzjoni bħal Film Fund u korsijiet relatati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu cruise liners f’Għawdex din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid kemm minnhom rabtu mal-baga li tqiegħdet ix-Xlendi? Jista’ jgħid kemm passiġġieri niżlu l-art f’Għawdex mill-cruise liners li daħlu Għawdex?